Għandna Appuntament kull
Appuntamenti
-
Diċembru 2024
Issa għadda biżżejjed żmien, minn meta
l-HIV l-ewwel feġġfil-Punent , biex inħarsu lejnl-istorja mhux biss ta’ virus, ta’ marda, iżda ta’ reazzjoni, ta’ attitudni soċjali. Uffiċjalment,l-ewwel każ tfaċċa Malta erbgħin sena ilu,fl-1984 , għalkemm, kif jgħid OmarN’Shea f’“L-Aħħar Ballutas-Sinjorini ”, “kienu diġà mietu numru ta’ niesfix-xena queer però ma kellniexil-qafas mediku, kulturali jew lingwistiku biex nagħmlu sens minn dak li kien qed jiġri.” Dakiż-żmien , internazzjonalment,il-virus kien għadu magħruf bħala HTLV-III u riċerkaturil-Amerka kienu għadhom jissuspettaw lil-virus jista’ jittieħedmill-bżieq .L-istorja tal-HIV/AIDS issa saret partimill-istorja tas-sesswalità tagħna, anki jekk dan mhux dejjem nagħrfuh.L-importanza tal-preżentazzjoni pubblikatas-sesswalità ,l-idea lil-ħabi jġibil-mewt ,l-inkwiet dwarl-inviżibbiltà legali ta’ kull identità mhux eteronormattiva,il-biża ’ li maħbubin li għamlu għomorhom jgħixu flimkien mhux se jkunu kapaċi jieħdu ħsiebil-funeral ta’ xulxin — dawn kollha b’xi mod jew ieħor humad-dinja tas-sesswalitàtal-ġenerazzjoni ta’ waral-AIDS . Issa għandna wkoll memorja iktar riċenti ta’ kif virus jista’ jaqlebis-soċjetà ta’ taħt fuq. Appartid-diskors fuq “viral load” ul-insistenza fuql-użu ta’ għata profilattika, fi żmienil-Covid kien hemm sens qawwi ta’ déjà vu f’dak li rajna għaddej:ir-reazzjonijiet ta’ paniku,il-miraklu tax-xjenza medika moderna,ir-regħba tremendatal-industrija farmaċewtika,il-perpetwazzjoni ta’ distinzjonijiet kolonjalisti. Differenzi kien hemm ukoll; meta tfaċċal-Covid , għalaqnal-ajruporti ul-ħwienet , ħadna vaċċin waral-ieħor , irċivejnal-appoġġ finanzjarju ul-vouchers , u issa, ħames snin wara,il-virus kważi nsejnieh.Min-naħa l-oħra, kellhom jgħaddu seba’ snin sħaħmill-ewwel dehratal-AIDS sakemm Ronald Reagan wasal biex ilissen dakl-akronimu pubblikament. Għalkemm m’għadniex nilbsul-maskri u qed nazzardaw nersqu iktar minn metru u nofs qrib xulxin,il-pandemija riċenti mhux li ma ħallietx effett. F’ħafna pajjiżi ġabet magħha reazzjoni qawwija għall-ftit bidliet pożittivi li konna bdejna nidraw, bidliet lix-xogħol għalihom kien beda fi żmienil-pandemija ta’ qabel, u bħala reazzjoni għaliha. Issaż-żewġ mewġiet ta’ reazzjoni għal dawnil-pandemiji qed jitħalltu flimkien, jamplifikaw u jikkanċellaw lil xulxin.Il-qawmien mill-ġdidtal-Lemin , kemmfl-Amerka kif ukollfl-Ewropa , qed jikxef mhux biss dawkit-tendenzi ultrakonservattivi li qatt ma għebu, iżda wkollil-ħbieb foloz li darba ppretendew li huma progressivi. Omar jikkwota lil Mario Mieli, li kien qed jiktebfl-1977 , qabel beda dan kollu, metal-innegozjar għar-rikonoxximentmill-awtoritajiet kien għadu qed jibda. “Mieli kien jifhem sewl-isfidi li ġġib magħhan-normalità ,” jgħid Omar. “Forsi kien saħansitra jċanfar iktar lil dawk li issa tawil-barka lill-istat biex jiddefinixxi hux’inhu normali.” Issa, dawk li darba nqdewbil-“politika tal-identità” għall-vantaġġ elettorali tagħhom, qed jerġa’ jibdielhom, qed jaraw kif jagħmlu biex ħadd ma jaħseb li huma progressivi wisq, li għalihom “mara hija mara”, lit-tfal m’hemmx għalfejn toqgħod tħabblilhom rashom b’diskors dwaril-ġeneru , lir-refuġjati m’hemmx għalfejn tfissidhom u li forsi aħjar jintbagħtul-Albanija jewl-Irwanda biex jieħdu ħsiebhom hemm. Issa, anki wħud minn dawk li ħadu li riedu qed jagħmlul-kuraġġ minndir-reazzjoni , u qed tiġihomit-tentazzjoni jgħidu pubblikament li m’għandniex nesaġeraw, lil-attiviżmu għandu jkollu linja, u lidil-linja għandha tkun impinġija b’tali mod li ttihom li jridu mingħajr ma tisfidahom jaħsbu iktarfil-fond fuqir-realtajiet ta’ ħaddieħor. “Metal-gays iħambqu biex jassimilaw u jippruvaw jgħaddu ta’ normali, u jippreżentaw lilhom infushom bħal ‘ħaddieħor’,’’ jgħid Tim Deanfid-daħla għall-ktieb ta’ Mieli, “il-pressjoni soċjali li taqa’ fuq dawk li jibqgħu queer mhux biss tibqa’ tintensifika imma ssir perikoluża. Fi kliem ieħor,l-opprobrju soċjali lil-konformisti gay jirnexxilhom jeħilsu minnu ma jisparixxix hekk, kif ġieb u laħaq, imma jaqa’ b’toqol ikbar fuqil-persuni trans,il-ħaddiema tas-sess,il-persuni li jilbsul-ġilda ,l-entużjasti tas-sadomażo,il-persuni seropożittivi,il-fetixisti , u dawk kollha li għadhom stigmatizzatimin-normi tas-sess utal-ġeneru .” -
Novembru 2024
Meta sentejn ilu bdejna naħsbu biex nibdew
dal-ġurnal , ħaġa li konna ċerti dwarha kienet lil-ġurnal irid iservi. Kellna ħafna ideat oħra imma konna nafu li biex jitwettqu, jew biex ikollna ċans nintebħu li kienu żbaljati,il-ġurnal irid iservi.Bil-ħruġ tal-ewwel pubblikazzjoni stampata tagħna lestejna dak li dejjem rajna bħalaċ-ċiklu sħiħ li tgħaddi minnu kitba f’Aphroconfuso.Fil-kultura tagħna,il-ktieb ,il-codex , għandu pożizzjoni storikafil-persistenza tal-kelma miktuba. Mhuxl-anqas minħabba lil-kotba jservus-snin u jippermettulna nitkellmu ma’ dawk li jiġu warajna. Jippermettulna wkoll li nitkellmu dwarhom u li nħalluhom jitkellmu flimkien. Jikkritikaw u jikkwotaw lil xulxin u jirreferu għal xulxin. F’dawnis-sentejn skoprejna li kemmil-website u kemmil-podcast huma mezzi oħrajn li jippermettud-diskors b’mod ieħor. Sibna wkoll mod kifil-format online u dak stampat jaħdmu flimkien. “Bur Mgħeż” u “Qarn” huma żewġ xogħlijiet li bdew online u qed ikomplu jgħixu u jikbru biex jieħdu ħajja ġdidafil-format stampat. Bħalhom għandna diversi proġetti li bdejna naħdmu fuqhom ma’ kittieba li sirna nafu f’dawnis-sentejn .L-ebda test qatt ma joħroġfil-baħħ , mingħajr kuntest.L-iskop ewlienital-editorija huwa li jinħoloqil-kuntest intenzjonat li fih kull kitba tingħatat-tifsira , u tissaħħaħ u tintrabat ma’ testi oħrajn. Mingħajr dinid-direzzjoni ,il-kliem li jiġi ppubblikat jgħaddi bħal ramel minn bejn subgħajna. Biex jintrabatfil-kitba ,fid-dinja , irridu nibnu dawkl-ispazji fejnil-kitba tista’ tiltaqa’ ma’ kitba oħra. Dawnl-ispazji rridu mmantnuhom biex iservu għal snin twal.L-intwizzjoni li kellnafil-bidu — li organu bħal dan biex ikun effettiv irid iservi — issa li bdejna nħarsu lejnit-tielet sena tagħna nindunaw li saret konvinzjoni ċentrali tagħna. Niktbu biexil-kitba tagħna tkun ikbar minna.Bl-istess mod,il-ġurnal innifsu rriduh li jkun ikbar minna,l-individwi li ħolquh. -
Ottubru 2024
Il-Victoria Lines, dawkil-fortifikazzjonijiet li jserrpu bejnil-Madliena u Fommir-Riħ , inbnewmill-Ingliżi biex f’każ ta’ bżonn,il-parti ta’ fuq ta’ Malta tkun tista’ tiġi abbandunata għall-għadu ul-parti t’isfel issir bħal fortizza.L-istorja ġeoloġikatal-gżira — fit-taqtigħa bejnil-plakka tettonika Afrikana u dik Ewrażjatika — kienet ġa qasmitha hawnhekkil-gżira tulil-Great Fault,il-Qasma l-Kbira,it-“tarġa ” ta’ San Pawl u San Ġużepptat-Tarġa .L-idea li post daqshekk żgħir bħal pajjiżna tista’ ċċekknu iktar u tiddefendi bissil-parti tiegħu li għandek bżonn int,il-port ut-tarzna , tinstema’ xi ftit biżarra ufil-fatt , ftit snin wara li nbnew, dawnil-fortifikazzjonijiet saru obsoleti għaliex kien dubjuż kemm verament kienu se jservu ta’ protezzjoni, anki minħabbat-topografija nnifishatal-madwar . Dan huwad-destin tal-fortifikazzjonijietl-iktar impressjonanti tagħna;is-swar tal-Belt kienu qishom qed iħarsuna minn trawmatal-passat iktarmill-għadu potenzjalital-ġejjieni , u qatt ma ntużaw kontra ħadd ħlief kontral-Maltin infushom. Dejjem tathom f’għajnhomlill-kolonizzaturi li ma’dil-biċċa art tant strateġika f’nofsil-Mediterran , jaħasra, kellhom jitwekkew ukollbin-nies . Mhux wisq, ftit mijiet ta’ eluf kollox, imma biżżejjed biex ikollok tieħu ħsiebhom jew għall-inqas tinnegozja magħhom. Minn gżira ppruvaw jagħmlu fortizza li tinqata’ għaliha. U minn fortizza, ġieli ppruvaw jagħmlu żona awtonoma navali, vapur, bħalma għamlul-Ingliżi b’Sant’Anġlu meta tawhl-istatus ta’ stone frigate u semmewh HMS Egmont, iktar tard HMS St Angelo. Qisu dakl-ilsien art seta’ jinqata’mill-Birgu u jsalpa għal rasubil-mod il-mod barramill-port u jeħles darba għal dejjemmin-nies tal-pajjiż. F’“Biex Tara Kif Jgħixul-Oħrajn ”,dax-xahar , Ryan Falzon joħodna proprju f’dakil-post li fi storja kontrafattwali seta’ sar parti minn fruntiera li taqsamlill-gżira f’żewġ pajjiżi.Il-Victoria Lines qatt ma saru fruntiera, u sittin sena waral-Indipendenza żgur m’għaduxtal-Ingliżi hemm. “Kieku qegħdin hawn illum,” jgħid Ryan dwarl-Ingliżi , “jgħarrxubis-searchlight , jistgħu jarawil-vilel ħolma fuqix-xaqliba tal-Madliena, jissendikawbit-trombi għal parties ħorox li jdumusas-siegħa ta’ waranofsinhar. Kienu jisimgħul-mużika ddamdam bla rispettġol-wied ukoll u min jaf, forsi kienet tiġihoml-għira u jirrappurtawhom. Jew jisparawlhom.” Jekk m’għaduxtas-servizzi , ta’ min hu? Kif tagħmlu tiegħek post? Kif tkun taf li sar tiegħek? Jekk “tiġi kmieni, faċli ssib nies jammirawil-veduta , jew xi erbat itfal iġibu pizzabil-mutur delivery sa ħdejnil-karozza tagħhom, jitfgħu laptop fuqid-dashboard , iniżżlut-twieqi u joqogħdu jfaqqgħud-daħq .”Fl-imgħoddi , Baħar iċ-Ċagħaq kien baħħ imma llum ikollok tilgħab “logħba ħarba tevital-caravans permanenti li sajf u xitwa jkun hemmid-dawl fihom. Ikollok tippożizzjona ruħek eżattfin-nofs tat-triq, bejnil-kumpless ,l-għassies ul-caravans . Tippożizzjona ruħek bħalmal-Ingliżi ppożizzjonaw ruħhom f’punti strateġiċital-gżira ħalli jgawduhom, jikkapparrawhom u jitpaxxewbil-veduti .” Bħall-gagazza li jsemmi Ryan, faħam użatmill-Ingliżi li saril-pajsaġġ idealizzattal-presepji Maltin,l-identità hijat-tilqit tal-istorja. Dak li jibqa’, kollu għalina; jekk jibqa’. -
Settembru 2024
Ilu biss ftit eluf ta’ snin li
l-lingwa għaddiet minn fommna għas-swaba’ ta’ jdejna, minn meta bdejna nnaqqxu fuqil-ġebel , inħarbxubir-rix u nagħfsu fuqil-buttuni .Fl-esej tiegħu “Il-Magna tal-Qari”, Joe Gatt jitkellem dwaril-preżent bħalal-punt fl-istorja fejn inħossu lidal-fenomenu tal-lingwa,dal-fenomenu li impossibbli nimmaġinawl-ispeċi tagħna mingħajru, se jittieħed minn idejna minn teknoloġija ġdida li għall-ewwel dehret li kienet biss użu ġdidtal-buttuni . Jaf ikun mument ta’ paniku “għalina li ninvestu parti sostanzjalital-amor proprju tagħnafil-produzzjoni manwalitat-testi ”. Joe jikkwota lil Vilém Flusser, li għalih metal-magni jieħdu f’idejhomil-kitba , ikunu ħadu f’idejhoml-istorja , imbagħad ikunu jistgħu jiktbul-istorja kif iridu huma,bil-mod ineżorabbli u għaġġiel tagħhom. Li fażi teknoloġika ġdidatal-kitba tqajjeml-inkwiet mhi xejn ġdid;fl-istess esej naraw kif ankil-introduzzjoni ta’ apparat li llum jidher purament pragmatiku — it-typewriter — kien qajjem eċitament kbir.Il-bidla teknoloġikafil-mod kifil-lingwa hija manifestata f’ħajjitna ma narawhiex bissfil-produzzjoni tal-lingwa. Forsil-iktar aspett li għadna qed nippruvaw nifhmu u nlaħħqu miegħu huwad-disseminazzjoni tagħha. Faċli nħossuna maqbudin f’xibka ta’ lingwa li qiegħda taqdil-bżonnijiet ta’ forzi ikbar minna, forzi li bilkemm nistgħu narawhom, aħseb u ara nifhmuhom.Fit-tieni kapitlu ta’ Nifs: Kaos u Poeżija, li proprju jismu “Vuċi ħoss storbju” u ppubblikajnieh ftit jiem ilu, Franco “Bifo” Berardi jibnil-argument tiegħu billi jibda jiddistingwi bejnl-istorbju medjatiku li ngħixu fih u dakir-ritmu poetiku,ir-ritmu tal-kożmos li danl-istorbju qed itarraxxna minnu.Il-poter m’għadux jipprova jiddominana billi jġegħelna nbaxxu rasna għal vuċi waħda u koerenti li ċċaħħadnamill-multipliċità . “Issa,il-poter ifeġġmix-xita ta’ vuċijiet li ma jinstemgħux,” jgħid Berardifit-traduzzjoni ta’ Karl Baldacchino. “Il-poter m’għadux jikkonsisti f’li joqgħod jissamma’bil-moħbi u jiċċensura. Għall-kuntrarju, jistimulal-espressjoni u jfassal regoli ta’ kontrollmill-elaborazzjoni statistikatad-data li toħroġmill-istorbju tad-dinja.Il-ħoss soċjali jiġi mibdul fi storbju abjad, dakl-istorbju bi frekwenzi intensi uniformi, u danl-istorbju jsirl-ordni soċjali.”Fit-teorija tal-kommunikazzjoni kif bdieha Claude Shannon,id-differenza bejn storbju u ħoss, bejn storbju u informazzjoni, hija lil-informazzjoni għandha probabbiltà baxxa li teżisti. Iktar ma hemm probabbiltà għolja li xi ħaġa tintqal, iktar ma hemm probabbiltà għolja li tintqalbil-mod kif qiegħda tintqal, iktar qiegħda toqrob lejnl-istorbju . Sakemm għad għandnal-mestjier tal-kitba f’idejna, tajjeb li nużawil-letteratura biex insibu modi ġodda, modi inqas ordinarji, kif inpoġġul-kliem . -
Awwissu 2024
“
Il-Libja ,fl-immaġinarju ta’ tfuliti, kienet dikil-periferija li kull meta tħares lejha, dejjem taraha toqrob lejk. Dejjem ġejja, dejjem riesqa,bil-mod il-mod.” Hekk jgħid OmarN’Shea fl-ewwel parti ta’ “Es Sidr”,is-sensiela li qed inniedudax-xahar . Għalih,il-Libja kienet familjari, dejjem riesqa, imma qisha qatt ma tasal, daqslikieku qed jilmaħha biss minn taħtil-għajn . Dak li jgħid Omar għall-istorja personali tiegħu nistgħu ngħiduh ukoll għall-istorja riċenti ta’ pajjiżna. Hekk kif jibda jimlal-lakuni f’dak li jaf dwaru nnifsu,fl-istorja tiegħu u ta’ niesu, u ta’ min kienu eżattament niesu, jibda jimla wkollil-lakuni fl-istorja tagħna.Fis-sebgħinijiet ,il-Libja u Malta kienu kważi sinkronizzatifl-istorja tagħhom;it-tnejn kienu qegħdin jippruvaw jeħilsumill-piż ta’ preżenza militari barranija. Iżda waqt lil-Libja kienet qed tagħmel danbil-kunfidenza kollha li kienu jagħtuha bjar imfawrin b’żejttal-ogħla kwalità, Malta kienet qiegħda tara kif tista’ tibdadal-kapitlu ġdidtal-istorja tagħha mingħajr dipendenza fuq qawwa barranija waħda. Gaddafi kien lest jgħin lil Malta billi jiffinanzjadal-ħelsien , imma dejjem kien hemmir-riskju li jsir hul-ħakkiem il-ġdid. Għalkemm huma żewġ pajjiżi daqshekk qrib u minkejja li kienu daqshekk sinkronizzatifl-istorja tagħhom dakiż-żmien , aħna ma ridniex naraw lilna nfusnafl-istess storja. Ridna indipendenza, ridna ħelsien u dikolonizzazzjoni, iżda dikolonizzazzjoni rispettabbli,tal-puliti . Mhuxtal-Għarab ! Kulturalment kien hemm riluttanza kbira li nitbiegħdumit-tgħanniqa tal-Punent u kien hemm ukollix-xettiċiżmu fin anki ta’ Mintoff innifsu, li kien iħobb jipprova jlaħħaq m’alla umax-xitan . Dejjem żammejnal-Libja qrib biżżejjed biex ninnegozjaw magħha imma mhux tant qrib li nagħmlu partimill-immaġinazzjoni ta’ xulxin. Minkejjal-prossimità ġeografikataż-żewġ pajjiżi, u sekli sħaħ ta’ storja inkomuni minn żmienir-Rumani u qabel,sal-istorja tal-emigrazzjoni ta’ eluf ta’ Maltin imxerrdinmal-kosta tal-Afrika ta’ Fuqfis-seklu dsatax, minkejja li lsienna żviluppa minn djalett Għarbi, u minkejjal-fatt li ġenerazzjoni sħiħa ta’ Maltin tgħallmetl-Għarbi l-iskola, għadna nsibu diffikultà biex niktbu fi lsienna kelmiet u ismijietmill-Għarbi kontemporanju. Għandna lingwa Għarbija li paradossalment mhix kapaċi taqbad isem Għarbi u tiktbu mingħajr ma tissellef strutturimill-Ingliż . “Kont naf lil-ortografija tiegħu kienet finzjoni legali,” jgħid Omar dwar kunjomu, “trażliterazzjoni ad hoc ta’ kunjom Għarbi lin-nutar kien qaleb f’verżjoni vagament anglofonika, iżda lil-verżjoni tiegħubl-Għarbi kienet intilfetfid-dokumenti notarili u li ma kien hemml-ebda karta li fuqha qatt sibt miktubx’kien eżattament.” Illum lil-personalità ta’ Gaddafi m’għadhiex partimill-istruttura politikatal-Libja , illum li qtajniehax-xewqa li jkollnat-timbru ta’ Ewropej,l-istampa li naraw meta nħarsu lejnil-Libja hija forsi inqas ċara minn qatt qabel. Nafu li hemm fruntiera militarizzata bejnietna u fuqin-naħa l-oħra, anki minn tant qrib, lanqas m’aħna ċertix’hemm u min qed jieħu ħsieb.L-ipokrezija tal-Punentfir-rigward tal-Libja baqgħet baqgħet sa ma qerditu ’l-pajjiż , radmitu. Issa bħal donnu bejnietna hemm xi difettfil-kurvatura tal-pjaneta u aħna nibżgħu li naqgħumix-xifer jekk nersqu ’l hemm u bosta jinbelgħu minnu meta jippruvaw jersqu ’l hawn. -
Lulju 2024
F’waħda
mill-entrati tad-djarju tiegħu, Warren Bartolo jitqabad biex isibl-enerġija jiktebil-ġrajjiet ta’ dikil-ġurnata .Fid-djarju tiegħu stess isib kwotazzjoni ta’ Marina Benjamin li kien żamm: “Li tikkonċernani hijal-idea pjuttost pulita wisq lil-memorja hija xi ħaġa li tibqa’fil-wiċċ b’mod intattmill-passat imċajpar, bħal xi sejba arkeoloġika li tkun skoprejt u li minnha trid sempliċement tfarfarit-trab . Dakil-kunċett , naħseb, jista’ jiġi skontat, peress li kull darba li tiftakar xi ħaġa tkun qed tiktibhamill-ġdid , tqanqalil-passat fil-proċess. Dinl-indeterminazzjoni organika kollha tagħmelil-memorja inkwetanti. Tesponiha bħala xi ħaġa mibnija b’mod attiv minn persuna li tħoss, li tħares lura minn puntfil-futur , li trid tagħti rendikont ta’ kif sarul-affarijiet sabiex jgħixul-porzjon li jmisstal-futur tagħhombil-kumdità .” Żgur li wieħedmill-għanijiet li għalih inżommu djarju huwa li nagħmlu mħatra kontraż-żmien , biex ma nħalluxis-snin jgħaddu bħal ramel minn bejn subgħajna; immal-permanenza tiegħu taf tkun illużjoni. “Jien u nikber,” tgħid Loranne Vellafl-entrata tad-djarju tagħha ta’dax-xahar , “kont naħseb li jekk inżomm djarjut-tifkiriet ma jintilfulix.Id-djarji li ktibt kollha żammejthom. Imma llum, jien u naqra minn uħudmill-paġni tagħhom, mhux dejjem nagħrafl-ismijiet tan-nies ul-postijiet li għandi miktubin; mhux dejjem niftakaril-ġrajjiet li kont iddeskrivejt b’tant entużjażmu.It-tifkiriet jintilfu tulit-triq ul-kliem ma jirnexxilux iġibhomli lura.” Għalkemml-eqreb tar-ritmu ta’ ħajjitna fostil-forom letterarji,id-djarju huwa wkolll-ewwel pass li bih ħajjitna tieħu sura letterarja. “Nixtieq inżomm djarju,” kitbet Davinia Hamiltonfl-ewwel entratatad-djarju tagħha li ppubblikajna f’Ġunju, “biex forsi nsib irkaptu ta’ ħsibijieti u nġiegħel lil dawnl-ideat għażżenin jieħdu forma.”Bid-djarju nkejlul-jiem mhux bissbis-sigħat iżda wkollbil-kliem ,bis-sentenzi , li mhux faċli nimmansawhom biex jibqgħu jaħsbufil-ġurnata li għaddiet, u lanqas li nġegħluhom jagħrfu bejn dak li ħlomna billejl, dak li għamilna binhar, u dak li ħlomna binhar.Bid-djarju ,il-kitba tgħixfil-ħin ,fiż-żmien , magħna. “Il-kitba ġieli nimmaġinaha bħall-iskultura: irid ikollok biċċa tafal biex tibda tagħtiha forma,” tikteb Davinia, “Ħa taħdimha u tarmi minnha mhux ħażin sakemm toħroġil-figura li taqbel ma’ dik li kellek f’moħħok meta ġietekl-idea . Ul-ewwel kitba dik kulma hi, tafal.” F’entrata ta’ ftit xhur ilu, diġà kien għaddielhal-ħsieb lil Loranne li meta xi darba tiddeċiedi li tpoġġi bilqiegħda u tibda taqrahomid-djarji kollha li żammet f’ħajjitha, se tkun insiet lil kull min hemm imsemmi fihom. “Imma, forsi għalhekk qed nittratieni, biex metafl-aħħar naqrahom inkun qisni qed naqra xi ħaġa għalkollox maqtugħa minni, qisni qed naqra ħajjet ħaddieħor minflok.” Dak li niktbufid-djarju se jkunit-tafal li minnu nerġgħu nibnu storja dwar ħajjitna.Fl-entrata ta’ danix-xahar , Loranne tirrakkonta kif minn dak li sabetfid-djarji antiki tagħha, minn tifkiriet li baqgħu ċari avolja qatt ma niżżlithom imkien, u minn ritratti li sabet, għaqqdet performance dwar Birżebbuġa ta’ tfulitha. “Ħloqt performance dwaril-kittieb ,” tgħid Loranne, “li skont jien, meta jivvjaġġa, jivvjaġġa kemm ġeografikament kif ukollfiż-żmien .” Minn danix-xahar , se jibda f’dal-ġurnal id-djarju ta’ fatima a.m. “inħossil-lingwa bħala xafrafis-saqaf ta’ ħalqi,” tikteb fatima, hi u tiżen bejnil-lingwa akkademika,il-lingwa ta’ ommha ul-lingwa tal-pjaċir. “hemm intersezzjoni li għad m’għandix kliem għaliha, imma qed nirreferi għal dikl-intersezzjoni bejnl-esperjenza ,l-intellettwaliżmu ,il-ħajja ,il-ġisem , alla,il-ħaxi jewl-erotiċiżmu li mhuwiex lineari.” -
Ġunju 2024
“Ma nistax nieħu nifs”,
il-kliem fgat li baqa’ jtenni Eric Garner sakemm miet taħt idejnil-pulizija fi Staten Island NY,fl-2014 , kienl-ispirazzjoni għall-moviment Black Lives Matter li malajr infirex madwarid-dinja u ġiegħel lil ħafna jħarsu lejnl-istorja kolonjali u razzjali li għadha ta’ konsegwenzafil-ħajja ta’ kuljum ta’ miljuni ta’ nies.L-istess karba baqgħet toħroġ minn fomm iktar vittmital-pulizija fl-Istati Uniti, inċidenti ta’ kuljum li jsiru emblematiċi ta’ inġustizzji sistemiċi. Bħal Garner kien hemm bosta oħrajn sakemm — waqt li f’ħafna pajjiżi kien hemmil-lockdown , ul-inġustizzji ħadul-forma ġdida tagħhombl-iżbilanċ ovvju bejn kifil-pandemija affettwat pajjiżi u klassijiet soċjali differenti — seħħil-każ ta’ George Floyd li għal darb’oħra għaqqad flimkienl-inġustizzja storika ma’ dik kwotidjana ul-kliem “ma nistax nieħu nifs” sar proverbjali għal sens ta’ disprament usa’ dwaril-qagħda politika li dejjem issir iktar u iktar impossibbli b’mod li ma tistax timmaġina li tista’ qatt issir agħar; imbagħad issir agħar. “Ma nistax nibqa’ sejjer hekk,” jgħid Estragon f’En attendant Godot ta’ Samuel Beckett. U Vladimir jirrispondih: “Dakx’taħseb int.” Danl-iskambju jservi ta’ epigrafu għall-esej “Kollox Iperpolitiku: Ġenealoġijatal-preżent ” ta’ Anton Jäger li Karl Baldacchino qaleb għall-Malti u ppubblikajna ftittax-xhur ilu. Jäger isemmil-protesti li rriżultawmill-qtil ta’ George Floyd — “eluf ta’ dimostrazzjonijiet, b’attendenza stmata sa 26 miljunfl-Istati Uniti” — u jgħid li “sens ta’ qtugħ ta’ nifs issa qed jinħass minn fuqs’isfel ”.Fl-esej “Politika bla Nifs” Karl ukoll jużal-immaġini ta’ Godot. Jikkwota lil Geert Lovink, li jgħid li “l-istennija għal Brussell hija bħall-istennija għal Godot.” Forsi kien hemm żmien — f’dawkis-snin ta’ waral-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin għal bosta pajjiżifl-Ewropa , jew f’Malta waral-bidla tal-gvernfl-1987 — metal-idea tas-sħubijafl-Ewropa kienet tinħass bħala opportunità għal nifs politiku ġdid. “Biss, għal Malta,” jgħid Karl, “Godot speċi ta’ tfaċċa.” Bħalma ndunaw ħafna, però,l-istituzzjonijiet ul-mekkaniżmi finanzjarji u leġiżlattivital-Ewropa jagħmlul-qagħda iktar, mhux inqas, ikkumplikata us-sens ta’ qtugħ ta’ nifs ikompli jikber. “Kif ser nieħdu nifs ġdid hijal-isfida ta’ żminijietna,” itemml-esej tiegħu Karl, esej li jgħaqqadit-traduzzjoni tiegħu ta’ “Kollox Iperpolitiku”mat-traduzzjoni tiegħu wkoll li qed inniedudax-xahar tal-ktieb Nifs: Kaos u Poeżija ta’ Franco “Bifo” Berardi. Nifs huwa ktieb dwarir-ritmi kaotiċitan-nifs li nieħdu, dwaris-sens ta’ soffokazzjoni li qed jiżdied kullimkien. “Jien inbatimill-ażma ,” jgħidfil-bidu Berardi, “allura forsi ġejt affettwat minn sens ta’ solidarjetà ażmatika meta rajtil-filmat tal-qtil ta’ Eric Garner.”Fil-kapitlu minn Nifs li qed nibdewdax-xahar bih,l-ewwel referenza li jinvoka hijal-poeżija ta’ Friedrich Hölderlin ur-rabta bejnin-nifs ur-ritmu poetiku. “Ejja nsibu mod kif nevolvu ritmikamentmal-kosmu ,” jistedinna Berardi. “Ejja noħorġu minndas-seklu ta’ kejl, ejja noħorġu flimkien nieħdun-nifs .” -
Mejju 2024
Il-kitba tifredl-Istorja minn kulma ġie qabilha. Mingħajril-kitba , kulma jħalli warajhil-bniedem irid jiġi skavat, maqlugħmill-art u interpretat. Minn ftit għadam, minn ftit biċċiet fuħħar,mill-qxur tal-bebbux,l-arkeologi jridu jibnu stampa ta’ dinjiet sħaħ.Fis-sensiela “Bur Mgħeż”, OmarN’Shea mar ifittex sit Neolitiku minsifil-barrieri tal-Imqabba,fil-fdalijiet fil-mużewijiettal-arkeoloġija , ufil-memorja us-sengħa tan-niestal-barrieri . Mar ukollfl-Arkivji Nazzjonali fejn hemm depożitatil-file bil-karti,il-kuntratti ,il-permessi ul-korrispondenza kollha,mill-aħħar tas-seklu dsatax sa nofsis-seklu ta’ wara, li għandhomx’jaqsmu ma’ Bur Mgħeż. Iżda ankil-kitba ta’ mitt sena ilu taf tkun opaka daqsil-fdalijiet ta’ qxur ubebbux-buttuni minn eluf ta’ snin ilu. F’temp ta’ ftit għexieren ta’ snin, minn dakinhar li reġa’ ntradamis-sit ,l-istorja ta’ Bur Mgħeż kważi ntesiet ul-evidenza tad-dokumenti tħajjarna nibnu dinjiet sħaħ minn ftit ittri u rapporti.L-intriċċi fid-dipartimentital-gvern ta’ ftit qabell-Ewwel Gwerra jistgħu jidhru strambi għalina u misterjużi daqsir-ritwali tad-dfinfiż-żmien Neolitiku.Il-motiv wara dak li ntqal diffiċli biex tinterpretah daqsir-raġuni għaliex katavru ġie midfun b’mod u mhux b’ieħor.L-istorja dejjem iżżid, dejjem tordom fuqha nnifisha. Iktar ma jgħaddiż-żmien , iktar ikun hemm saffi minn xiex tiskavaha.L-għadam ta’ Bur Mgħeż issa rridu niskavawh mhux bissmill-art iżdamill-interpretazzjonijiet tal-passat,mill-arkivji ul-mużewijiet b’aċċess diffiċli daqsl-għerien ud-dgħaben mirduma taħtir-runway tal-ajruport, ikkontrollatimill-armata . “X’se nieħu miegħifid-dar tal-eternità,” jistaqsi Omarfl-esej li jagħlaq dinis-sensiela , “barral-għadam li hemm ġo fija jżommni wieqaf, barra xedaq snien, dawk li għadhom minn tiegħi kif ukoll dawk taċ-ċeramika li invitawli ġo ħanek mimlibl-għadam ta’ ħaddieħor, pendenttal-bebbux tal-baħar li nġorr madwar għonqi, u mislutatad-deheb imgeżwramal-widna tax-xellug?”Il-kitba hija dejjem għall-ġejjieni, jew ta’ ftit jiem, jew ta’ ftit xhur jew ta’ għexieren u mijiet ta’ snin.Bil-kitba tagħna qed nixhdu għall-preżent, biex nifhmu lilna nfusna u biex inħallu kliemna jinftiehem u jerġa’ jinftiehem minn dawk li għad jiġu warajna. Iżdax’verament qed inħallu warajna? Kemm se jkunu koerentid-deskrizzjonijiet tagħnatal-mument għal min se jsibhom warajna? Matul dinl-ewwel sena ta’dal-ġurnal , ridna noħolqu, flimkienmal-kittieba tagħna, komunità fejnil-kliem mhux biss jingħad darba u jintelaq għall-irwiefentaż-żmien , iżda jsib eku u risposta fi kliem ieħorfil-ġurnal stess,fl-istorja letterarja tagħna utad-dinja . Ridna nkunu konxji mhux biss minn dakil-kliem li se nħallu warajna, iżda wkoll minn kulma se nħallu midfunġol-art innifisha. Iktar tarddax-xahar se nippubblikaw “ġenealoġija ta’ bankina”. fatima a.m. tħaresbir-reqqa lejn bankina f’Buġibba bħala sit storiku; “il-bankina qatt ma tispiċċa fejn tistennieha li tispiċċa. ma’ kull kantuniera titbewwaq, tixpakkaċ-ċirkonferenza u b’xi mod issib estensjoni mibnija ta’ malajr. bejn storja ta’ tetris raffa, bejn logħba jenga li qatt ma ntrebħet.is-soluzzjoni moderna ferm dejjem immarkata b’linja ħafifatal-metall , li tisseparal-istorja tal-artmill-futur tagħha, immal-għaksa taf tintrewa sa ma toħroġ minn danl-univers t’asfalt u tlaqqit. fejn tintefaħ u ddur jitpoġġewl-imwejjed us-siġġijiet , imlaqqtin daqsil-bankina .” B’kull dettall li ssemmi fatima tista’ ssawwar f’moħħok b’mod iktar ċarid-dinja li dejjem qed tinbena u timtelabil-ħafna ,id-dinja li tatna dik li Karl Baldacchino,fl-esej tiegħu li wkoll se nippubblikawdax-xahar , isejjaħ “politika bla nifs”. -
April 2024
Forsi hija reazzjoni matura li nammettu
r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħna, u li meta tiġrilna xi ħaġa ma nwaħħluxfil-passat , f’dak li għaddejna minnu, f’kif ġejna ttrattati. Iżda hija wkoll maturità u sinjal li qed nippruvaw insiru adulti li nkunu responsabbli mhux biss għall-azzjonijiet tagħna iżda għall-memorja ul-istorja tagħna. Meta nkunu Ħaġar Qim jewl-Imnajdra u nħarsu ’l barra lejnil-baħar narawil-veduta evokattiva u romantikatal-gżira ta’ Filfla. Min jaf kemm ritratti jeżistu tagħhadil-veduta fil-mobile ta’ kull min ikun għaddej minn ħdejnil-Qrendi u f’daqqa waħda jilmaħ dikil-blata f’nofs ta’ baħar. Aħna mingħalina qed inħarsu lejn frottil-proċess ġeomorfoloġiku, proċess misterjuż ta’ miljuni ta’ snin,ir-riżultat ta’ bidliet li seħħew fuq skala ta’ ħin ġeoloġiku. Meta,fil-fatt ,il-forma ta’ Filfla li naraw issawret bomba wara bomba. Kull bidla li saret f’dakis-silwett famuż kienetl-effett ta’ splużjoni, azzjoni li damet inqas minn sekonda, iżda rrepetuta jum waral-ieħor għal għexieren ta’ snin. Hemm ħafna skali ta’ żmien.Iż-żmien ġeoloġiku.Iż-żmien tal-imperi.Iż-żmien tal-istorja ta’ pajjiżna f’dawkid-deċennji hekk kif kien ħiereġmill-kolonjaliżmu . Jimmy Grima,bl-esej tiegħu “Il-Kwiet ul-Lejl ”, jagħti bidu għas-sensielal-ġdida “Splużjonijiet” dwarx’wassal għal dikit-trawma prinċipalifil-kuxjenza ta’ Maltal-ġdida li ilna ngħixu fiha minn Ottubru 2017. Huwa jmur ifittexl-istorja twila li wasslet għal kultura fejn hu possibbli li nisplodul-porvli mhux bissfl-ajru b’ċelebrazzjoni, iżda ankimal-għetiebi tal-bibien b’vendikazzjoni u taħtil-karozzi tan-nies biex nagħlqulhom ħalqhom. Jimmy jgħid li f’xogħlu jipprova jaqbadiż-żmien , iżda “hemm ħafna ħofor u spazji mudlamafl-istorjografija Maltija. Qisna ma tantx sibnaċ-ċans inħarsu lura lejn kif inkitbetl-istorja tagħna u weħilnaman-narrattiva orjentalista li kitbu fuqnal-barranin li kienu jaħkmuna. Jista’ jkun limaż-żminijiet , dak li nkiteb, bħal fi Ġrajjiet Malta, sar vanġelu u sarit-twemmin ,it-tradizzjoni ul-identità Maltija. Finzjoni li ssirir-realtà , fejn dak li nkitebfil-kotba ta’ gwida għat-turistifis-sittinijiet inbidelfit-twemmin nazzjonalital-identità Maltija.” Ankil-istorja għandhal-istorja tagħha. Joe Gatt,bir-rakkont tiegħu “General Strike” joħodna lura għal avveniment ieħor li, għalkemm huwa punt ċarfl-istorja ta’ kif ħriġnamill-kolonjaliżmu , m’għanduxl-istess rispettabbiltà li għandu, pereżempju,is-Sette Giugno.It-28 ta’ Apriltal-1958 għadu marbut wisq ma’ storja ta’ partit wieħed. Però, lanqasis-Sette Giugno ma kien minn dejjem rispettabbli għal kulħadd. Ma kienx hawn monument wieħed li jfakkru għal sebgħa u sittin sena minn meta seħħ, tnejn u għoxrin minnhom f’Malta indipendenti. Forsi għax, bħall-general striketal-1958 li żvolġa fi speċi ta’ rewwixta orkestrata, għal snin sħaħl-avveniment stajna nħarsu lejh bissmil-lenti partiġġjana. Qisna nistennew liż-żmien inaddafl-att mill-aspetti kkumplikati u inkonvenjenti tiegħu sakemmfil-memorja jibqa’ biss avveniment nadif ta’ eroiżmu pur, li fih ħadu sehem biss nies li sibnielhom posthom qalbil-ħafna qaddisin ta’ dawnil-gżejjer . La dak li nagħmlu, la dak li niftakru, u lanqasl-istorja li nirrakkuntaw dwarna nfusna, qatt mhuma għalkollox innoċenti. -
Marzu 2024
John Maynard Keynes kien jgħid li meta jitkellem
man-negozjanti ul-kapijiet tal-industrija, kienu jgħidulu li huma nies — irġiel — tad-dinja, nies prattiċi li m’għandhom la bżonn u lanqas ħin għat-teoriji, la tiegħu u lanqas ta’ ħadd. Keynes kien jirrispondihom li mhux talli għandhom bżonnhat-teorija , talli diġà kienu jużawha, imma jużaw teorija antikwata, u jużawha mingħajr ma jafu.Il-prominenza tal-filosofijafid-diskors medjatiku filli tikber, filli tmajna. F’mewġa minnhom, madwar erbgħin sena ilu, bdejna wkoll insejħulha “it-Teorija ”, għall-inqasfl-Anglosfera u madwarha. Dinil-kelma forsi daqsxejntal-moda u daqsxejn vaga, iżda turil-ħsieb ul-filosofija ħerġinmill-konfini tad-dipartimenti tagħhom u jibdew jitħalltumad-dixxiplini l-oħrajn;l-arti viżiva,il-letteratura ,l-arkitettura , u eventwalment kollox. Kliem u kunċetti jgħaddumill-filosofija umid-diskors akkademiku għad-diskors kulturali u politikul-ħin kollu bi proċess kontinwu u kważi inviżibbli. Kliem li ssorprendalin-nies meta beda jintuża saril-vokabularju lil-ġenerazzjoni ta’ wara kibret bih. Li kieku niktbubl-istess lingwa li biha nagħmlul-parti l-kbiratal-qari tagħna, faċli nużawdal-kelmiet mingħajr ma nirriflettu wisq fuqhom. Aħna m’għandniex dakil-lussu . Iżda għandna lussu ieħor minflok.It-traduzzjoni ssir privileġġ; għax qabel naqbdu nużaw terminu, qabel naqgħu għall-eżotiċiżmu meżmerizzanti tiegħu, irridu ningaġġaw sewmal-ħsieb warajh biex naqilbuh għall-Malti.L-isfida li toffrit-terminoloġija mhix neċessarjamentl-ikbar waħdafit-traduzzjoni . Nafu li iktar mal-kliem hu sempliċi u “primittiv”, iktar diffiċli ssib kliem ekwivalenti għalih f’lingwa oħra. Iżda dawnit-termini jġorru fihom storja twila u kuntesti diversi, li jagħtuna fuq xiex naħdmu waqt li nfittxulhom postmal-kliem l-ieħor li nużaw biex niffurmawil-ħsieb tagħna. F’Ottubru li għadda kellna taħdita waqtil-Festival tal-Ktiebbl-isem “Kif tgħidha f’qalbek” fejn tkellimna dwarl-element ta’ traduzzjonifil-kitba bil-Malti,l-aktar meta niktbu dwar suġġetti li aħna familjari ħafna magħhom b’lingwi oħrajn, speċjalmentbl-Ingliż . Għalkemmis-suġġett huwa ħafna akbarmill-kliem individwali, parti kbiramill-konverżazzjoni daretmal-fatt li termini li sirna familjari ħafna magħhom f’lingwi oħrajn insibuha bi tqila biex inġibuhomfil-Malti . Danil-ħsieb wassal għall-ħolqiental-proġett “Il-Kliem fit-Teorija” — f’kollaborazzjoni ma’ diversimill-kittieba tagħna, uħud minnhom speċjalizzati f’xi qasam akkademiku — fejn bdejna konverżazzjoni dwar għadd ta’ termini li diġà kellna nitqabdu magħhomfl-editjar tal-ġurnal. Dinil-konverżazzjoni għadha, u se tibqa’, għaddejja u perjodikament se nippubblikaw entrati (dejjem) proviżorji għat-termini li qed niddiskutu. Iktar tarddax-xahar se nippubblikawl-ewwel termini, ul-proġett se jitnieda f’avveniment waqt Kampus Kotbabil-parteċipazzjoni ta’ diversi kittieba li qegħdin jieħdu sehem f’dal-proġett .Il-konverżazzjoni bejnil-kittieba hija waħdamill-iktar aspetti produttivifit-tiswir ta’dal-ġurnal . Mingħajrha ma jistax ikun hemm kultura letterarja. Ħafna drabi meta niktbu nkunu magħluqin f’kamra waħidna, iżdal-kliem li nużaw qatt mhu tagħna biss. -
Frar 2024
Kemm huma rilevanti
l-ideat li nimpurtaw minn barra, minn kuntest ieħor, minn ilsien ieħor? Din kienetil-mistoqsija inizjali li tat spunt għal sensiela ta’ workshops li għamilna ma’ Librerija Geġwiġija bejn Settembrutas-sena l-oħra ul-bidu ta’ Frar.Il-kitbiet ta’ Monique Wittig kienu emblematiċi għalina f’danir-rigward .Il-prassi politika tagħha dejjem kienet letterarja u użatil-lingwa nnifisha,il-logħob bil-kliem ul-forom , biex tagħmelix-xogħol tal-ħsieb tagħha. Illumil-kitba ta’ Wittig — kitba minn ilsien ieħor, minn kuntest ieħor, minn żmien ieħor — f’daqqa waħda tinħass kontemporanja sew.It-traduzzjoni kienet qisha ipoteżi inizjali; mod kif nimpurtawl-ideat , imma mhux mingħajr ma naħsbu sew fuqx’qed nagħmlu:it-toqol li tingħata kull kelmafil-femminiżmu ut-teoriji tal-ġeneru jaf jintilef jew jirdoppja meta jaqsam fruntieratal-lingwa . Ideat li kienu rilevanti Franzafis-sebgħinijiet mhux neċessarjament jagħmlu sens għalina llum.Ir-reżistenza fil-lingwa nnifisha — li rridu naqilbuha, naħdmuha — tista’ tkun mhux intopp imma għodda biexl-ideat , flok nibilgħuhom sħaħ, nimmetabolizzawhom.Il-workshops kienu għalhekk opportunità biex dan nagħmluh madwaril-mejda flimkien, bħal meta nieklu flimkien.Il-qari individwalibil-mod il-mod ċeda għall-qari kollettiv, ul-metodi li kull parteċipant juża biex jaħdemmat-test bil-kitba personali tiegħu stagħnabl-għajnuna us-sehem tal-grupp kollu.Ir-riżultat mhuwiex uniformità ta’ idea b’leħen wieħed imma test b’ilħna li jitkellmu flimkien għalkemm mhux dejjem qed jgħidul-istess ħaġa. Monique Wittig innifisha kienet involuta f’mument storiku ta’ trasferenza ta’ ideat bejniż-żewġ naħattal-Atlantiku , kemm meta qalbet għall-Franċiżix-xogħol ta’ Marcuse,bil-parteċipazzjoni tiegħu stess, kif ukoll meta hi marret tgħixl-Amerka u kkollaborat ma’ Sande Zeig biex taqlebil-ktieb tagħhom Brouillon pour un dictionnaire des amantes għall-Ingliż. Minndax-xahar se nagħtu bidu għal kullana ta’ traduzzjonijiet ta’ esejs dwaril-qagħda politika kontemporanja.L-ewwel wieħed se jkunl-esej “Kollox Iperpolitiku: Ġenealoġijatal-Preżent ” ta’ Anton Jäger, maqlub għall-Malti minn Karl Baldacchino. F’danl-esej Jäger jipprova jsib “qafas ġdid adegwat” biex nifhmul-epoka ta’ waral-2008 fil-Punent. Waħdamill-karatteristiċi ta’ dinl-era hijal-mobbiltà tremenda ta’ ideat minn persuna għal oħra, minn grupp għal ieħor u minn pajjiż għal ieħor. Jäger irid isib mod kif għandu jinftiehem danil-mument politiku ġdid, mingħajr ma jassumi li nistgħu nibqgħu nużawl-istess kategoriji ul-istess vokabularju li dejjem użajna. “Mil-lum kollox reġa’ sar politiku, u b’mod ferventi.” Iżda lanqasil-kelma “politika” stess m’għandna nassumu li għadha tfisserl-istess ħaġa li kienet tfisser għoxrin sena ilu, jewis-seklu li għadda. “Minkejjal-passjonijiet bla fruntieri li qed jaħkmu u jittrasformaw xi wħudmill-aktar istituzzjonijiet b’saħħithom tagħna,” jgħid Jäger, “verament ftit human-nies involutifit-tip ta’ kunflitti ta’ interessi organizzati li xi darba konna niddeskrivu, f’sens klassikutas-seklu għoxrin, bħala ‘politika’”. -
Jannar 2024
Jgħidu li
l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa.Bil-Malti għandnal-idea ta’ ħin ul-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti.Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor.Il-ħin tħossu għaddej.Iż-żmien , però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddewis-snin , li ġa ilek f’dinid-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħafferfl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuqid-dinja eluf ta’ snin, miljuni. F’“Manifest Kontraż-Żmien ”, Kris Polidano, f’dikin-nofs siegħa interminabbli ta’ vjaġġ b’tal-linja , tkejjel kull mument; kull minuta tagħfas fuqhabil-ħsejjes ,l-irwejjaħ ul-memorji tagħha.L-eċċezzjoni trivjali ta’ ħsarafil-karozza ġġegħelha taqsamil-ħin tagħhafil-gelgul taż-żmienmal-folla għajjiena warax-xogħol .L-opportunità li tiċċassa ’l barramit-tieqa tagħtihaċ-ċans lil-ħin tarah jissarraf fi żmien. “Lil ġismek għalxejn tipprova tgħidlu biex ma jikbirx; dak li jrid jagħmel.Il-ġenetika diġà qiegħda hemm f’postha, lesta biex tgħidlek li sormok ser jikbirlek u ser jieqaf jidħollokġol-qalziet li għext fih għal sajf sħiħ; lir-riħa ta’ ġismek ser titlef dikl-aħħar qatra riħa newtrali — ħjieltat-terra li jobżqu minn kull porabis-saħħa t-tfal, u li nibqgħu nkarkru biha sa mal-ewwel xagħra tiżbroffa minn taħt abtna.” Warren Bartolo,fl-entrata tad-djarju tiegħu “Il-mixja lurad-dar kienet twila sigarett wieħed”, jaqsamil-ħin tiegħu bejn sigħat waħdumal-kotba u sigħat ma’ sħabu, ma’ rġiel li jiltaqa’ magħhom, umal-bqija tal-belt. “Immur nipprotesta għall-Palestina ma’ S. Tibda Republique u tispiċċa Nation. Hemm min qiegħed bilwieqfa fuqit-tinda tal-bus stop itajjar duħħanbil-kuluri tal-bandieratal-Palestina… Filgħaxija mmorrud-dar ta’ E u nieklu dumplingsbil-ħaxix ubil-kimchi (li ma jogħġobnix), pommes noisettes u npejpu ftit. Imbagħad noqgħod nara lil B, E u S jilagħbu Fortnite (ippruvajt nilgħab ftit ukoll).” Susan Sontag kienet żiedet tgħid lil-ispazju jeżisti biex mhux kollox jiġri lilek.Il-ħin tħossu int, iżda qed jiġri lil kulħadd, anki lil dawk li bilkemm nafu xejn dwarhom. “Mhux li tant nixtieq nies f’kitbieti,” tikteb Loranne Vellafit-tielet entratatad-djarju tagħha. “Jew aħjar, nixtieqhom — jekk ikunu hemm — jibqgħu anonimi, nixtieqhom imċajprin,bil-fattizzi mżellġin,it-tip li jħallukfl-għama dwarx’hemm fil-fond ta’ qalbhom, jidher biċ-ċar li qed jaħsbu ħafna aktar milli qed juruk.” Hemm ukoll dawkis-saffi li huma eqdem minn kull ħjiel li ħalla warajhil-bniedem , kif jurina OmarN’Shea fir-raba’ parti ta’ Bur Mgħeż.Is-saffi ta’ sena fuq sena li jsirud-dinja ta’ madwarna u, taħt saqajna,l-art li nimxu fuqha. -
Diċembru 2023
“
L-ikbar deċiżjonijiet politiċi li għandna bżonn nieħdu huma dwarl-ikel ”, tgħid Noah Fabri f’“Insalata”.L-ewwel il-pappa.L-ikel illum “jissimbolizza wkolll-inugwaljanza ul-inġustizzji tal-katinital-provvista ul-kapitaliżmu globali,il-ħela ul-ġuħ ”.Fil-performance li kien jisimha wkoll “Insalata”, u li ttellgħet bejn Awwissu u Ottubru 2023, Noah tkellmet dwarir-relazzjoni bejnl-ikel ul-ġeneru . Tiftakar kiffl-iktar mumenti f’ħajjitha fejn kellha bżonn tikkomunikamal-familja tagħha, ma’ nannitha u ommha, kienbit-tisjir li dan sarbl-iktar mod intens. “L-għerf tan-nisa jirrikonoxxi lil-ikel huwa xi ħaġa ħajja lil-ħin kollu qed terġa’ ssir.L-ikel ma jemminxfit-tradizzjoni ” u ma’ kull ikla li tissajjar,ir-riċetta ul-ikel jinbidlu.L-ikel huwal-mod kifid-dinja ta’ madwarna tidħol fina,il-bidu tal-proċess metaboliku tagħna bħala individwi u bħala soċjetà.L-ikel tagħna mhux innoċenti; mnejn jiġi u kif jaslilna għandu effett fuqid-destin tal-pjaneta. Noah jinnota kif nanntu kienet issajjar mingħajr ma tiżen jew tkejjel — hemm għarfien li mhux maqbudmis-sistemi teknokratiċi li jikkwantifikaw u jikkomodifikaw kollox, għarfien li jista’ jgħaddi bissfl-intimità ta’ bejn persuna u oħra,l-intimità tal-kċina utal-mejda . “Flaming Fag” ta’ Matteo Pullicino toħodnafl-intimità tal-friex,tas-sodda ,fl-intimità ta’ bewsa.Fl-attentati — minkejjad-dinja — li ngħaddu xi ħaġa, xi forma ta’ ġmiel, wieħedlill-ieħor , permezz ta’ kliem, ta’ vrus, ta’ poeżija.Il-protagonisti tal-esej ta’ OmarN’Shea , “Joey Tilbes,it-Tabù Tinża’”, iserrħu fuq lingwa sħiħa li mhux dejjem fihal-kliem . “L-ilbies ,il-parrokki ,it-tkaken ,il-make-up kienu prostetika neċessarja, bħalma kienut-teknoloġiji tal-ġisem li jipproduċu affetti u mutetti ta’ jdejn, xufftejn, għajnejn u mossi.” Jgħaddu għarfien lilhom infushom u liċ-ċirku żgħir ta’ sorellanza madwarhom anki jekk bilfors iridu jagħmlu dan għal udjenzi li huma daqqa ostili u daqqa nejjieka. “Għall-udjenza dan kollu kien farsa, ġesti trivjalizzati; stajt tkun mara biss għal dawk li huma bħalek.Il-kummiedja tal-ġeneru kienet partimill-idea tal-konsum għall-gost.” -
Novembru 2023
“Nitwieldu u nikbru. Inwelldu u nkomplu nikbru sa ma
fl-aħħar nispiċċaw. M’hemmx mod ieħor.” Hekk tgħid Virginia lil oħtha Vera f’“Qamar Aħmar”,in-novella ta’ Simon Bartolo li qed nibdew bihadax-xahar . “Kollox jitmermer. Kollha se nispiċċaw.” Danil-fataliżmu jibda ċiklu li jiżvolġi f’ritorn — u bħal dejjem,it-tfittxija għall-istorja tagħna hija neċessarjament tfittxija għal dak li fadal minn ta’ qabilna. Ħafna drabi dinit-tfittxija toħodna fuq vjaġġ lura lejnil-post li nsejħulud-dar .Id-dar tista’ tkuntal-ġebel , jew tista’ tkun dikid-dar iktar dejjiema taħtil-blat , mnejn darba kien ġiel-ġebel innifsu.Il-fdalijiet li nsibu jafu jkunu biss għadam, ġebel, kmamar vojta. Drabi oħrajn jifdal biss dokumentifl-arkivji għaxil-qabar innifsu ndifenmaż-żmien .Fit-tielet parti ta’ “Bur Mgħeż”, OmarN’Shea jibdamill-metodi tal-arkeoloġija sakemm jgħaddi għall-mezzi li nużaw bħala bnedmin biex niftakru ’l qrabatna, kemm biex nibqgħu magħhom u kemm biex nerħulhom f’idejniż-żmien , “il-proċessi soċjali, fiżiċi u ontoloġiċi li bihomil-ħajjin jittrasformawil-ġisem bla ħajjafil-ġisem mejjet”.Il-metodu xjentifiku li tużal-arkeoloġija moderna hijal-istratigrafija , tħaffirtat-trinek li jħalluna narawis-saffi li jserrħu wieħed fuql-ieħor taħt saqajna. Metodu ieħortal-arkeoloġija huwal-kelma ,il-kitba ,it-tfittix fl-arkivji fejn kull kelma għandha saff ieħor taħtha, fejn kull riċerkatur qed jibni fuq ta’ qablu; jitgħallem, jikkollabora, imeri, jimpika. Kris Polidano,fil-poeżija tagħha “-Na -I -Hom” tinħakemmill-memorji li għadhom qed ifittxu ma’ xiex jaqbdu, ma’ immaġnitan-namrar tal-ġenituri,mal-“kanzunetti tad-Depeche Mode/li sarutal-quddiesa fejn tmuril-mummy u ma tmurxin-nanna ”.Il-memorji tal-kittieba,tal-familja utar-raħal jidħlu f’xulxin.Id-dar ,il-ġenituri ,in-nanniet ,fit-tliet xogħlijiet li għandnadax-xahar , mhumiex maqtugħinmill-komunità li jgħixu fiha. Metaż-żagħżugħ ,fin-novella ta’ Simon, jasalfir-raħal biex ifittex lil oħt nanntu, “il-pjan kien li jfittex iċ-ċimiterju biex isibid-dar ”. Iċ-ċimiterju huwar-raħal tal-imgħoddi li se jibqa’ tuliż-żmien , “it-tkomplija tal-imgħoddifl-issa biex jimxi lejnid-dejjem li ma jafu ħadd”;l-oqbra bl-istejjer tagħhom,il-kannierja li tieħu ’l kulħadd.Id-dfin kollettiv, jgħidilna Omar, “spiss jingħad li jirriflettil-identità ta’ kollettivitàfil-komunità , prassi komunifil-preistorja tal-Mediterran”. -
Ottubru 2023
Kemm hi tagħna
l-art ta’ taħt saqajna? Trid tkun tagħna biex tiflaħna? Dak li hemm taħtha u dak li jikber minnha, f’liema sens għandu jkun tagħna?Fil-Ġenesi , Adam jieħus-sjieda fuqil-ħolqien billi jagħti isem għal kollox.Fl-esej tagħha “Żerriegħa”, Davinia Hamilton tibdal-vjaġġ ta’ investigazzjonifir-relazzjoni tagħha ma’ art twelidhabil-memorja tal-ismijiettal-għasafar utas-siġar . “Nipprova nitgħallimhombil-Malti dawnl-ismijiet . Ħafna minnhom ma nafhomx, għax danis-suġġett qatt ma kien jinteressani qabel. Infittixhom fuql-internet u f’Kelmetil-Malti . Għandhom ismijiet sbieħ immens. Vjolintax-Xitwa , Bufulatal-Qamar , Sponsun, Primavera, Sultan iċ-Ċawl, Sturnell, Gardell, Ekru. Siġratal-Luq , Balluta, Siġratad-Dorf , Fraxxnu, Żagħrun.”L-ismijiet mhumiex biss sjieda imma wkoll appartenenza.L-ismijiet humar-rabta tagħnamad-dinja . Fihoml-istorja ta’ kif għexna magħhom u kif għexna bihom. Metal-proċessi storiċi u ekonomiċi jnessunal-ismijiet tal-fjuri utas-siġar , inessuhomlna bħala parti minn proċess ta’ approprjazzjoni. Meta nindunaw li nsejnal-isem tagħhom nindunaw ukoll li m’għadhomx tagħna.L-art ittieħdet minn taħt saqajna. Kif tgħid Davinia, “hemm kliem f’bosta oqsma li jinteressawni libil-Malti ma jeżistix — il-psikoanaliżi,it-teorija queer,it-teorija femminista,it-teatru ,id-disinn ,l-internet ul-industrija soċjali, fostl-oħrajn . Issir kważi impossibbli li naħseb fuqhomfil-lingwa nattiva tiegħi.Il-lingwa Ingliża ssir krozza. Dan huwa effetttal-kolonjaliżmu , li jagħmilha ta’ arbitru bejni u bejnid-dinja .” F’“Kontra Tagħna Għaliex Magħna”, Joe Gatt jikteb fuql-istorja ta’ Malta waral-gwerra u kemm kellu jgħaddi żmien qabel konna kapaċi nimmaġinaw pajjiż mingħajr ħakma barranija. Ul-fdalijiet ta’ dinit-taqbida tal-immaġinazzjoni għadhom hemm, fi lsienna,fl-imġiba tagħna u f’kif inħarsu lejna nfusna.L-aljenazzjoni kulturali hija riżultat ta’ aljenazzjoni materjali.Il-ħsieb lil-art ta’ taħt saqajna m’għandhiex tkun ta’ xi ħadd ieħor kważi kulħadd jaqbel miegħu. Imma tibqa’l-mistoqsija ta’x’se nagħmlu bihal-art meta ssir tagħna. Nistgħu naħsbu lil-ħelsien huwad-dritt li nkunu aħna biss li nisfruttawha. Jew inkella, lil-ħelsien veru huwa li nsibu mod kif naħdmu flimkienmad-dinja , ingawdul-frott tagħha, mingħajr ma nifnuha, mingħajr ma mmarrduha u nġibuhafix-xejn . U forsi nħallu lil ta’ madwarna,lin-natura ,lill-annimali u ’s-siġar jgħidulna humax’jisimhom . -
Settembru 2023
Qabel
l-arkeoloġija hemmil-ġeoloġija .Iż-żmien kif tkejlul-ġebla kważi impossibbli għalina nimmaġinawh. Dawnil-gżejjer stess huma dak li fadalmill-ħajjiet ta’ miljuni ta’ kreaturi limal-medda taż-żmien għexu f’danil-baħar . Kif jgħid OmarN’Shea fl-ewwel esej minn serje dwaris-sit ta’ Bur Mgħeż, kellhom jgħaddu “miljuni fuq miljuni ta’ snin biexil-ħlejjaq tal-ilma kkonspiraw li jinżgħu ġisimhom u jintelqu mejtin fuq dawk ta’ qabilhom biexil-pressa tal-ilma baħar tagħġinhom f’ġebla sedimentarja.”L-oqbra Neolitiċi ta’ Bur Mgħeż intesew f’temp ta’ ftit għexieren ta’ snin wara li nstabu, u llumis-sit tfittxu u ma ssibux, ħlieffl-għajdut ul-memorji tan-nies u fi ftit noti ’l hawn u ’l hemmfl-arkivji .L-arkeoloġija hija ossessjonatabl-għadam ubl-oqbra għaxfil-preistorja dak biss kien jifdal minnul-bniedem . Għemilu seta’ biss ikun bini, ul-bini jiġġarraf. Konna nħallu warajna bissl-istorja ta’ ġisimna, ta’ reazzjonijiet kimiċi u mutazzjonijiet ġenetiċi. Jew għall-inqas hekk dejjem qaltilnad-dixxiplina tal-arkeoloġija,id-dixxiplina kolonjali per eċċellenza. Din twaqqfet b’tali mod li tgħidlek lil-għarfien tan-niestal-post huwa sekondarju għall-aħħar. Għall-kuntrarju,fl-esej tiegħu, Omar — waqt li jmur ifittexil-propensità tal-bniedem fuq dawnil-gżejjer li jindifenfil-blat — jipprova juża mod ieħor kif jitkellem ma’ dawnil-bnedmin tal-qedem billi jitħaddet ma’ nies li bħalhomil-ġebla tal-franka “għexu magħha, kielu minnha, inksew biha lejl u nhar”.Ir-rivoluzzjoni teknoloġikatal-kitba biddlet kollox. Issa stajna nħallu warajna mhux bissl-istorja ta’ kifiż-żmien għamel ħerba minn ġisimna imma wkoll ta’ dak li ħsibna, ta’ dak li xxennaqna għalih.Il-kitba mhux stejjer biss tgħid;il-kitba malajr tibda thewden fuqiż-żmien u fuqha nnifisha. Minn danix-xahar se nibdew nippubblikaw entrati ta’ djarji minn diversi kittieba. “Għalfejn niktbu għal għada dak li ġara llum?” tistaqsi Loranne Vellafid-djarju tagħha. “X’qed inżommu ħaj verament? Għal min qed niktbu? Għalina stess bħala eżerċizzju ta’ kitba? Għalina stess bħala eżerċizzju ta’ qari dwarna stess? Jew għal min jiġi warajna li lanqas biss jafna?”Ir-ritwal tal-kitbafid-djarju , bħar-ritwaltad-dfin , huwa sforz biex ma nintesewx minkejjal-eluf ta’ snin li jiġu warajna. Meta nindifnu u nsiru ħaġa waħdamal-blat ,l-istorja tagħna tkompli tiżvolġi fi żmien ġeoloġiku. Immaż-żmien tal-kelma jgħaddi f’ħakkat’għajn għax hemmit-tama li biha nkunu nistgħu ninftiehmu minn dawk li xi darba għad forsi jiġu jfittxuna. -
Awwissu 2023
Il-qilla tax-xemx ixxennaqna għall-wenstal-lejl .Is-sigħat twaltal-jum ,it-toqol tal-ħars,il-parti fil-ħajja li ntgħażlet għalina, li tisirqilna ħajjitna ftit ftit, iġennuna għall-ħarba ġo dawkis-sigħat ta’ wara nżulix-xemx , meta jibda dramm ieħor. Binhar mhux tagħna imma ta’ kull min jitfa’ ħarstu fuqna, ta’ kull rendikont li nagħtu, ta’ kull ritratt li jittiħdilna.Id-dawl għandu jedd fuqna, jaf xi jrid minna.Il-persunaġġi fl-istejjer ta’ Miriam Galea jitbattlumid-dija qalilatax-xemx Maltija u jaħarbu ’l fuq lejn belt Ewropea fejnil-ġurnata mudlama kważi bħal-lejl, fejn “it-temp ikrah illum” us-“sema donnu tbenġila”. U minkejjal-ħarba , kollha donnhom jistaqsul-istess mistoqsija: “Fejn qed tistaħbax-xemx tisreġ, fejn marid-dawl ?”Il-lejl jgħattik minn ħaddieħor imma jikxfek miegħek innifsek. “Fid-dlam ufix-xita qliel kulħadd kien inġabar għall-kenn ta’ daru u jien kont waħdamill-ftit iterrqut-toroq jiżolqutal-belt , jirbumbjawbl-eku ta’ passi għajjiena.”Id-dellijiet jagħtukx’tifhem li fihom tista’ timraħ, fihom tista’ ssib solidarjetà erotika, alleanza, sorellanza. OmarN’Shea jikteb dwaril-lejl ul-ispazju erotiku li jinħoloq bejnid-dellijiet fl-esej “Bil-Moħbi fil-Beraħ” fejn joħodna lura ġenerazzjoni sħiħa għal realtà li bilkemm għadha teżisti, dinja li sfaxxatfil-ġentrifikazzjoni politika u elettronika. Dinjabl-użanzi ul-etikett tagħha, b’lingwaġġ li fih innifsu kien ukoll partimis-satra . Dinjabil-ġeografija tagħha,bil-mapep tal-lejl li jistgħu jitqiegħdu fuq dawk ta’ binhar u jittrasformawl-użu us-sjieda ta’ post pubbliku,il-Ġnien tal-Gżira — li hu tiegħek għax hu ta’ kulħadd — minn lok imdawwal għat-teatrintal-familja matulil-jum għal wieħed mudlam għall-“ħufar” matulil-lejl . Immal-wens qatt mhu sħiħ, la ta’ billejl, la ta’ binhar, latad-dellijiet u lanqastal-irtokk li tuża Mona Lisa,il-protagonista tal-kitba ta’ Matthew Schembri. -
Lulju 2023
Meta Platun ried ifaħħar lil Saffo, sejħilha
l-Għaxar Muża.Id-disgħa li ġa kien hemm, biex jgħaddulill-bnedmin l-għerf poetiku, artistiku u xjentifikumill-qċaċet tal-muntanji fejn kienu jgħammru, kienu jsibu xi raġel Grieg u jfesfsulu f’widintu, biex imbagħad minnu jitkellmul-allat . Anki jekk kliem Saffo xi darba tlissen b’leħenl-allat , illum jaslilna umli u tentattiv, kelma ’l hawn, kelma ’l hemm fuq bċejjeċ ta’ papiru li jdumu sekli sħaħ biex jitfaċċaw.It-traduzzjoni l-ġdida ta’ Warren Bartolotal-frammenti ta’ Saffo, tgħidilna Loranne Vella, tidħol inkiss inkissmat-test oriġinali. Biex iġibilna lil Saffobil-Malti ,it-traduttur jindiehes magħha, jgħix magħha, joħroġha miegħu, iħalliha ssir parti minn ħajtu ta’ kuljum. Ma jagħmilx vjolenza fuqil-poeżija imma jħallilnal-ispazji tal-istorja, ta’ fejn għebul-biċċiet . Test ifframmentat nistgħu ninħallu fih daqskemm jinħall fina hu.L-istess tagħmel Rowena Grechbil-ħrejjef ul-mitoloġija , meta taqbad mit u tiddomestikah, tħallih jaħkimha imma wkoll taħkmu hi billi tiġġissem bih. Rowena tidħolfl-istorja billi tirrakkuntahamill-ġdid , billil-istorja tilbisha, tiffotografaha, iżżarmaha permezztat-teknoloġiji kollha li għandha u ġġiegħel ’l-istorja tħares lejha nnifishafil-mera tal-midja soċjali. F’“Medusa”, Rowena, bħalma tagħmel f’bostamill-istejjer li tirrakkonta, tidħolfl-istorja , issibil-mara fiha u ġġibhafid-dinja tagħna. Ma tagħtiniexl-istorja tal-eroj, li jagħmel atti ta’ barra minn hawn, u jirbaħ, u jaħkem, u jistupra, u joqtol. Naqraw, minflok,l-isforz lil-protagonista tagħmel biex tieħul-forma u ssir karattru sħiħ, li titlibbes biha nnifisha. Loranne tikkwotal-idea ta’ Ursula K. Le Guin li minbarral-istejjer vjolenti li ilna nafumill-mitoloġija , hemm tip ieħor ta’ storja li ftit ġiet miktuba. “Hemm stejjerbil-lanza ,bit-taqtigħa sfrenata, imdemmija, dwar dakil-wieħed lifl-aħħar joħroġ rebbieħ. Imbagħad hemml-istejjer bil-qoffa, li narawha timtelabil-mod il-mod, nedhew niflu kull frotta li titqiegħed fiha, nistagħġbubil-ġmiel ,bl-ilwien ,bl-emozzjonijiet li jitqanqlu fina hekk kif narawha timtela sa ma tfur. Iżda kull fejn inħarsu,l-aktar li naraw humal-istejjer bil-lanza, għaxl-istejjer bil-qoffa ma tantx jagħmlu ħoss.” Forsi Platun għolla ’l Saffo għal-livell ta’ Muża għax ma riedx jara żewġ nisa jfesfsu f’widnejn xulxin. Wara kollox, bilfors kellu jkun hemm xi spjegazzjoni sopranaturali għall-fatt li Saffo kienet ħakmetl-immaġinazzjoni tal-qarrejja tagħha bi vrus dwarl-imħabba ,il-ġmiel ,il-biżgħat .Il-kwotidjan ,id-domestiku , jaf joħloq theżżiża,bil-mod kwiet u persistenti tiegħu, daqsl-ikbar terremot. -
Ġunju 2023
Il-kelma “imġissem”is-soltu nużawha biex infissru persuna b’saħħitha, xi ħadd li forsi qatta’ ħafna ħin f’xogħol manwali jew sigħat twal jerfa’l-ħadid . Imma, kif jgħid Kurt Borgfl-esej “Ġilda”,il-mod kif neżistu huwa mod imġissem.Il-fatt li ngħixu bħaladal-ġisem jagħtina postnafid-dinja li ngħixu fiha. Dak li nħossumid-dinja u dak li ngħidulid-dinja jitniżżel fuq, u jinqara minn, ġisimna. Charlene Galea tieħu ’l ġisimha bħalal-ktieb ta’ ħajjitha u tagħti vuċi għal kull marka li ssib fuqu.Ix-xogħol tagħha “Ġismi Battikata” kellul-ġenesi tiegħu f’serje ta’ workshops li għamlet Budapest bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet performattivi dwaril-ġisem ,il-moviment ul-vuċi , li ilha tesplora dawnl-aħħar snin. Għalihal-ġisem huwa kemmis-sors ta’ dak li tħoss u kemmir-reċipjent ta’ dak li jagħtiha kulma tiltaqa’ miegħu f’ħajjitha.Il-ġisem ma tħossux biss minn ġewwa, imma tarah ukoll minn barra,fil-mera tal-imġiba lejhatan-nies . Għaliex għalkemm ngħixu f’ġisimna, ġisimna mhux tagħna biss. Qed jiġi kkunsmat minn ħaddieħor u ffurmatmill-mod kif jarawh, kif iriduh.Mill-mod kif jinħabb minn ħaddieħor ul-mod kif inhu għodda f’makkinarju ikbar minn kull ġisem individwali, makkinarju ekonomiku u politiku. Fuqil-ġisem tinkitebl-istorja tagħna;ir-rendikont tal-ġisem huwar-rendikont tal-ħajja tagħna. Charlene tieħul-idea tal-kitba fuqil-ġisem ukoll b’mod dirett permezztat-tpinġija . Kontral-istorja lid-dinja uż-żmien inaqqxu fuq ġisimha, hi tikteb fuqil-ġilda tagħha ittralid-dinja biex tgħidilha xi ħaġa lura.In-nifs ,il-vuċi ,il-ħsieb ,il-moviment ,l-azzjoni huma kollhal-arti ta’ Charlene.Fil-leħen issibil-ftit garanzija li hemm xi ħaġa li tibda ġewwa u li tipprova tgħidl-istorja ta’dal-ġisem minn taħtil-ġilda . Kif jikteb Kurt, “il-ġilda tgħattik filwaqt li tikxfek bħala kreatura vulnerabbli”. Għalih,il-waqgħa ta’dal-ġisem vulnerabbli, faċilment immarkat, hija dik li tagħmilna bnedmin, dik li żżommna milli nkunu allat. -
Mejju 2023
Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni,
il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawnl-ewwel xogħlijiet li għandnafil-ġurnal tagħna dinit-taqbida kienet ta’ spiss parti importantimill-kitba umill-proċess editorjali. Metal-ewwel niddeċiedu li niktbu dwar suġġetti li aħna intiżi fihom imbagħad wara nagħżlu li niktbu dwarhombil-Malti , insibu ruħna nipproċessaw ideat illi dejjem qrajniehom b’lingwa oħra, probabbilmentbl-Ingliż , u li għalhekk bqajna naħsbuhom b’dinil-lingwa . Meta niġu biex nartikolawhombil-Malti nsibu ruħna nitqabdu bejnl-idea nnifisha u espressjoni preċiża u eleganti. Dan huwal-każ mhux biss għal suġġetti akkademiċi iżda wkoll għal vjaġġi interni dwar minfil-fatt aħna. Romeo Roxman Gatt jiġi lura Malta u jibda jaħsebbil-Malti fuql-istorja tal-ġeneru tiegħu, suġġett li kien dejjem jaħseb u jikteb dwarubl-Ingliż . Sa dakiż-żmien ,l-għażla li ma jużaxil-lingwa materna kienet għalih mod kif ifittex kuntest li jħallih jartikola lilu nnifsu.L-isforz li jużal-Malti joħroġl-aktar meta Romeo jipprova jitkellem dwaru nnifsu u dwaril-ħajja fid-darmal-familja , u f’Malta b’mod ġenerali,bl-istess lingwa. Dintal-Malti mhix unika. Kull fejn missewl-imperi ġabu magħhom u ħallew warajhom frammenti u aljenazzjonijiet. F’La coscienza di Zeno, li ħareġ eżatt mitt sena ilufl-ewwel snintal-psikoanaliżi ,il-protagonist jibda vjaġġ internbit-Taljan , ilsien barrani kemm għal Zeno kif ukoll għall-awtur, Italo Svevo. Jistħimid-“djalett ” Triestin tiegħu u jgħid illi meta jitkellem bih, jispiċċa jgħid biss dak li għandu frażi lesta għalih, u jħalli barra dak kollu li għalih m’għandux vokabularju. Li nġibu ’l Svevofil-Malti , imbagħad, ifisser li qegħdin inħaffru f’iktar minn saff wieħedtal-istorja tagħna. Ukoll, meta konna qed naħdmu ma’ OmarN’Shea fuqil-proġett tat-traduzzjoni tiegħutal-Gilgamex fil-Malti, rajna kemm hu sforz kbir li nsibu aċċess dirett għall-idjoma ul-kultura Semitika mingħajris-saff ta’ termini u interpretazzjoni Ingliżi. Li nieqfu naraw dinid-dinja mil-lenti kolonjalista li dejjem għamlet tagħhal-istorja taċ-ċiviltà.