Qabel
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Settembru 2023
Bur Mgħeż #1
Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar
Bur Mgħeż għeb
fil-baħħ . Sparixxa. Kieku ma kinux dawkl-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Ankil-isem sparixxa, u sparixxiet ukollil-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu luramill-mewt ? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawnl-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti.Mill-memorja tal-Imqabbin, fejn mhuwiex sit arkeoloġiku li kellu okkupazzjoni ristretta għal perjodu determinat, imma lokalità ta’ ħafna identitajiet u ismijiet; “ta’ Bur Mgħeż”, “Tal-Isqof ”, “Tan-Naxxari ”, “ta’ Ċetta Pizzi”.Mill-arkivji nazzjonalifl-isptar Santu Spirtu, fejn sibtl-ewwel konferma li la Tagliaferro u lanqas Zammit ma kienu qed iħarrfu. F’dawnl-arkivji , Bur Mgħeż jinqabad jissielet bejnil-portafoll ta’ proprjetajiettal-Isqof ,il-but tal-familja għonja u filantropikaTan-Naxxari ,il-kittieb Alfons Maria Galea u protagonisti oħrajn li b’xi mod jew ieħor sabu mod kif idawru lira minnu. -
- Djarju 23.08.2023
Li jmiss se jkun għalkollox differenti
L-ewwel ħsieb marbut ma’ kitba ġdida li għaddieli minn rasi f’Mejju
tas-sena l-oħra — waral-ġimgħa intensiva li kienetit-tnedija ta’ Marta Marta — kien simili ħafna għal dak li dejjem ikolli wara li nlesti biċċa xogħol impenjattiva: “li jmiss se jkun għalkollox differenti”. Ħsieb li jitfaċċa sforz kemm inkun qed inħoss li f’dal-proċess li nkun għadni kif wassalt għat-tmiem tiegħu — li għalijat-tmiem dejjem ifisser meta xogħli nerħih kompletament minn idejja u nħallih imur għandil-qarrej — eżawrejt dak kollu li kienli possibbli. Żgur li jkolli nasal għaldas-sentiment ta’ finalità biex nazzarda “nagħlaq”, “nikkonkludi”, “niffinalizza” u nagħmelil-kitba pubblika, minkejja li naf ukoll li, kieku kelli nestendil-proċess b’sentejn oħra, se nsib ħafna iktar fejn nimraħ, u iktar iva milli le, b’iktar żmien biex naqra, nirriċerka, u naħseb dwaris-suġġett , żgur mhux forsi li nispiċċa nibdel għalkollox dak li nkun ktibtfl-ewwel snin.
Abbona