Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Frar 2025
Għalhekk qed nivvjaġġa
bil-mod #17236
Niddeċiedi li dan
it-terminal ma jeżistix, li jekk m’intixbil-karozza m’hawnx post għalik. Noħroġ ’il barra, inħallil-moll warajja u ninxteħitlu għandil-bar ta’ faċċata. Għadhomit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar uċ-check-in għall-ferry ma jibdiex qabelis-sebgħa u nofs, sagħtejn qabelit-tluq fid-disgħa un-nofs . Ormai ilni mqajmatnax-il siegħa, umal-lejl mhux li rqadt wisq. Inpoġġi fuq barra u nordna ġelattal-frawli fit-tazza u flixkun ilma żgħir kiesaħ, forsi niffriska ftit warat-traġitt lis’issa xejn ma mexamal-pjan li tant ilni nfassal.L-istrajk nazzjonalitat-trasport pubbliku Taljan għoġbu jneffaqni kemxa ġmielha għax waral-katamaran mill-Belt Valletta sa Pozzallo ma kelli ebda għażla ħlief li nieħu private transfer — xi ħaġa li nobgħod immens — sa Catania, biex minn hemm stajt inkompli b’kowċ oħras’hawn . Miraklu kiftat-taxi rnexxielu jwassalnibl-eżatt biex nilħaqtal-għaxra u nofs.Tal-ħdax u nofs u oħrajn ma ħadmux. -
- Frar 2025
Aċtu
fl-Istonku It-te aħdar itiegħem ħażin, forsi għax mhux tajjeb nixorbu filgħodu.
Il-bżar mixwi jeħillifil-gerżuma . Ma rridx nibla’. Imma hemm tliet uċuh iħarsu lejja jien u nipprova nomgħod, ma rridx naqla’fil-platt quddiemhom. Irrid norqod. Għajjienadal-aħħar . Bħal meta nitħeddelbis-sħana waranofsinhar. Imma għadna Frar,mit-tieqa naral-borra nieżla ħafif ħafif, forsi missni ntbaħt dakinhar.Fis-sodda nħossni aħjar. M’iniex f’sikkti. Barxa? Virus? Aċtufl-istonku ? Kont dħaltli għal għarrieda u għamilt ġismi tiegħek, u jien lanqas biss intbaħt bik. Mhux virus. Imma jkolli nħallik taħkimni minn ġewwa, tibdilni għalkollox, irrid u ma rridx. Għal snin twal ma ridtx. Imbagħad meta ridt ma seħħ xejn. Ġejtli meta waqaft irrid u waqaft ma rridx, eżattl-għada li ma baqax jimpurtani. Donnok kont taf li aħjar hekk, għalija u għalik. Qgħadt mistoħbil-ġimgħat . Kelli nbul f’vażetttal-plastik bit-tapp aħmartal-kamin biex insir naf bik.Lit-tabib merejtu, għedtlu li int aċtufl-istonku , qalli le u feraħli. Jien u sejra lurad-dar battaltil-portmoni miż-żgħarfil-bott tat-tallab. Rari nieqaf intih xi ħaġa. Illum niggżitnil-kuxjenza . Tbissimtlu. Xi darba anki dan kien aċtufl-istonku ta’ xi ħadd. -
- Frar 2025
Kullana ta’ għanjiet dwar
il-ħolm #7Forma numru ħamsa
Fl-iljieli, nistenna
l-Marrasa tiddi minn fuq xfieq
Iħarsu qigħan dil-gżira
Fl-iljieli, nistenna fil-gallarija,
noqgħod b’abti fuq ħoġor it-tieqa
tan-nofs, ngħodd il-karozzi, bajda
bajda
sewda
griża
Fl-iljieli, narani nitgħannaq
waqt li nħaddan l-imħadda
u nħoss is-sema fl-investi
tal-qoton ċelesti
Fl-iljieli, narani ndur u nitgerbeb
sakemm nispiċċa fuq in-naħa
li dejjem norqod fuqha
u hemm vera tibda t-tertuqa.
Abbona