Forsi hija reazzjoni matura li nammettu
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- April 2024
Splużjonijiet #1
Il-kwiet u
l-lejl Kif issejħet f’diversi kitbiet, Filfla qisha artal. Speċjalment meta tqis li faċċata tagħha hemm dawk
iż-żewġ strutturi li nsejħulhom tempji. Hekk sejħilhom Temi Zammit u hekk sejħulhoml-arkeologi fiż-żmien kolonjali. Ma tantx iddoqqli dintat-tempju utal-artal , għax spiċċajna nħarsu lejhom minn narrattiva waħda biss: dik li tiffoka fuqir-riti uċ-ċerimonji . B’hekk, possibbilment eskludejna funzjonijiet jew raġunijiet oħra għalfejn kien jeżisti danil-ħaġar impoġġi b’mod arkitettoniku ta’ barra minn hawn.Il-kelma tempji tirrifletti perspettiva Ewroċentrika li dehret f’perjodu metal-akkademiċi Ewropej kienu qed jikklassifikaw u jiddeterminawid-dinja skontin-normi ul-preġudizzji kulturali tagħhom.L-użu tal-kelma “tempji” inevitabbilment tesponil-aspett reliġjuż jew daktar-ritwal tas-siti. Din hija spjegazzjoni monofunzjonali li tista’ tkun qed tnaqqasmill-vera funzjoni tagħhom.Meta dawnis-siti jiġu mmarkati bħala “tempji”mill-komunità interpretattiva — li storikament kienet magħmula minn akkademiċital-Punent — tieħul-awtorità li tiddeterminax’inhi u,fl-istess ħin,x’mhijiex .Il-kelma “tempji” f’kuntest kolonjali tikxefl-effetti tal-orjentaliżmu li jirrifletti mhux bissir-relazzjonijiet tal-poter bejnil-kolonizzatur ul-kolonizzat , iżda wkollil-mod kif dawnir-relazzjonijiet jinfluwenzawil-produzzjoni tal-għarfien. -
- April 2024
Persjani
Ħa niktibha hawnhekk forsi nikser iċ-ċirku vizzjuż. Fi kliem Keats,
il-kapaċità negattiva hi li tkun “kapaċi toqgħodfl-inċertezzi , Misteri, dubji, bla ebda ġiri antipatku waral-fatti ur-raġuni ”. Dan kunċett antik, simili għat-trankwillità, jew ataraxia.Ix-Xettiku Sextus Empiricus u dawk kollha li ġew warajh jissuġġerixxu li din tiġimill-bilanċ ,mill-equipollence (jew għall-inqas hekk isostnut-tradutturi li għandha tinqalebil-kelma ἰσοσθένεια). Dan kollu jingħata ħafna iktar kulur u kumplessità minn Husserlbil-kunċett tal-epoché. Keats jgħid, allura, lil-aqwa karatteristikatal-kittieb — u skontu,l-aqwa eżempju ta’ dan huwa Shakespeare — hil-kapaċità li jkunu jafu li ma jafux, u li jibqgħu f’dinil-“ma nafx”, f’dinil-boqqaġni , bla ebda attentat għall-għerf ut-teleoloġija . Kif għedt qabel:il-“jien ” ta’ Keats la tifhem u lanqas tispjega. Forsi dinil-kapaċità negattiva ta’ Keats taf tagħtini xi forma ta’ risposta għall-mistoqsija li dejjem insib ruħi nistaqsi:il-baħar ukoll ħabs?Il-fatt li Malta mdawrabl-ilma: ċella jew ħelsien? Għalkemm postijiet bħall-Awstralja jewir-Renju Unit huma wkoll imdawrinbl-ibħra ul-oċeani , naħseb kollha kemm aħna nifhmu li post bħal Malta każ kemxejn speċjali. U kemm hi kbira Malta? Għaxit-topografija tal-ġebel ul-baħar tifforma wkollit-topografija kunċettwali-personali tagħna.Il-leġiżlazzjonijiet differenti li jaqsmul-baħar ta’ madwarna — tal-baħar territorjali,taż-żona kontigwa,taż-żona esklużivatas-sajd — kollha jqisuna b’kejl differenti. Fuql-art dil-problema ma ssibx sodezza (niftakru ftitfil-ġuriżdizzjonijiet diversi u mħawdintal-gvern ,tal-knisja ,tal-privat) , u allura ovvja li nsibu ruħna nixtarru, bla qatt ċertezza,l-oriġini ul-identità tagħna,il-Maltiżmu tagħna mċaflas minn litanija ta’ karatteristiċi li humafl-istess ħin riġidi daqsiż-żonqor u flessibbli daqsil-mewġ . -
- Djarju 02.03.2024
Nistħajjilni qomt fuq artal
tas-sagrifiċċju Xewqat
tal-lum: li jibgħatli messaġġ dak li ltqajt miegħu lbieraħ. Jgħidli li jridni, u li jrid li nerġgħu niltaqgħu malajr kemm jista’ jkun, li nkun f’burdata tajba u li S itinil-attenzjoni , li ma jkollix biża’ u ansjetà dwaril-flus , li nixtrix’niekol mingħajr ma jħossni ħażin li naqsul-flus mill-kont bankarju, li jirnexxili nikteb xi ħaġa. Ġurnata mxarrba. Sema griż qotni, imdendel.Is-sħab ma jridx iħallis-sebħ jaqsamis-sema , li jibqa’ kulur wieħed ġurnata sħiħa, fond. S ma jridx kliem. Ma nafx f’liema staġun qegħdin, jekkir-rebbiegħa bdietx diġà jew għadha le. Jekk hux wisq sħana biex tkunix-xitwa , jekk hux wisq bard biex tkunir-rebbiegħa . Ma stajtx nikteb għal ġimgħa sħiħa, mgħaddas taħtil-friex tas-sodda, imkebbeb f’żaqqis-saqqu li ma tantx hu iebes. Enerġija meħuda kollhamill-burdata . Imbagħad ħedla għax naħli ħafna ħin niffaċċjadal-fatt . F’Marzu tliftl-aptit ,il-burdata biex nikteb.Ix-xewqa biex niftakar,ix-xewqa biex ma niftakarx mumenti biex nikteb dwarhom.L-imbuttatura biex naqbadil-mobile bl-iskrin imkisser u nikteb. Imbagħad meta jkunu għaddew wisq ġranet, biex nikteb dwar xi ħaġa li ma ġratxfil-mument immedjat. F’waħdamill-entrati tad-djarju ta’ Diċembru kont ħadt nota ta’x’kitbet Marina Benjamin. Tikteb dwaril-memorja ut-tislit tal-kittieb biex jiftakar, speċjalment xi ħaġa li ġrat tant żmien ilu: “Li tikkonċernani hijal-idea pjuttost pulita wisq lil-memorja hija xi ħaġa li tibqa’fil-wiċċ b’mod intattmill-passat imċajpar, bħal xi sejba arkeoloġika li tkun skoprejt u li minnha trid sempliċement tfarfarit-trab . Dakil-kunċett , naħseb, jista’ jiġi skontat, peress li kull darba li tiftakar xi ħaġa tkun qed tiktibhamill-ġdid , tqanqalil-passat fil-proċess. Dinl-indeterminazzjoni organika kollha tagħmelil-memorja inkwetanti. Tesponiha bħala xi ħaġa mibnija b’mod attiv minn persuna li tħoss, li tħares lura minn puntfil-futur , li trid tagħti rendikont ta’ kif sarul-affarijiet sabiex jgħixul-porzjon li jmisstal-futur tagħhombil-kumdità .” Hekk kif kitbetin-nanna ta’ Guillaume Dustanfid-djarju tagħha, li hu għamel traskrizzjoni tiegħu f’Nicolas Pages: “Peress li m’għandi ħadd madwari ma’ min nista’ niskambjal-ideat , nikteb dak kollu li niftakar,fl-ebda ordni partikolari, nimlal-paġni .” -
- April 2024
General Strike
Morna lejn
il-Marsa u hemmhekk bedal-inkwiet . Kellnal-pitrolju uċ-ċraret qodma. Xi ħadd ġab miegħu serrieqtal-mastrudaxxa . Inżilnaċ-Ċimiterju tat-Torok, mhux ’il bogħod minn fejn kienu jgħixu xi tnejn jew tlieta minna. Konna nafu fejn kien hemm żewġ arblitar-Rediffusion , kbar,tal-injam . Ridna naqtgħulhomil-wajers għax ma kinux riedu jxandrul-bulettini tal-union. Propagandatal-Ingliżi biss riedu,il-ġurnata kollha. Għamilna toqbafl-arblu , xarrabnaċ-ċraret fil-pitrolju, u deffisniehomfit-toqba li konna taqqabna. Qabbadnaċ-ċraret b’sulfarina u rsaqna lura biex narawl-arbli jinħarqu. Meta konna ċerti li kienu se jinħarqusal-art , morna lurad-dar għaxin-nisa kienu inkwetati u kienu qalulna biex ma nibqgħux barra tard, imma għall-inqas konna nafu li għamilnal-biċċa tagħna. Imbagħad waranofsinhar erġajna ħriġna. Konna xi mitt persuna, jew mitejn, tfajnal-ġebel fuqil-pulizija , u kissirnat-twieqi tal-karozzi li kienu fihom. Smajna li kienu sejrin lejn Blatal-Bajda , alluramorn’hemm , ħdejnil-flats tal-Arċisqof, u xħin wasalna rajna lin-nies kienu qed jitfgħulhomil-ġebel lill-pulizija. Surġent ħareġmill-karozza biex ineħħil-ġebel li kien qed jimblokkat-triq u xi ħaddmir-Rerum Novarum Flats tefagħlu żewġt iqsari.Il-pulizija l-oħra kienu telgħinl-għolja biex jiċċirkundawna, allura qtajna qalbna u ħallejniehom jarrestawna. Tfajna landa petrol fuqil-gverta ta’ vapur imma ma ġara xejn.
Abbona