F’liema sens qed naħsbu meta naħsbu f’ħaddieħor?
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- 11.03.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ego, superego, id
Dejjem tatni ħafna f’għajni
t-traduzzjoni Ingliża, li tagħmel minn kliem ordinarju kliem eżotiku u ġergu, kliem li tista’ tiċċarġja iktar għalih. Naħseb f’dal-każ id-diffikultà mhux daqstantfl-għażla tal-kliem (għall-inqas “jien” u “superjien”) imma f’kemm humafil-fatt issedimentati “ego”, eċċ. Proprjament, “ego” hijal-unika waħda li hija użata f’kuntest mhux tekniku. Nistgħu nibqgħu nużaw “ego”fis-sens ta’ kuljum, meta xi ħadd ikollu rasu kbira: “Dak kulma jagħmel għall-ego.” -
- 01.03.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
il-politika
tal-kura Sibt diffikultà
bit-traduzzjoni għal “politics of care” bħala “il-politika tal-kura” għaliexil-kelma “kura”bil-Malti hija aktar assoċjatamad-diskors mediku, bħal ngħidu aħna metat-tabib jikkura pazjent.Bit-Taljan meta ngħidu “ħu ħsieb” tiġi tradotta bħala “stammi bene”, waqt lil-frażi “nieħu ħsiebek” tiġi tradotta għal “mi curo di te”. F’danis-sens it-Taljan għandu użu usa’ għall-kunċett “curare” li jistà jfisser kemm “tieħu ħsieb” u kemm “kura”mill-mard .Bil-Malti ma nħossx lil-kelma “kura” hija adatta biex taqbadil-kunċett ta “politics of care”. -
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħarsa/lemħa
M’iniex għalkollox ċert dwar “lemħa” għax għalija din
il-kelma għandha konnotazzjonijiet passivi,fis-sens li tkun qed tiġri xi ħaġa u inti tilmaħha; u mhuxis-sens li inti qed tħares b’mod attiv u intenzjonat lejn xi ħaġa. “Lemaħ” fuq verb.mt qed tiġi tradotta bħala “to catch sight of”.Fil-każ ta’ “the look on his face” ma taħdimx “lemħa” (“il-ħarsa fuq wiċċu”). -
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħu ħsieb
Fid-dinja Ingliża u dik
tal-Punent , “to care” dejjem kienet distinta minn “thought” u “reason”. “Care” assoċjata ma’ emozzjonijiet, irtubijatal-qalb , femminilità — u mhuxil-ħsieb , li dejjem kien meqjus rett, veritier u imparzjali, kif ħafna drabi huwa mfisserfil-Punent . Qisul-Malti ma jagħmilx dinid-distinzjoni radikali bejnil-ħsieb bħala ħsieb astratt u li tieħu ħsieb xi ħadd. -
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
tpaxxa
Jouissance, kif nafha jien, ma tfissirx biss pjaċir, imma xi ħaġa
fl-estrem , li tista’ wkoll tinkludil-uġigħ us-sofferenza . Jouissance mhix pura, fiha hemml-eċċess , hemmil-mewt , livell ta’ eċitazzjoni li kważi ma tiflaħhiex. Lacan jagħmel distinzjoni bejnil-pjaċir ul-jouissance .Il-pjaċir jobdil-liġi tal-omeostażi li nsibu f’Beyond the Pleasure Principle [Jenseits des Lustprinzips], fejnil-moħħ ifittexl-inqas tensjoni. B’hekk,il-prinċipju tal-pjaċir ipoġġi limitu fuqil-pjaċir .Min-naħa l-oħra,il-jouissance tikser dinil-liġi u hi “beyond the pleasure principle” u iktar tallinja ruħhamad-death drive [Todestrieb]. -
- Djarju 25.02.2024
Għandi dubju dwar
il-liċenzja Il-fdalijiet f’partijiet oħra ta’
dil-belt ,il-monumenti ul-kolonni ut-toroq wesgħin ul-arkati trijonfali, jixhdus-snin metal-belt kellhal-ambizzjoni ġenoċidali li tkunil-kapitali ta’ imperu. Imma f’dawnl-inħawi ,il-fdalijiet huma mħażental-banana u skeletrital-krejnijiet .L-ismijiet tat-toroq juru li darba kien hawn sistema ħafna iktar kumplessa ta’ kanali, u ħafna swieq differenti ta’ komoditajiet partikolari: ħut, tiġieġ, majjal, butir, faħam, qamħ.Il-port kien ħafna iktar attiv sa nofsis-seklu li għadda. Ftit ’il fuq minn hawn kien hawn stazzjontat-trasbord li ħa ismu — Tour & Taxis — mill-familja li darba kellhas-sede tagħha hemm u li kienet tħaddemis-sistema tal-posta għall-Imperu Ruman Qaddis, kif imsemmi f’The Crying of Lot 49 ta’ Pynchon. Illum hemm shopping mall lussuż, kollu njam, u park sabiħ taparsi nofsu salvaġġ. Faċċata tiegħu hemm dik li kienet fabbrikatas-Citroën , bini enormi li fi żmien sentejn jew tlieta (jew ħamsa, jew sebgħa) se jkun fergħatas-Centre Pompidou. Sa għoxrin sena oħra se jkun differenti ħafna hawnhekk, imma għalissa għad hawn bilanċ sabiħ. -
- April 2025
Frammenti
Fl-aħħar mill-aħħar
li jifdal:
Ħarsa ddur kantuniera,
jew tiżgiċċa
waqt li tinqabad.
Naqriet.
*
Fl-aħħar mill-aħħar
li jifdal:
Frammenti.
Biċċiet misjubin
wara żmien twil,
minn kullimkien.
Frak ta’ ġrajja:
Ħajriet, tamiet, imħabbiet:
Ħarsa, mixja, tifkira;
Kelma, nofs kelma, sikta:
Tbissima, firda, għajbien.
Frammenti xi darba jinġabru
f’kaxxetta ħajja.
*
Frammenti:
Insib farka oħra
minnek:
(Tbissima).
Xi darba nsibu biċċa oħra.
Jew, xi darba, konna sħaħ. -
- April 2025
Immissjajtha Xi Naqra lil Malta, Manuela?
Xi kultant ma nafx għadnix nista’ ngħid li jien minn hawn u ngħidha kif inħossha mingħajr ma nirċievi reazzjoni li
s-sottotest tagħha donnu jgħid, “Din ġiet erbat ijiem minn barra u se tibda tikkritika, mingħaliha li laħqetis-sema b’idejha, mingħaliha li issa aħjar minna.” Apparti minn hekk, ċerti nies (normalment dawk li jadurawil-partit , jew baqgħu b’xi mod leali lejh) qishom joħduha personali meta tgħidilhom lil-affarijiet hawn Malta mhux sejrin sewwa u li issa ma nimmaġinanix nerġa’ ngħix hawnhekk. Daqslikieku issa jiena wkoll barranija u ġaladarba ma ngħixx hawn, m’għandil-ebda dritt immaqdar. Inutli ngħidilhom li hemm barra mhux perfett lanqas imma lis’issa sibtni aħjar hemm, u li nikkritika għax, minkejja kollox, xorta jimpurtani minn Malta ul-futur tagħha. Ma nasalx ngħid li nħossni barranija essaċċ f’dawnis-sitwazzjonijiet , għaxin-nies li qed nitħaddet magħhom nafhom u jafuni sew, għax familjarimal-protokolli soċjali li qed nipparteċipa fihom, u għax konxja biżżejjed u żżejjed ta’x’inhu jiġi kkomunikat mingħajr ma jingħad. Domt naqra biex wasalt għaliha, imma safl-aħħar fhimt eżatt kif inħossni. Inħossni… intruża, eżatt bħalma ddeskriva dinil-kundizzjoni Jean-Luc Nancy hu u jiffilosofizza u jipproblematizzad-duwaliżmu ta’ ġewwa/barra, jew familjari/stramb wara li għadda minn trapjanttal-qalb: “… jekk [l-intruż] diġà għandud-dritt li jidħol u joqgħod, jekk hu mistenni u milqugħ mingħajrl-ebda parti minnu ma tkun sorpriża mhux mistennija jew mhux milqugħa tajjeb, ma jibqa’ lal-intruż , u wisq inqasl-istranġier .” -
- Poddata 21.04.2025
Noti Editorjali #6
ma’
« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq
l-idea ta’ dominanza, fuql-idea ta’ aggressjoni, fuql-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura ul-ħoss tagħha ul-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuqil-ħruġ tal-Ħadd waranofsinharbil-karozza . Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjamentil-ħruġ bil-karozzi llumil-ġurnata jsir ukoll.Il-Ħadd filgħodu kmieni huwal-unika slott fejn wieħed jista’ joħroġ vettura klassika u ma jsibx daqshekk traffiku, forsi joħroġ ħafna iktar moħħu mistrieħ li mhux ħa jsib dakil-ġenn . Jekk għandu karozza ta’ preġju li tista’ tkun involuta f’aċċident... Imma jiena qed inħares lejnil-ħarġa klassika ta’ wieħed kiel, ħareġil-karozza b’mod ċerimonjuż għall-aħħar, saq għal xi mkien, baqa’fil-karozza . Ittrattal-karozza bħala estensjonitad-dar , bħala kamratad-dar , mar lura u daqshekk. Dan ġeneralment qatt ma ħareġmid-dar , jiġifieri qisu baqa’ f’ambjent domestiku… Meta aħna ngħidu ħarġal-Ħadd bil-karozza waranofsinhar ħafna drabi jiġu f’moħħna xi koppja anzjani jew koppjabit-tfal , biss ukoll hemm kultura fostiż-żgħażagħ li għadha b’saħħitha ħafna u kien ta’ faxxinu kifit-teknoloġija ul-avvanzi għenu biexil-karozza ġiet domestikata iktar minn qatt qabel. Jieħdul-laptop magħhom jaraw Netflixfil-karozza u jġibu takeaway.Il-vettura li għandhal-potenzjal illi timxi u ddur u tiċċaqlaq tibqa’ statika, u vettura oħra tiġi sserviha. Jiena għalija dik hija affaxxinanti,il-fatt li qisek bqajt hemm, qisek litteralment qbadt kamra minnġod-dar ħriġtha u poġġejtha xi mkien ieħor imma xorta bqajnafil-konfini tad-domestiċità. » -
- Djarju 19.08.2024
Bħal tagħfas buttuna u kollox relax
Hemm min jgħid li min iżomm djarju jaf ikollu teorija
tad-djarju . Jien ma nafx jekk għandix teorijatad-djarju . Jew forsi għandi, għaxl-element konfessjonalitad-djarju dejjem ġibidni, minn meta kont tifel. Imma issa qisni ma rridx nibqa’ mwaħħal ma’ dakl-impuls biss — li jħares lura u jeqred. Avolja dawn huma karatteristiċi ċari fija u f’kitbieti. Inżomm djarju biex niddokumental-ispirtu ta’ ruħi,it-togħmiet li kapaċi (u li m’iniex kapaċi) intiegħem ta’ kuljum,it-taqbida li nħossmas-sensi tiegħi hekk kif inħossni inkapaċi ngħixil-letteratura bil-mod li nixtieq għalkollox. Dikil-ħajta ta’ dissodisfazzjon hija għajn għall-kitba tiegħi. Mhux biss nostalġija, imma wkoll kilba, għafsa, għatx, xenqa, xewqa għal konnessjoni — inħoss li dawn humal-affetti tal-kitba tiegħi. Tenerezza u fraġilità.
Abbona