Invokazzjonijiet #52

it-tnejn u ħamsin

Beverly Agius

Aphroconfuso
u ssib ruħek tibża’ minn wirdiena
ġurdiena qurdiena ċempilli jkun

x’ħin ikun — u niktiblek dwar rumen li
b’leħen kont’orlock jaqra ’l poe imma

wkoll is-sunett ta’ neruda dwar il-għodu
b’tila nuda. aphroconfuso l-lejl f’cuba.

l-irtuba f’ort it-tuffieħ f’ħafnet l-idejn
u tweġibni. tweġibni wara jumejn

Dekorazzjoni art-nouveau