Invokazzjonijiet

is-sebgħa u għoxrin

Beverly Agius

Aphroconfuso
meta wara t-te qegħidtli
fuq plattin it-tenerezza
biex fis nimmaternalizza
l-metonimija li fiha tridni
nkun tiegħek u ta’ jdejk
tettiera — xejn fietla — 

disturbata mill-plural ta’
dan il-ġest qabel l-irqad
nistenniek aphroconfuso
tmellisni bħal barthes

L-iżvilupp u l-pub­blikaz­zjoni ta’ dax-xogħol sar bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mill-Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali 2026–2028.

Dekorazzjoni art-nouveau