F’waħda
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Lulju 2024
Sottomissjoni
U bħal b’vendikazzjoni ddeċidiet ma tkomplix tipprova, u għal ftit minuti komplew jixorbu
ċ-Cisk fil-kwiet ta’ bejniethom ul-istorbju ta’ madwarhom, fuqit-taraġ tal-Ġugar, waqt li qagħdet taħseb li setgħet għamlet użu aħjartal-ġurnata off. Torqod. Taħselil-karozza . Twieġeb dakil-messaġġ ta’ ħabibtha Abby minn xi xahrejn ilu. Kif wasletfl-aħħar boqqa kienet se ssellimlu u tibda miexja lura lejnil-karozza imma minn ħalqha ħarġet proposta li jmorru passiġġata. U ħaditusal-breakwater , ul-baħar kien kalm u kien hemmil-kwiet għaxl-għada kienet ħa tibdal-iskola ul-familji kienu żarmaw. U meta poġġew fuqil-blat qalet lilha nnifisha li llejla le, se żżomm saqajha magħluqa, kienet għadha xi ftit misluħa, u xortadat-tali ma tantx kien fih għaxqa. U għada xogħol jum sħiħ... U hu u jinstabat ġo fiha, b’żobbu li frankament kien kbir wisq biex jagħtiha pjaċir, u jsabbathamal-blat ta’ Marsamxett, jisolħilha rkejjen li kienu ħelsuhamill-istmu , hi u tinkwieta li qed jitqattgħalhal-flokk kważi ġdid, waqt li f’moħħha tidwil-mantra kif-iż-żobb-sibt-ruħi-hawn-kemm-nixtieq-qatt-ma-twelidt, għaddielhal-ħsieb li jekkdal-proxxmu jħabbilha, issemmit-tarbija Ali, għal Ali la Pointe. Hekk, ħa joħodhat-tagħlima . -
- Djarju 10.05.2024
xafra
fis-saqaf ta’ ħalqiit-traduzzjoni hija ħabel. bħalma tħoss
il-ħabel jiekolil-ġogi f’sessjoni shibari, inħossil-lingwa bħala xafrafis-saqaf ta’ ħalqi. hemm intersezzjoni li għad m’għandix kliem għaliha, imma qed nirreferi għal dikl-intersezzjoni bejnl-esperjenza ,l-intellettwaliżmu ,il-ħajja ,il-ġisem , alla,il-ħaxi jewl-erotiċiżmu li mhuwiex lineari (jiġifierit-tip ta’ espressjoni sesswali fejn m’hemmx punt A li jwassal għal punt B) jewin-nuqqas ta’ sess penetrattiv f’iseml-erotiċiżmu . iktar ma naqra fuqil-kink ud-dominazzjoni , inqas jinteressani li niskopril-iġsma b’danil-mod . kważi nixtieq nerġa’ nsir tifla, jew tifel, nibni ġismimill-ġdid . forsi nibnil-lingwa mill-ġdid. spiss naħseb fuqil-possibbiltà li nsir omm tiegħi nnifsi, imma ommimill-ewwel ġurnata li twelidt. -
- Djarju 01.03.2024
Nintebaħ li terraqt mhux ħażin
Fi tfuliti, meta kont għadni ngħix ħdejn
il-baħar , kull filgħaxija kont immur nimximal-kosta bla ma ngħid ’il ħadd. Mixja mgħaġġla mhux illajmata, nibdiehabin-niżla lejnil-bajja , imbagħad nerħi lejnil-lemin u nibqa’ dieħla ’l ġewwa, naqbeżir-ramla u ninżel fuqil-blat . ’Il fuq minni stajt nisma’l-ilħna ,it-taħbit ut-tektik tal-boċċital-logħob . Iżda moħħi kien biss fuqil-pass li jmiss jien u ntawwal riġlejja biex nevital-blat ippuntat ul-ħofor mimlijin ilma qiegħed. Nieqaf ħdejnis-salini , inserraħ saqajja fuqix-xoffa ta’ ħawt minnhom, inħares daqqa minn naħa daqqa minn oħra biex nilmaħl-ilwien ikanġutal-kristalli tal-melħfid-dawl ta’ nżulix-xemx , imbagħad lejnil-baħar . Kont nistħajjel lil-fetħa tal-baħar quddiemi għad xi darba tittiekel gidma gidma u nkun jien li nibqa’bil-ġuħ . Nimxi fuqil-ħitan baxxi minquxafil-blat ta’ madwarl-għanqbuta ta’ ħwat kwadri wieħed maġenbl-ieħor , nipprova ma naqa’fl-ebda wieħed minnhom. Xi darba ma kien hawn xejn ħliefil-kristalli jleqqutal-melħ lil-baħar ux-xemx kienu joffru ’l-art . Bdew jieqfumal-kosta l-baħħara jiġbrul-melħ biex jerfgħu fihil-laħam ,il-ħut ul-ġlud ħa jservuhom għal żmien ieħor.It-tmelliħ fostl-eqdem taħwirtal-ikel , ul-imluħa waħdamill-ħames togħmiet li kapaċi ntiegħmu. Insalata mhix ħlief werqa mmellħa. Immellħul-ilma tax-xorb sa ma jtiegħem ilma baħar u nsejħulu salmura; nimmarinawil-laħam biex inrattbuh u ntejbuh ħa nomogħduh bi pjaċir. Jekk ma niklux melħ nimirdu, jekk nieħdu wisq immutu.Bil-melħ issiġillajna ftehim bejnietna, roxxejnieh biex nuru ’l Alla li nafdaw fih. Bnejna toroq għall-melħ biss, bih xtrajna, begħna, partatna, għamilnal-kummerċ . Bdejna gwerra minħabbal-melħ . Ħkimna rħula, ħraqnielhomid-djar u ksejnielhoml-uċuħ tar-raba’bil-melħ biex xejn ma jikber u jmutbil-ġuħ kull min kien fadal ħaj. Mornax-xogħol ufl-aħħar tax-xahar tawna salarju,mil-Latin: salarium, sal, melħ. Bħalma fehem tard wisq Mida,id-deheb tgħaddi mingħajru,il-melħ le.Fit-Tramuntana tal-gżira, ’il bogħod ’il bogħod, kont naf li hemm raħal imsemmi għall-melħ ’ħabbas-salini li m’għadx hemm ul-bur salmastru lisal-lum hemm għadu. -
- Djarju 02.06.2024
Moħħi huwa ffukat li nitlaq daqt
Kważi sensazzjoni ta’ mistħija li mhux qed nikteb kollox
fid-djarju tiegħi. Mhux niktebl-istorja kollha, inħallil-affarijiet barra apposta. Immur għall-qari minn Estelle Hoy u Lisa Robertson filgħaxija f’ħanuttal-kotba fi Strasbourg-Saint-Denis. Hoy tgħid li kmienifil-karriera tagħhatal-kitba , xi ħadd kien taha parir li kellha tagħżel ġeneru wieħed u żżomm miegħu. Tgħid li kienet sabetdal-parir irritanti u li eventwalment iddeċidiet li ma żżommx ma’ ġeneru wieħed. Lejnl-aħħar , Hoy tgħid li xi nies ħasbu lil-kitba tagħha kienet awtofinzjoni.L-udjenza kollha tistagħġebbil-kelma “autofiction” bħallikieku saret insult — li tant kemm sar ġeneru trendy, li issa huwa trendy jekk tmur kontrih. Sidil-ħanut tal-kotba u persuna oħramill-udjenza t-tnejn jaqblu li kultant, meta jaqrawix-xogħol ta’ Hoy, iħossu li għandhom bżonn jerġgħu jaqrawh għax ma jkunux ċerti jekk kinux fehmu sewx’inhu għaddejfis-sentenza .Fil-fatt persunamill-udjenza qalet li ħafna drabi hi ma tifhem xejn. Hoy tgħid li jogħġobhadal-fatt . Ma nifhimx għaliexin-nies jaħsbu li hija ħaġa tajba jew impressjonanti li ma nifhmuxil-kitba ta’ xi ħadd. Bħallikieku iktar mal-kitba tkun kumplessa u iktar ma nifhmuhiex aħnal-qarrejja , ifisser lil-kitba aktarx hija tajba ħafna. Konverżazzjoni sħiħa ma’ M u C dwarl-ilbies li qed nilbes; tissejjaħ ġakketta jew blouse?
Abbona