Invokazzjonijiet #36

is-sitta u tletin

Beverly Agius

Aphroconfuso
l-antipoeżija għal tgħanniqa
li ktibtlek meta kont għadni

medhija bil-varjetajiet kollha
tal-Meconopsis betonicifolia

sentenza qasira u xotta din
kelma waħda li ma treġġix

imma nibqa’ neħtieġha

Dekorazzjoni art-nouveau