Invokazzjonijiet

il-ħamsa u ħamsin

Beverly Agius

Aphroconfuso,
immur saċ-ċimiterju
biex nitkellem mal-ispirtu
u mal-bqija tal-irjieħ

imma mbagħad
ninduna li ġismek
qiegħed ħdejja — 

vojt. bħal tan-nies
l-oħra li invokajt
u ma semgħux

ara xi ġralhom:

b’laħamhom
għalqu bibienhom
u ma’ ruħi keċċew
irwieħhom

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau