Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Settembru 2026
“siġra
tal-lewż ”għażiża poeta,
meta nkun qed insuq u ninnota,
għall-ewwel darba, is-siġar tal-lewż
mogħni bil-fjur roża, inħossni
nimtela — se nfur — bix-xewqa
li nikteb din ix-xbieha. mhux hekk
nixtiequ mill-poeżija? — li tkun
xejn inqas minn mirakoluża —
filli friegħi li tara bla ma tagħraf, -
- Djarju 02.09.2026
Il-verdett
Addijo day off mela. U probabbli addijo
d-date ta’ llejla. Ma nafxx’kont qed naħseb meta ftehemna. Ninħasel malajr u nilbes libsa sewda li xtrajtmill-Portugall . Nagħfasil-gass , u nofs siegħa wara nkunl-uffiċċju .Did-darba ,fil-karozza , ma nixgħelxil-playlist Best of Cumbia,il-fissazzjoni mużikali ta’ dikil-ġimgħa . Minflok, nixgħell-AC — ħaġa li qatt qabeldas-sajf ma kont nagħmilha. Jekk nipprova nitfih, inħoss fewġa ta’ sħana timbotta minn kull naħatal-karozza , qisha qed tipprova tgħaffiġni ballun.L-eqqel sajffl-istorja Maltija, u għalijal-iżjed sajf kiesaħ minn issa ’l quddiem. -
- Settembru 2026
Invokazzjonijiet #49
id-disgħa u erbgħin
l-imħabba (l-idejn jitolbu)
l-imħabba (l-idejn ġox-xagħar)
dirgħajk qamħin diħlin minn xifer
ir-ritratt. jaqsmu baħar biex jilħqu
xagħri. wiċċi ċagħqi
u bajdani fetħa qroll
par għajnejn. serħan
l-imħabba (l-idejn jitolbu)
l-imħabba (l-idejn ġox-xagħar)
dirgħajk qamħin diħlin minn xifer
ir-ritratt. jaqsmu baħar biex jilħqu
xagħri. wiċċi ċagħqi
u bajdani fetħa qroll
par għajnejn. serħan
l-imħabba (l-idejn jitolbu)
l-imħabba (l-idejn ġox-xagħar)
dirgħajk qamħin diħlin minn xifer
ir-ritratt. jaqsmu baħar biex jilħqu
xagħri. wiċċi ċagħqi
u bajdani fetħa qroll
par għajnejn. serħan -
- Settembru 2026
Invokazzjonijiet #50
il-ħamsin
Aphroconfuso
kull meta f’wied il-għasri
ninżel sa nofsni nissemma’
mal-blat iħabbat il-mewġ
niftakar f’kalanka ta’
franza f’qala ġo wied
u nirtogħod mhux bir-riħ
la petite fille de la mer
xemx li tqajjem dehxa
sħana li tgħawwem reżħa
nimtedd ma’ nifsek
nidħol f’fond abtek
għall-melħ il-fsied l-għajbien
u narana. insiru nies l-għerien -
- Settembru 2026
Invokazzjonijiet #51
il-wieħed u ħamsin
Aphroconfuso,
la ma nistax inkun
tiegħek fi ħdanek,
anulus fibrosus,
tkun tiegħi bejn
kull rukkell,
spatium intercostale,
tkun tiegħi fil-kustat
għalkollox tiegħi
fuq il-ġurnal
Aphroconfuso,
la ma nistax inkun
tiegħek fi ħdanek,
anulus fibrosus,
tkun tiegħi bejn
kull rukkell,
spatium intercostale,
tkun tiegħi fil-kustat
għalkollox tiegħi
fuq il-ġurnal -
- Djarju 16.10.2017
Is-silenzju ta’ wara
l-bomba X’jista’ jiġri wara ġuri hekk? Ma nafx. Tama li
l-appell tal-ġuri jkun ta’ suċċess u li jista’ jwassal għal ġurimill-ġdid li jsib ħtija f’Yorgen Fenech nistqarr li m’għandix ħafna, minkejja li nixtieq nemmen iżjed. Danil-verdett qatt ma stennejtu u domt imbellah minħabba fih. M’iniex wieħed minn dawk li, ad nauseam, jiġrix’jiġri , jgħidu li mhumiex sorpriżi b’dak li ġara, li rawha ġejja. Dinl-attitudni ultrakritika u ultraċinika ma togħġobni xejn, anzi nsibha politikament problematika. Dakit-ton li qatt mhu sorpriż b’xejn hul-istess ton li ma jemmen f’xejn,fl-ebda bidla ufl-ebda possibbiltà. M’għandix ħin għalih danit-ton li hu dejjem rassenjat (u allura diġà tellief) u hu wisq kburi biex jemmen f’xi ħaġa, ma jmurx jidher li tilef xi ħaġa. Imma min ma jazzardax sabiex ma jitlifx jispiċċa ma jirbaħ qatt xejn, lanqas. Wara kollox, meta ħafna minna narawil-massa tqumfit-toroq ul-pjazez ta’ Tirana u Belgrad, fi Tbilisi u Istanbul, fi Buenos Aires u Bratislava, nimtlew b’tama u ammirazzjoni lejnid-demokratizzazzjoni ur-reżistenza . Mentri hawn ħa ninħlew inħarsu lejnl-uċuh ta’ min qiegħedfil-folla ul-bijografija ta’ dak li jkun biex nikkonfermaw iċ-ċiniżmu?