Meta sentejn ilu bdejna Aphroconfuso, konna għedna li
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Mejju 2025
L-Għoxx Mera
tar-Ruħ Issibha diffiċli biex tqum minn fuq
il-bank . Tħoss qalbha tħabbat iżżejjed, wasalil-ħin li twettaqil-pjan li fassletil-lejl ta’ qabel waral-bikja , hi u tiekol biċċa wara biċċamill-kejk sa ma taħnet nofsu. Taf li ma tistax tibqa’ bilqiegħda hemm għal dejjem. Taf li dinil-bawxata , avolja daħlet fiha intortament, ħadd ma jista’ jgħinha toħroġ minnha ħlief hi. Isa, Anna Maria, kuraġġ. Allura tinqala’ minn fuqil-bank u tibda miexja, barral-ġnien , minn maġenbiż-żwiemel tal-karozzini jilhġu u jintnufis-sħana ta’ nofsinhar, lejn San Ġakbu, bħalma tagħmel kuljum, u kif tkun ħa tibda tielgħat-taraġ tħares ’il fuq u tinduna lil-bieb magħluq, b’karta mwaħħla, the museum is closed for upkeep and will be re-opening tomorrow. -
- Mejju 2025
persefoni tmur tixtri
l-ħwejjeġ secondhandAħna nibdlu l-ġeneru
ma’ kull żerriegħa tar-rummien li nigdmu u nobżqu ’l barra.
Ġisimna jibdel l-istaġuni:
sitt xhur Ade
sitt xhur Demetra
sitt xhur alla bejniethom.
Il-libsa ħamravjola vjolenti fuq il-manikin
taħfinli ħarsti bħall-illużjoni tal-femminilità.
Fiċ-changing room għajnejk jaħarbu minn fuq ġismi għarqan bil-ponot ħotba
bħall-ganutell fuq sider il-libsa.
M’ilnix nafek siegħa u ġa rajtni għarwien:
għajni x-xellugija tingħalaq nofs
l-għazza sufija fuq it-tieni rukkell
ix-xaħam bqit f’żaqqi. -
- Mejju 2025
Es Sidr #3
Kibli
Moħbija
fl-album tan-nanniet kien hemm tliet ritratti oħra li kienu meħuda f’daniż-żmien ukoll. Minnhom insir naf lifl-aħħar tas-sena marrus-Salini Bay Hotel, jieklu, jixorbu u jiġbdur-ritratti tax-show li kien hemmil-Pharaoh ’s Den, ta’ żeffiena nisa bojod u twal u rqaq jiddandnu b’kostumi mżejnabil-lewlu ,l-antaċċoli ur-rix . F’Diċembru kienu marru wkollil-Buskett Road House. Hemm ritratt wieħed tiegħu u tagħha flimkien: ommi liebsa dinil-libsa sewda Marokkina bħal kaftantal-bellus bil-ħjata kulurid-deheb mal-għonq. Kienetil-libsa li kien xtralha u li kien riedha tilbes biex titrawwemfil-kultura Libjana li kien kitbilha dwarha. Kienetil-libsa mdendlafil-gwardarobba tal-kamraż-żgħira għandin-nanna .Fl-ittri kien diġà beda jinsinwa biex tiffemminizza ruħha, biex tilbes bħal tfajliet oħra, biex titgħallem tkunfil-kumpanija tan-nisa, biex tagħmel affarijiet li huma eleganti, biex titkellem b’vuċi baxxa u b’ton delikat. U forsi ommi kienet qed tipprova tikkonforma daniż-żmien ? Jew forsi kienet għadha qed tipprova tagħmel sensmill-identità us-sesswalità tagħha? Naf lifir-ritratti tagħha meta kienet waħedha, ħdejnil-karozzi li kellha, ommi kienet diġà bdiet tibdelid-dehra tagħha f’waħdal-ewwel androġena u mbagħad aktar maskili. Imma forsi ma’ Otman kienet qed tesperimenta? Forsi kien opportunità? Leħħa ta’ kosmopolitaniżmu? Forsi kien xi ħadd li setgħet timraħ miegħu? Forsi riedet wild biex tkun tista’ tidħolfil-loġika ta’ riproduzzjoni normattiva għan-nies omosesswali, u allura warat-twelid tiegħi setgħet tieħun-nifs fil-liżbjaniżmu?L-omm liżbjana kienet tnebbaħni li ma nistax nibqa’ ninħeba waral-omosesswalità tiegħi biex niġġustifikal-fatt li ma rridx tfal. Ħafna qabel wennisnid-diskors dwaril-falsità tal-kontinwità normattiva, għal snin twal ġarrejt toqol kbir u sens ta’ ħtija li kont jien li waqqaftil-linja ta’ niesi b’dinid-deċiżjoni . Darba qaltli li kien madwariż-żmien li ltaqgħet ma’ Otman għat-tieni darba lil-omosesswalità kienet għadha kif daħlet, jew forsi aħjar ħarġet,fid-diskors pubbliku, li hi stess bdiet tqis b’serjetà possibbiltajiet ġodda ta’ kif setgħet tifhem lilha nnifisha.
Abbona