Aphroconfuso
bejn il-missier u l-missier li addottajt
hemm int figurazzjoni tal-abbandun
xeħta ta’ blandun xehda fej’ blanzun
salmastru ilma ħelu flien irżin ribelli
idealizzazzjoni metamorfika ta’ rażan
u ħela ħarira kaħla u ħafna kannella
hemm int triegħed kull fibra għadma
rita ġilda tqalleb fija tinġenja l-versi
l-għadd imtenni għall-figuri paterni
hemm int talterna ġenetika m’oħra
f’bint aphroconfuso għalik aphro —
Invokazzjonijiet
it-tnejn u erbgħin
Beverly Agius
L-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.