Invokazzjonijiet

it-tlieta u ħamsin

Beverly Agius

Aphroconfuso
bis-saħħa barranija li tiġi biex nitla’
fuq it-turretta neħles minn kull toqla

għoqla — morru xxejru kollha.
komda ntir ’l isfel. lejn

aphroconfuso taħti
merħi fi spirtu ħiedel.

ninżel bajda rixa. mingħajru
pinna. tal-ajru benniena

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau