Waqt
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Ottubru 2026
Għalhekk Qed Nivvjaġġa
bil-Mod #39157
Tat-taxi jdum idur ftit, kważi jwaqqafni f’terminal ħażin, u
bis-saħħa tal-uffiċjalital-port jifhem li jrid iwaqqafni f’terminal F3, iddedikat għall-Grimaldi Lines. Imnalla ma ħadtxit-trasport pubbliku għaxbit-tibdiliet kollha li kieku kelli nagħmeldal-ħin minn mezz għal ieħor,x’aktarx kont indum indur iktar,bir-riskju lil-ferry jħallinil-art . Hawnit-terminal jinħass terminal ta’ veru — frisk, spazjuż, organizzat,bil-bar u b’siġġijiet fejn tistenna. Neħles iċ-check-inmad-desk u,bil-boarding passtal-karti f’idi, infittex fejn inpoġġi. Mudell ta’ vapur, magħluq ġo kaxxatal-perspex trasparenti, jattirali għajnejja; jinzertal-mudell tal-Cruise Barcelona — l-istess ferry li daqt nimbarka. Niflih minn kull kantuniera u nipprova nara nagħrafx fejn tista’ tkunil-kabina tiegħi. Inpoġġi fuq wieħedmit-tliet siġġijiet ta’ maġenbu u nkompli nistenna sakemm jgħajtu għall-passiġġieribil-mixi . Tersaq lejja koppja kemxejn anzjana u tistaqsini jekkis-siġġijiet ta’ ħdejja humiex vojta. Nagħmelil-wisa ’ u nċaqlaqil-basket addizzjonali minn fuqis-siġġu; il-basket taċ-ċarruta li xtrajt minn Londra issa nbidel ma’ sports bag tond, xtrajtu b’ħarba minn bazaar Ċiniż qabel ma għalqul-ħwienet f’Santander. Għandi bokka bihdal-basket il-ġdid,l-ieħor taċ-ċarruta ma kienx se jwassal u dan iktar b’saħħtu, inħossni għamilt capture,l-iktar waqtit-traġitt lejn u minn Malaga meta kelli ngħaddimill-kaos tal-istazzjontal-ferrovija Madrid Puerta de Atocha.Il-ġenn ta’ Stazione Centrale f’Milan lanqas jibda ma’ ta’ Madrid,fil-fatt vera apprezzajtil-coche en silenzio li spiċċajt fih ta’ bla ħsieb. -
- Ottubru 2026
Invokazzjonijiet #52
it-tnejn u ħamsin
Aphroconfuso
u ssib ruħek tibża’ minn wirdiena
ġurdiena qurdiena ċempilli jkun
x’ħin ikun — u niktiblek dwar rumen li
b’leħen Kont’Orlok jaqra ’l Poe imma
wkoll is-sunett ta’ neruda dwar il-għodu
b’tila nuda. aphroconfuso l-lejl f’cuba.
l-irtuba f’ort it-tuffieħ f’ħafnet l-idejn
u tweġibni. tweġibni wara jumejn -
- Ottubru 2026
Invokazzjonijiet #53
it-tlieta u ħamsin
Aphroconfuso
bis-saħħa barranija li tiġi biex nitla’
fuq it-turretta neħles minn kull toqla
għoqla — morru xxejru kollha.
komda ntir ’l isfel. lejn
aphroconfuso taħti
merħi fi spirtu ħiedel.
ninżel bajda rixa. mingħajru
pinna. tal-ajru benniena -
- Ottubru 2026
Invokazzjonijiet #54
l-erbgħa u ħamsin
Aphroconfuso:
“you leapt from crumbling bridges, watching cityscapes turn to dust
filming helicopters crashing in the ocean from way above”
Aphroconfuso:
“you leapt from crumbling bridges, watching cityscapes turn to dust
filming helicopters crashing in the ocean from way above”
Aphroconfuso:
“you leapt from crumbling bridges, watching cityscapes turn to dust
filming helicopters crashing in the ocean from way above”
Aphroconfuso:
“you leapt from crumbling bridges, watching cityscapes turn to dust
filming helicopters crashing in the ocean from way above” -
- Poddata 12.10.2026
Noti Editorjali #13
ma’
« Naħseb li din hija tema importanti, hija kważi djalettika jew tensjoni bejn
l-individwalità li titlobil-kitba ul-kollettività tal-grupp utal-attiviżmu . Jien naħseb li hemm tensjoni importanti bejniethom, jiġifierit-tnejn iżommuni ankrat b’modi varji. Jekk jiena nkun inkwetat dwarl-arroganza tal-ewwel persuna speċi nipprova nserraħil-kuxjenza u ngħid lil-attiviżmu iktar kollettiv, mhuwiex dwari. Niltaqa’ ma’ nies li jaħdmu verament fi spirtu ta’ kollettività minkejja li kultantil-midja ,il-ġurnaliżmu , jiffukaw fuq individwu partikolari għax għandhom bżonnu għall-istorja. Immafil-verità l-attiviżmu grassroots ma jaħdimx hekk. U lanqasl-esej . Għalkemmfl-esej jiena nużahal-ewwel persuna; m’iniex wieħed minn dawk li niddejjaqmill-pronom . Nużah anzi, għaliex nużal-ewwel persuna mhux biex nistabbilixxi lili nnifsi bħala elevat imma, anzi, għaxl-unika ħaġa li nista’ ngħid b’ċertezza hija dwarl-ewwel persuna u mbagħad jekk dak li qed ngħid japplika lil hinn, tajjeb. Imma mhux ħa nassumiha minn qabel. Jekkfil-kitba nkun qiegħed nitqabad ma’ dinl-arroganza ,l-attiviżmu jtinil-antidotu ,il-bilanċ . Għalkemm inħobb ngħid lil-esej huwa dwari,fil-fatt huwa dwarl-influwenzi tiegħi, dwaril-fatturi li infurmawni.L-esejiżmu li jinteressani huwa dak li jiftaħ, li huwa dwaril-jien li, waqt li qed tiktbu huwa diġà plurali,il-jien immultiplikat. Bħall-attiviżmu. Għaxl-attiviżmu jmur lil hinnmill-idea tal-jien attivist.L-attiviżmu qawwi u sabiħ għaliex huwa esperjenza li tiftħek u ġġiegħlek tinduna lil-esperjenza tal-grupp qed iġġibek xi ħaġa oħra. Jekk qed nemmenfit-trasformazzjoni soċjali u politika, dik ħa tinvolvi trasformazzjoni individwali, u daqstant ieħoril-kitba .L-esej għalija huwa trasformattiv litteralment għax jiena naf lidil-kitba tibdilni b’mod radikali u b’mod profond ħafna fuq livell importantissimu.L-“essayer ” huwa dan. Jiġifieri anki jekk qed nikteb fuqil-passat , dan mhux biex naqbdu bħal ritratt, b’modl-iktar preċiż, lanqas xejn.L-esej qed jaqbadil-proċess , huwa proċesswali fih innifsu. Inħossu jirrifletti ħafnal-proċess veru li nkun għaddej minnu jiena u nikteb. Għalijal-esejiżmu huwa eżerċizzju personali, dak li Foucault u oħrajn isejħulu askēsis. Mhux askēsis fejn tirrinunzja lilek innifsek (jiġifieril-axxetiżmu , kif imbagħad evolvietil-kelma) imma axxetiżmu bħala eżerċizzju li jħallil-innifsi jittrasforma, jifforma, kultant idewwi. Biex tittrasforma u tinbidel jeħtieġ li tagħmel forma ta’ paċi ma’ dak li għaddejt minnu, jew tinsieh b’mod partikolari, u dak huwa proċess formattiv u kreattiv finalment. »