Aphroconfuso
kull meta f’wied il-għasri
ninżel sa nofsni nissemma’
mal-blat iħabbat il-mewġ
niftakar f’kalanka ta’
franza f’qala ġo wied
u nirtogħod mhux bir-riħ
la petite fille de la mer
xemx li tqajjem dehxa
sħana li tgħawwem reżħa
nimtedd ma’ nifsek
nidħol f’fond abtek
għall-melħ il-fsied l-għajbien
u narana. insiru nies l-għerien