isbn
978-9918-0-0967-1 ,
448 paġna.
Antoloġija 1 hija l-ewwel pubblikazzjoni stampata ta’ Aphroconfuso u tiġbor fiha l-biċċa l-kbira tal-kitba li dehret fl-ewwel sena tal-ġurnal .
Biex tixtri dal-ktieb, ibgħat €20 lil revolut.me/aphroconfuso u għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas bil-Paypal, fuq l-email [email protected] .
Antoloġija 1 jinsab għall-bejgħ ukoll mingħand Valletta Contemporary, 15–17 Triq il-Lvant, il-Belt , u mingħand il-Lokal, Il-Maħżen, Triq l-Imħażen, l-Imdina
.
Jekk tixtieq tirċievi l-ktieb bil-posta, anki barra minn Malta, nissuġġerulek tordnah minn fuq is-sit tal-Lokal .
Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba, ibgħat email fuq [email protected] .
Din il-ġabra tinkludi esejs, stejjer, poeżiji, djarji, xogħol kollaborattiv u kitba oħra li mhux faċli tikklassifikaha. Uħud minn dawn kienu diġà stabbiliti fil-qasam tal-arti jew fl-akkademja , iżda din hija l-ewwel darba li qed jiktbu bil-Malti . B’kollox tinkludi 34 xogħol minn 24 kittieb: Aaron Aquilina , Karl Baldacchino , Simon Bartolo , Warren Bartolo , Kurt Borg , Antoine Cassar , Daniel Cossai , Leanne Ellul , Noah Fabri , Ryan Falzon , Charlene Galea , Miriam Galea , Joe Gatt , Romeo Roxman Gatt , Rowena Grech , Jimmy Grima , Davinia Hamilton , Omar N’Shea , Kris Polidano , Matteo Pullicino , Matthew Schembri , Maria Theuma , Leslie Vassallo u Loranne Vella . Joe Gatt u Loranne Vella, edituri .
Il-pubblikazzjoni ta’ Antoloġija 1 kienet megħjuna mill-Fond Malti tal-Ktieb 2024 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb . It-tnedija saret fil-31 ta’ Ottubru 2024 fil-Café Bar tat-Teatru Salesjan, Tas-Sliema .