Hemm f’pajjiżna art iktar sagra
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- April 2026
Nerġa’ Nżurha u Noħdilha Ritratt Ieħor
Iktar kemm wieħed jipprova jiffoka fuqha minn dan
il-mument ’il quddiem, iktar Filfla ssir elużiva u tibda tesibixxi karatteristiċi ta’ miraġġ jew illużjoni.Il-limitu fuqid-definizzjoni tal-istampa impost minn dawkil-ħames kilometri joħloq kundizzjoni perfetta sabiex tinħoloq dinl-immaġni ta’ gżiraġni fejnil-gżira hija entità kemm familjari kif ukoll misterjuża, kemm immaġni pjuttost astratta li tippresta ruħha għal interpretazzjonijiet personali u kollettivi varji, kif ukoll oġġett materjali li jikkonfrontanabil-karatteristiċi ubl-istorja speċifika tiegħu (lifl-aħħar mill-aħħar, kif se naraw iktar ’il quddiem, hija wkolll-istorja tagħna).Il-fatt li Filfla hi inaċċessibbli u ħadd ma jista’ jirfes fuqha, apparti f’każijiet speċjali, jikkontribwixxi għal dan ukoll. Ħadd ma jista’ jagħmel lil Filfla tiegħu, jew jimponi fuqha xi aġenda politika u ekonomika (minkejja lil-mawriet bid-dgħajsa organizzatimill-Heritage Malta u oħrajn jaslu viċin), b’differenza għall-bqijatal-gżejjer Maltin fejn prattikament kull rokna hija proprjetà privata jew ġiet allokata għal xi proġett ta’ żvilupp. Essenzjalment, din hija “immaġni ta’ gżiraġni” li tikkontjeni bissl-elementi strettament neċessarji — is-sema,il-baħar , ul-blata inkwistjoni — sabiex inkunu nistgħu nikkontemplaw dinil-“gżiraġni ”x’tista ’ tfisser. Lanqas meta npoġġu lilna nfusnafir-ritratt ma nkunu qed nimponu ruħna fuqha, għaliexil-preżenza tagħha tibqa’ waħda intriganti u awtosuffiċjenti tant li tiġbed lil għajnejna, tistieden lil ħsibijietna jistrieħu fuqha, u tqanqall-immaġinazzjoni tagħna. -
- April 2026
Invokazzjonijiet #34
l-erbgħa u tletin
Aphroconfuso
tipponta lejn il-ħbieb
l’għedtli m’għandekx
għax mudlam kont xħin
ħarist lejn ħwejġi f’dari.
din għalikom ġojjelli
u sinjorini li tlewnu
ħoġor ħsiebi a la
mary meylak:
aħfruli ta’ dan
l-insult inġust
Aphroconfuso
tipponta lejn il-ħbieb
l’għedtli m’għandekx
għax mudlam kont xħin
ħarist lejn ħwejġi f’dari.
din għalikom ġojjelli
u sinjorini li tlewnu
ħoġor ħsiebi a la
mary meylak:
aħfruli ta’ dan
l-insult inġust
Aphroconfuso
tipponta lejn il-ħbieb
l’għedtli m’għandekx
għax mudlam kont xħin
ħarist lejn ħwejġi f’dari.
din għalikom ġojjelli
u sinjorini li tlewnu
ħoġor ħsiebi a la
mary meylak:
aħfruli ta’ dan
l-insult inġust -
- April 2026
Invokazzjonijiet #35
il-ħamsa u tletin
Aphroconfuso,
tilgħabha tan-naħla
titrembel fil-fjur
jew fil-kliem.
Aphroconfuso
fuq Bumble:
I’m looking for
a long-term relationship,
humor, and openness.
għal din id-darba
għamilt swipe left
(forsi jerġa’ jdurli,
u nirrinstalla l-app)
Aphroconfuso,
tilgħabha tan-naħla
titrembel fil-fjur
jew fil-kliem.
Aphroconfuso
fuq Bumble:
I’m looking for
a long-term relationship,
humor, and openness.
għal din id-darba
għamilt swipe left
(forsi jerġa’ jdurli,
u nirrinstalla l-app)
Aphroconfuso,
tilgħabha tan-naħla
titrembel fil-fjur
jew fil-kliem.
Aphroconfuso
fuq Bumble:
I’m looking for
a long-term relationship,
humor, and openness.
għal din id-darba
għamilt swipe left
(forsi jerġa’ jdurli,
u nirrinstalla l-app) -
- April 2026
Invokazzjonijiet #36
is-sitta u tletin
Aphroconfuso
l-antipoeżija għal tgħanniqa
li ktibtlek meta kont għadni
medhija bil-varjetajiet kollha
tal-Meconopsis betonicifolia
sentenza qasira u xotta din
kelma waħda li ma treġix
imma nibqa’ neħtieġha
Aphroconfuso
l-antipoeżija għal tgħanniqa
li ktibtlek meta kont għadni
medhija bil-varjetajiet kollha
tal-Meconopsis betonicifolia
sentenza qasira u xotta din
kelma waħda li ma treġix
imma nibqa’ neħtieġha
Aphroconfuso
l-antipoeżija għal tgħanniqa
li ktibtlek meta kont għadni
medhija bil-varjetajiet kollha
tal-Meconopsis betonicifolia
sentenza qasira u xotta din
kelma waħda li ma treġix
imma nibqa’ neħtieġha -
- Poddata 13.04.2026
Tnedija ta’ Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress
ma’ &
« Jien u nikteb, iktar ma ngħaddi minn proġett għall-ieħor iktar ninduna kemm
fil-kitba tiegħi dejjem ikun hemm binja. Qisul-estensjoni tiegħi hijal-kamra jewid-dar li ngħammar fiha, li ngħix fiha, li għandir-relazzjonijiet mal-oħrajn fiha. U qisufil-kitba , biex verament nifhimhomil-persunaġġi rrid inħares lejnil-binja nnifisha.L-arkitettura tiddetermina ħafnal-karattri ,il-mod kif jiżviluppaw, kif jiżviluppawfir-relazzjonijiet , kif inhuma kuntenti jew le magħhom infushom.Did-darba , f’dar-rumanz nibdamid-deskrizzjoni tal-binja fejn tgħixil-protagonista , deskrizzjoni arkitettonika li kważi mingħajr ma ridt tfakkarfl-aħħar taqsima ta’ Marta Marta, qisni spiċċajtbid-dar f’Marta Marta u bdejt b’dar oħra fi Travi taċ-Ċedru. Peròl-protagonista fil-fatt qed tipprova toħroġmid-dar . Tħobbhad-dar , tħobbl-istorja tad-dar, taf ħafna dwarid-dar , taf anki x’hemm taħtis-sisien , x’kien hemm qabel inbniet — il-kunvent,l-għelieqi , li kien hemm qabel f’dawkin-naħat . Tmur lura seklifir-rakkont . Imma trid titlaq u qed tipprova tterraq ’il barramid-dar . Però xorta għadha tfittexil-kenn , allura għandha bżonn ta’ dar mod ieħor ud-dar f’dinil-mixja twilatar-rumanz għandha travi libil-mod il-mod isirut-travi taċ-ċedru, us-saqaf isir taċ-ċipress. Dawn huma vrusmill-Għanja tal-Għanjiet, fejnir-relazzjoni bejn żewġ maħbubin qed isseħħ f’post ta’ kenn u posttan-natura . Allura,fir-rumanz tiegħi, hemm tiftixa għal kenn mod ieħor, kenn li huwa ġewwa li huwa wkoll barra. Minn dejjem ħassejt lil-letteratura tagħti lok għal realtà mod ieħor, realtà li ma ssegwixil-fiżika tad-dinja reali tagħna. » -
- April 2026
Ara Birkirkara
x’ħa jiġu jagħmlut-turisti Kien jismu Ġanni, u jgħidu li kien qatel ’il ħuh għax kien ħaraqlu
l-qmis tax-xogħol waqt li kien qed jgħaddihielu. Dik hil-grazzi . Forsi kien qambil-bajda mdawra, jew vera ma kellux aptit imurix-xogħol , iqassamil-posta . Min jaf. Li hu żgur hu lix-xogħol qatt ma reġa’ daħal, għax laħaq xjaħ u għokos sakemm ħarġuhmill-ħabs . Kont ngħaddi minn quddiemu kull filgħodu fi triqti lejnix-xogħol . Wiċċu ismar daqs ħobżatal-Malti daqsxejn maħruqa, ur-raded tat-tikmix tant kienu fondi li kont nistħajjilhom jiġmgħut-trab ġo fihom.Il-bieb ta’ barra kien dejjem iżommu miftuħ.Iż-żebgħa tant kienet tqaxxret li ġie fuql-injam . Dawl ma kellux. Mingħajr ma rrid, kont dejjem inħares ’il ġewwa. Ġismi kien bħal donnu jħossil-bidla fil-pressjoni minħabbal-vojt tal-fetħa. Kull darba kont ninfexx nistħi, nibża’ li jaħsibni qed nissendika fuqu jew inxammar imnieħri minħabba kif kien jgħix. U kull darba kont ninsa, u nerġa’ nagħmilha. Daru kienet iktar gorboġ milli dar. Xi darba kienet remissa, fejn kienu jraqqdul-bagħal jewil-ħmar . Imbagħad spiċċa jorqod hemm Ġanni, wara lil-avukat redgħetlu demmu u ħaditlu ġidu kollu biex tiddefendihil-qorti . Xi sentejn ilu kont għaddejja minn quddiemu bħas-soltu. Awtomatikament, rasi daret lejnil-fetħa . -
- April 2026
Murmurazzjoni #2
Bikja
fid-Dija tal-IskrinNisma’ għajta waħda ta’ sturnell singlu minn barra, u
l-biki jerġa’ jibda u jidfen kollox. Nitfa’t-tarbija fil-pram u mmur niġri nlestil-ħalib tat-trab.Is-soltu nippreferi nitfagħhafis-sodda ċ-ċkejkna tagħha, għaxil-prossimità bejnir-roti ud-drapp tal-pram li fuqu toqgħodit-tarbija (inqas minn metru) tista’ twassal għal kontaminazzjoni serja ħafna. Insibil-mara fil-kċina, wiċċha miġbud ’l isfel u għajnejha ħomor jixegħlu bħal metad-dawl tal-flash jirrifletti fuqir-retina . Tliet darbiet nibdal-proċess mill-bidu; daqqa għaxil-fluwidu sterilizzanti ninsax’ħin għamiltul-aħħar u nbiddlumill-ġdid , daqqa għax nolqot minn fejn terda’l-ħalib b’subgħajja, u daqqa għax inwaqqa’t-trab ma’ barratal-flixkun u nxarrbubl-ilma tas-sink (mhux sterili) biex ma joborxilhiex ħalqha. -
- April 2026
Is-Sovranità
tal-Ikel #2Mistoqsijiet dwar
il-ħobż Dakinhar, jien u Kristina ħejjejna firxa kbira ta’ ikel. Minbarra
l-preżenza ovvja ta’ diversi ftajjar,l-ikel kellu jkun sempliċi, u rappreżentattivtal-istaġun li konna qed naħdmu fih. Kristina ħadet ħsiebil-ħobż , kif ukollil-galletti biż-żrieragħtal-kemmun .Mal-ħobż kien hemm confittal-artiċokk , pestotal-kale ul-irkotta moħmija.L-artiċokk , li jissejjaħ ukoll topinambur, kien ipproċessat b’mod sempliċi ħafna. Poġġejthom f’borma kbira bi ftit weraqtar-rand , ġiex sinniet tewm,il-qoxra ul-meraq ta’ larinġa, melħ oħxon, u ħafna żejttaż-żebbuġa lokali tajjeb, biżżejjed biex jgħattihom. Poġġejthom fuq nar baxx,biż-żejt kemm kemm ibaqbaq, għal madwar siegħa, sakemm kienu torja biżżejjed għall-furketta, waqt li xorta jżommul-forma tagħhom. Imbagħad,l-irkotta moħmija kienet terġa’ iktar sempliċi milli wieħed jista’ jimmaġina. Ħallejthafil-friġġ billejl, ġo passatur, bi skutella taħt, biex inneħħi kemm nista’l-ilma żejjed.L-għada poġġejtha f ’dixxtal-forn , u ħmejtha għal siegħa, sakemmil-qoxra ħadet ftit kulur. Servejtha sħunabl-aħħar vażetttas-sfejġel li kont għamilt Settembru li għadda. Wara,il-pesto tal-kale ul-ġbejniet .Id-deskrizzjoni hija fiha nnifishar-riċetta . Servejthabiz-zalza tal-bżar aħmar iffermentat, li kont għamilt ftittal-ġimgħat qabelbil-felfel aħmar lokali.Il-kondiment kien neċessarju biex naqtgħumill-elementi melħinl-oħra .Fl-aħħar ,il-pudina tal-ħobż rabtet flimkienil-bqija tal-ikla. Biex inżommmat-tendenza tiegħi li nuża ingredjenti lokali, iżda inqas familjari, ħallejt barral-konfettura tas-soltu, u minflokha daħħalt konfetturatal-kumquat lokali, korteżijatal-fornitur tas-soltu tiegħi gewwal-pitkalija . Daħħalt ukollit-trab tal-ħarrub u ftit inbidtal-għasel fit-taħlita.It-trab tal-ħarrub ħa postl-użu tipikutal-kokotina . Waqtl-ikla ,il-pudina tal-ħobż kienetl-ewwel li spiċċat.