•  

Abeċedarju

  1. Aħna kollha ħatja. Il-ħtija tiċċirkola mas-soċjetà, tippenetra l-arja bħad-duħħan mill-aħħar sigarett ħati ta’ xi ħadd li ħalef li did-darba żgur se jieqaf ipejjep. Il-ħtija minsuġa fil-mumenti żgħar u l-għażliet kbar li jikkostitwixxu ħajjitna. Tinsab fl-eżitazzjoni meta nixtru xi ħaġa mgeżwra fil-plastik, jew fil-qarsa li nħossu meta nixtru oġġett irħis li jista’ jkun magħmul minn ħaddiema sfruttati fl-isweatshops. Inħossuha meta nagħżlu li nordnaw takeaway għax m’għandniex aptit insajru, jew meta taparsi ma nindunawx bil-persuna li torqod barra fi triqitna lejn id-dar. Inħossuna ħatja li ma n

    — “Ilkoll Parti mill-Istaġun…” ta’ Davinia Hamilton

    — “Ilkoll Parti mill-Istaġun li Jmiss”
    ta’ Davinia Hamilton

  2. Bl-ispjetaġni ta’ murmurazzjoni, bit-textix tal-ġwienaħ jissieltu għal posthom f’dinja ikbar minnhom u dejjem barranija, hekk saħħti titlaqni kull nhar ta’ Ħadd. Il-mara tiegħi, li nħobb iktar milli nħobb lili nnifsi, tgħidli li f’dal-jum tal-jiem ħaddieħor jirxoxta u mmut jien. Kieku kont sturnell ġo qatgħa, tgħid kont nitqabad għal posti bil-kalma jew le? Kont nagħti sehmi b’abbandun jew b’ansjetà li ddawwarli munqari ’l ġewwa biex nidher iżjed mans u inqas għall-ponta? Żifna bħal dik. Sturnell jgħixha minn ġewwa iżda qatt ma jaraha minn barra. Bniedem jinzertaha minn barra iżda titjirie

    — “Murmurazzjoni #1” ta’ Luke Joseph Buhagiar

    — “Murmurazzjoni”
    ta’ Luke Joseph Buhagiar

  3. Ċertament, dawn il-magni tal-qari se jaħjuha l-letteratura. Fl-aħħar ikollna ġgajta fuq ġgajta ta’ qarrejja li anki jekk jitħajru jiktbu huma stess, xorta waħda jifdlilhom il-ħin biex jaqraw il-kitba tagħna. L-ilsna ż-żgħar, li s’issa jkunu gawdew mill-prestiġju tal-kitba artiġġjanali, issa jindunaw li jistgħu jibbenefikaw iktar minn din l-innovazzjoni milli biss joqogħdu jistennew li kulħadd jiggustahom għax żgħar. F’daqqa waħda jkollna miljuni fuq miljuni ta’ qarrejja u l-Malti jkollu sfera kbira daqs tal-Ingliż, l-Ispanjol, l-Għarbi, in-Navajo. Ilsienna issa jkun oċean immens, kożmos sħiħ ta’

    — “Il-Magna tal-Qari” ta’ Joe Gatt

    — “Il-Magna tal-Qari”
    ta’ Joe Gatt

  4. Chaosmose huwa t-titlu tal-ktieb finali ta’ Félix Guattari. Il-kunċett ta’ kaosmożi ħareġ mix-xogħol preċedenti ta’ Guattari, partikolarment mill-kunċett tar-ritournelle tiegħu u ta’ Gilles Deleuze. It-terminu “kaosmożi” jalludi għall-pożizzjoni ta’ awtorità tal-kaos, u l-prospett tal-evoluzzjoni ożmotika tal-kaos innifsu. Il-ħidma fundamentali tal-kaosmożi hija l-interazzjoni bla waqfien bejn ir-respirazzjoni kosmika u r-ritornelli tas-singularità. L-ordni stabbilita — soċjali, politika, ekonomika u sesswali — għandha l-għan li tinforza konkatenazzjoni li twebbes u toħnoq l-oxxillazzjo

    — “Nifs: Kaos u Poeżija #2” ta’ Franco "Bifo" Berardi

    — “Nifs: Kaos u Poeżija”
    ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino)

  5. Darba fost l-oħrajn jitfaċċa raġel ġdid. Iżda dan mill-ewwel intbaħt li mhux bħal ħafna. Sbuħitu tfakkarni fl-allat. Par għajnejn suwed jitbissmu, fomm imdaqqas, xagħar nokkli feroċi u ġisem atletiku.  Daħal b’żarbun dehbi f’saqajh jixgħel bħax-xmux ta’ sjuf, f’idu samranija tarka tal-bronż b’simboli familjari u xabla b’manku jlellex u t-tarf tagħha mibrum. Dan ir-raġel ma nixtiqux katavru. Iżda laħmu jħaddan ’il-tiegħi. Dan ir-raġel ma nixtiqux borġ ġebel. Iżda xufftejh fuq tiegħi. Dan ir-raġel ma nixtiqux mejjet. Iżda nixtiequ fuqi. Nixtiequ taħti. Nixtiequ jixtieqni. Ħsibt li tlif

    — “Medusa” ta’ Rowena Grech

    — “Medusa”
    ta’ Rowena Grech

  6. Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedha u lil ommi, li hi l-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawn l-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi tqala waħda kellha, u ħarġulha tnejn f’daqqa. Ifhem, mhux eżatt hekk l-ist

    — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt

    — “Qarn (silta)”
    ta’ Romeo Roxman Gatt

  7. F’Mejju tal-2020, l-istazzjon tar-radju France Inter ikkummissjona serje ta’ kittieba prominenti biex jirriflettu fuq il-konsegwenzi tal-pandemija. Il-ġist tal-biċċa l-kbira tagħhom kien wieħed ta’ tranżizzjoni mimlija tama: il-COVID kien se jimmarka tragward ċivilizzazzjonali, li jħalli d-dinja rifigurata b’mod li ma jintesiex. Iżda wieħed mill-ewwel mistednin tal-programm, Michel Houellebecq, ma qabilx, u vjolentament. “Wara dawn il-lockdowns mhux se nqumu għal dinja ġdida, sostna, “se tkun l-istess waħda, biss ftit agħar. Għalih, il-COVID kien “virus banali, relatat b’mod xejn glamoruż ma’

    — “Kollox Iperpolitiku” ta’ Anton Jäger

    — “Kollox Iperpolitiku”
    ta’ Anton Jäger (tr Karl Baldacchino)

  8. Ġewwa kamra f’dar fuq l-għolja tal-Wardija, Stefan kien għaddej iħit libsa wara l-oħra fuq magna tal-ħjata Elna Air Electronic li kien qala’ rigal meta għalaq ħdax-il sena. Id-drappijiet kien xtrahom dakinhar stess, filgħodu, m’għand il-Goldfish tal-Belt, ħanut wara s-Suq li kellu konsenja drapp li tant kien qadim li kien ġie lura moda. L-istilisti l-kbar Ewropej kienu qed ilibbsu n-nisa bi drapp ikkulurit u jixgħel, roża, isfar, aħdar. Il-Goldfish kellha ħanut mimli drapp bħalu imma ħadd ma riedu u allura ma kien jiswa kważi xejn. Kienu l-ħamsa ta’ waranofsinhar u Stefan kien diġà lesta libsa t

    — “L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini” ta’ Omar N’Shea

    — “L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini”
    ta’ Omar N’Shea

  9. Glissant isemmi wkoll id-diżordni u l-kaos, li hu jikkunsidra bħala forzi produttivi li jitfaċċaw hekk kif l-assunzjoni falza — li d-dinja u dak kollu ta’ ġo fiha jista’ jiġi kklassifikat, iddefinit, mifhum totalment, u ordnat skont loġika universali (il-filosofija tal-Punent) li toriġina minn ċentru singulari (l-Ewropa tal-Punent ta’ Fuq) — tibda tfalli u d-dinja tiżvela ruħha bħala irreduċibbli għal din il-perspettiva waħda. F’Poétique de la Relation Glissant jintroduċi wkoll il-kunċetti tat-“trasparenza” u l-“opaċità” li l-ktieb huwa tant magħruf għalihom. Hawnhekk, it-trasparenza hija l-a

    — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha …” ta’ Manuela Zammit

    — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha Ritratt Ieħor”
    ta’ Manuela Zammit

  10. adda sajf ieħor (it-tieni sajf tal-abbozz), waslet il-ħarifa u magħha ġabet il-griż, il-kannella u t-titlu tal-ġabra: sens ta’ ħarifa. Fil-ħarifa ġie wkoll il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2023. Fuq stedina ta’ Mallia & D’Amato Booksellers, Aphroconfuso organizzaw avveniment għall-festival u stidnuni nipparteċipa fih. “Kif Tgħidha f’Qalbek: Bejn Kitba u Traduzzjoni fuq Aphroconfuso” kien jikkonsisti f’diskussjoni bejn l-edituri tal-ġurnal, Davinia Hamilton, Omar N’Shea u jien. Davinia u Omar huma żewġ persuni li ngħożż ħafna, li jfakkruni fl-esejiżmu u li l-kitba u l-ħsieb tagħh

    — “Dwar sens ta’ ħarifa” ta’ Kurt Borg

    — “Dwar sens ta’ ħarifa”
    ta’ Kurt Borg

  11. Hawn m’hawnx xemx. Is-sema abjad bħall-għadam. Ħares ’l hawn. Baħħ, m’hawnx ruħ. Ir-riħ ivenven u l-weraq jinxef. Fejn mar il-gawwi, jittajjar fuq truf l-art? Jitbaskat fin-nirien ta’ nżul ix-xemx. Tar lejn artijiet imbiegħda malli nġema’ s-sħab. Fejn qed tistaħba x-xemx tisreġ, fejn mar id-dawl? Ħares lejja. Wiċċi kulur it-terra, donni rajt fatat. U ara għajnejja, mhux qed tarahom neżlin ġol-ħofra, imdawrin swidija? Għażiż tiegħi, ġieli ħarist lejn sema ikħal, u ftit ftit rajtu jiddallam u jissaħħab, imbagħad jiswied? Ftit wara jinfetħu bwieb is-sema u fil-pr

    — “Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea

    — “Lejl u Nhar”
    ta’ Miriam Galea

  12. Ħadd ma jista’ jiċħad li ninsabu f’punt fl-istorja tad-dinja fejn għandna iktar minn kollox. Iktar krudeltajiet, iżda wkoll iktar ġesti ta’ rieda tajba. Iktar problemi finanzjarji, fl-istess ħin li iktar nies qed jistagħnew. Iktar kriżijiet ta’ kull xorta u għamla, ibda mill-ambjent u spiċċa bil-mard. L-istess, it-tagħrif dwar it-tnejn. Iktar ksenofobija u razziżmu, kif ukoll iktar diskorsi ta’ inklużjoni soċjali u ugwaljanza. Primarjament, għandna iktar minn kollox għaliex esposti għal ħafna iktar meta kkumparat ma’ dak li kien qabel jesponina għalih il-ġurnal ta’ kuljum, kemm-il darba kien jin

    — “Politika bla Nifs” ta’ Karl Baldacchino

    — “Politika bla Nifs”
    ta’ Karl Baldacchino

  13. It-22 ta’ Ġunju 1986 kienet ġurnata sħuna u mdardra. Tiċlis kien hemm fl-arja, proprjament. Sħana minn dawk li tisraqlek ftit ftit minn sensik sakemm tħeddlek u taqtagħlek kull aptit li toħroġ. Forsi filgħaxija jikkalma ftit. Forsi wara banju kiesaħ, bilqiegħda għarwiena fuq tarf is-sodda wiċċek lejn il-fann, tkanta mad-diski Taljani li hemm għaddejjin waqt li leħnek jiġi lura fejnek jitriegħed, għajnejk iħarsu mill-ġenb lejn il-mera biex jisirqu ħarsa żbrixx lejn xagħrek imxarrab itir minn fuq spallejk lura waqt li tixxotta sidrek li qed jisponta u tinżel bix-xugaman niedi lejn bejn saqajk nofs

    — “Illejla Ħierġa b’Xagħri M…” ta’ Omar N’Shea

    — “Illejla Ħierġa b’Xagħri Mxarrab”
    ta’ Omar N’Shea

  14. Jgħidu li kull relazzjoni fiha t-tlugħ u l-inżul tagħha, u din ta’ bejn dawn it-tnejn l-istess. Ma jinteraġixxux wisq ma’ xulxin, u din tgħin biex ir-relazzjoni jew konoxxenza ma tiqrasx daqstant malajr. Imma peress li hu jgħix ġo fiha, anki meta jagħmlu iktar minn jum ma jarawx u ma jkellmux lil xulxin, diffiċli biex ma taħsibx dwar, aħseb u ara tinsa, l-eżistenza tiegħu. Il-ħsejjes l-iktar li jagħtuha f’għajnha lilha. Issa daħħal radju, wasallu f’waħda mill-kaxxi li saret tistenna li ssib wara l-bieb ta’ kuljum. Iżommu mixgħul tista’ tgħid il-ħin kollu, u għalkemm bilkemm jinstema’, f’mu

    — “L-Għoxx Mera tar-Ruħ” ta’ Glorianne Micallef

    — “L-Għoxx Mera tar-Ruħ”
    ta’ Glorianne Micallef

  15. Kif inkun sejra t-tojlit nara lil Lydia. Tidher imbikkma, u noffrilha tbissima li nispera li tilqagħha bħala ġest ta’ simpatija. Ma titbissimx, tibqa’ miexja. Bejn lezzjoni u oħra jien u Alice u x-xebbiet l-oħra ninġabru fit-tojlits, biex inbulu, biex inzekzku fuq in-nies, jew sempliċiment biex inħarsu fil-mera. Huwa ritwal ta’ awtotmaqdir, kull kelma, kull parti tal-ġisem li nsemmu, bħal evokazzjoni — nelenkaw l-affarijiet li jnikktuna bħal atti tal-indiema. Myra tobgħod imneħirha. Fran ma taħmilx geddumha. Val tistkerrah saqajha, Jemma dirgħajha, Tasha sidirha, Zana xagħarha, ħalqha, il-ġilda. J

    — “Likantropi” ta’ Davinia Hamilton

    — “Likantropi”
    ta’ Davinia Hamilton

  16. L-istorja li ssib fuq il-qoxra ta’ wara tar-rumanz La coscienza di Zeno hija magħrufa kważi iktar minn dik li hemm irrakkuntata ġewwa. Aron Hector Schmitz twieled Trieste fl-1861 meta l-belt kienet tagħmel parti mill-Imperu Awstro-Ungeriż. Sal-aħħar tas-seklu, Schmitz ħareġ żewġ rumanzi, it-tieni wieħed taħt il-psewdonimu Italo Svevo, isem li kien għażel wara li miet missieru biex jgħaqqad iż-żewġ identitajiet li kien iħoss li jappartjeni għalihom. Ma tantx għamlu ħoss dawn ir-rumanzi u, meta żżewweġ lil Livia Veneziani, daħal jaħdem fid-ditta tal-familja tagħha li kienet tipproduċi ż-żeb

    — “Il-Kuxjenza fit-Truf” ta’ Joe Gatt

    — “Il-Kuxjenza fit-Truf”
    ta’ Joe Gatt

  17. Malli l-pjanu waqaf idoqq, infexxet iċċapċap. Mhux dejjem kienet tkun ħerqana, imma kull farka kultura f’dak il-bini burokratiku kienet tilgħaqha bħal kelb imġewwaħ. Mario, kollega qargħi u qed joqrob l-erbgħin, kien daqq valz ħelu f’din l-attività letterarja fl-okkażjoni tal-presidenza Rumena. Fil-ħila professjonali fqira tiegħu, fl-għażla antikwata ta’ ħwejġu mdennsin u fil-kumpanija banali li kien ifittex, Mario ma kien jimpressjonaha xejn, pjuttost idejjaqha. Iżda dakinhar paxxieha bil-kontribut mużikali tiegħu, biex ma ngħidux ħallieha ftit mistagħġba. Dawk in-noti ħelwin u żeffiena rathom

    — “Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea

    — “Lejl u Nhar”
    ta’ Miriam Galea

  18. Nirrikjedu biss ftit ordni biex tipproteġina mill-kaos, jiktbu Deleuze u Guattari. Dawn il-filosfi veterani riedu jkunu protetti. Protetti minn xiex? Mill-karatteristiċi kaotiċi tad-dinja? Ma naħsibx. Ma ridux protezzjoni mid-dinja kaotika, imma mill-kaos tal-moħħ. Il-moħħ li qed jixjieħ huwa aġent tal-kaos, għaliex il-moħħ jibda jmajna u jsir inqas preċiż. Il-ġeometrija newronali titlef id-definizzjoni tagħha u tipproġetta dan it-telf ta’ definizzjoni fuq id-dinja tal-madwar. Fid-deterjorament tax-xjuħija tal-psikosfera nistgħu nsibu spjegazzjoni għall-isplużjoni attwali tal-kaos. L-età

    — “Nifs: Kaos u Poeżija #4” ta’ Franco "Bifo" Berardi

    — “Nifs: Kaos u Poeżija”
    ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino)

  19. Ommi kienet it-tieni wild minn ħamest itfal, l-ewwel bint wara ħuha l-kbir, u l-ikbar waħda minn erba’ aħwa bniet. Meta twieldet l-aħħar waħda, ommi kienet kibret biżżejjed biex tkun għaliha mhux biss oħtha l-kbira iżda anki ommha meta ommhom kienet tintefa’ għodwiet sħaħ fid-dlam tal-kamra tas-sodda mimduda b’maktur kobba nofsu f’idha nofsu f’ħalqha tifga l-krib hi u titqabad mal-migranji li kienu ilhom jaħkmuha għal għarrieda mill-ewwel ġimgħat tat-tielet tqala u ma riedu jerħuha b’xejn. Kienet ommi li lil ħutha bniet kienet tlestilhom, kull filgħodu, il-ħwejjeġ u l-fatra, u tgħinhom jagħmlu s

    — “Jisimni Gianna” ta’ Loranne Vella

    — “Jisimni Gianna”
    ta’ Loranne Vella

  20. Poeżija bl-Ingliż li ktibt hija “Acne & Horny” fuq ktejjeb ċkejken li tathuli ħabiba tiegħi tal-qalb. Djarju qisu veru seta’ kien ta’ Romeo. Warda fl-aħmar imnaqqxa fuq qoxra tal-ġild ħadra. Minflok fuq Ġuljetta qed nikteb fuqi u fuq it-T. Lit-tfajla tiegħi niktbilha poeżiji imma ġeneralment nibgħathomlha email jew niktibhom fuq karta tal-kompjuter. Darba għamiltilha ktieb; ħadt il-ħin fuqu, ma kienx kliem biss. Hi tiktibli veru sabiħ, tikteb sabiħ b’mod ġenerali. Meta tmur lura lejn Barċellona tħallili koċċ ittri ċkejknin imferrxin mad-dar. Taħt l-imħadda, jew fil-wax ta’ xagħri, fil-kexxun

    — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt

    — “Qarn (silta)”
    ta’ Romeo Roxman Gatt

  21. Quddiem il-cappuccino ta’ filgħodu niffissa fuq sħaba li bħali qed tivvjaġġa waħedha. Xena blu ta’ sema u baħar, bi sħaba waħda u mingħajr pajsaġġ. Niftakar fil-pajsaġġ kollu li rajt jinbidel minn wara t-tieqa tal-ferrovija minn London Paddington għal Plymouth. Wesgħat ħodor, ittikkjati bin-nagħaġ bojod jirgħu, jinbidlu f’medda sħiħa griża tirrifletti s-sħab hekk kif il-ferrovija tiżbokka barra l-mina u tibda miexja fix-xifer, issegwi l-ilma waqt li l-marea toħroġ dejjem aktar ’il barra u tħalli d-dgħajjes l-art. Il-mina kienet punt ċar ta’ tranżizzjoni — tislima lill-pajsaġġ li konna ħallejna war

    — “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bi…” ta’ Kristina Borg

    — “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod”
    ta’ Kristina Borg

  22. Rabja u aggressjoni u wġigħ. Kważi tliet ġimgħat wara l-operazzjoni. Uġigħ mhux bħall-ewwel ġimgħa, imma sidri għadu juġagħni sew. L-irjus tal-bżieżel inqas suwed, u l-Bactroban qed jirnexxili nagħmlu mingħajr ħlewwa ta’ qalb, biki u qrid. Iżda l-kbir kien għadu ġej għax il-kirurgu tani eżerċizzju ġdid x’nagħmel, u dan ferm agħar. Irrid nimmassaġġa l-iscar tissue ta’ madwar sidri. (Fittixt “scar tissue” bil-Malti u sibt li jgħidulha “merk”. Kelma stramba u ġdida għalija. Din veru jużawha n-nies?) Irrid nagħmel dan għal sitt ġimgħat sħaħ sakemm nerġa’ mmur narah. L-uġigħ tiegħi mhux għal dejjem u

    — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt

    — “Qarn (silta)”
    ta’ Romeo Roxman Gatt

  23. Semmejt dik il-ħabiba li tibgħatli l-poeżiji, sekonda ilu: Jasmine Bajada, poeta żagħżugħa Għawdxija li diġà ppubblikat xogħol akkademiku u poeżiji apparti dawk f’ilsien selvaġġ. Ma kont naf kważi xejn dwarha: għal żmien twil kienet għalija isem bla wiċċ, għax kienet ippubblikat xogħolha f’ġurnal akkademiku li kont immexxi fil-passat. Imbagħad bdejna naqsmu l-poeżiji (xi tliet jew erba’ snin wara) u, malli qrajthom, peress li għoġbuni sew, kelli għall-inqas insir nafha ftit: sibtha bniedma tħobb il-bankijiet taħt is-saġar u li tilqa’ lil dak li jkun bi tbissima fiduċjuża.

    — “Persjani” ta’ Aaron Aquilina

    — “Persjani”
    ta’ Aaron Aquilina

  24. Top of the World jagħmel parti mill-konfini ta’ Ħal Għargħur, periferija man-Naxxar. Huwa medda ta’ art b’terren xagħri, aħrax, tħares fuq il-Madliena, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Magħtab u San Pawl il-Baħar. L-ismijiet lokali taż-żona huma Ġebel San Pietru, inkella l-Anċirietka. Għaxqet l-Għajn hija t-triq li tgħaddi minn qalb l-għolja, u tgħaqqad minn tarf sa tarf tar-raħal tal-Għargħur. Aktarx li r-referenza Ingliża għal dan il-lok żviluppat minn barranin li jżuru l-inħawi għal passiġġati; jew jaf sforz l-effett superjuri li tagħtik il-veduta minn hawn fuq, fejn appuntu wieħed iħossu fil-quċċata tad-

    — “Biex Tara Kif Jgħixu l-Oħ…” ta’ Ryan Falzon

    — “Biex Tara Kif Jgħixu l-Oħrajn”
    ta’ Ryan Falzon

  25. Vera ħarset lejn oħtha fil-mera. Lejn it-tikmix li kien jikxef il-fatt li kienet avvanzata fiż-żmien imma fl-istess ħin jaħbi l-età preċiża tagħha. X’aktarx li kellha fuq it-tmenin sena sew, forsi saħansitra fuq id-disgħin. Għajnejha kienu għadhom jaħdmu tajjeb, bħas-sensi l-oħra tagħha. Iffukat fuq punt partikolari fil-ġenb ta’ wiċċha. Għal xi raġuni, waqt li qed timraħ f’dak id-deżert ta’ wiċċha, iż-żona b’dawk l-għoljiet u l-widien mimlijin għerien mudlama u sigrieti affaxxinatha iktar minn bnadi oħra. Poġġiet żewġt iswaba’ hemm u mellset il-ġilda bi ħlewwa liema bħalha. Imbagħad ġebbditha ft

    — “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo

    — “Qamar Aħmar”
    ta’ Simon Bartolo

  26. Waqt żmien il-Covid rajt id-dokumentarju fuq TVM News dwar Filfla, u dan kien mument li fetaħli l-bibien beraħ. Minn naqra ta’ għajdut, storja, leġġenda tan-nies ta’ wara l-mina bdew jispuntaw friegħi ġodda. Id-dokumenti u l-mapep li juri Joe Sultana flimkien mal-memorji tiegħu qanqluni biex nipprova ngħaqqad u nilgħab b’dawn l-elementi fil-performance. Bdejt bil-prattika militari għax jien qatt ma kien għaddieli minn rasi li dak il-blat imġarraf madwar Filfla mhuwiex xogħol iż-żmien u t-tħabbit tal-mewġ imma xogħol il-bniedem. It-tifrik ta’ Filfla matul iż-żminijiet huwa diżastru teknoloġ

    — “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima

    — “Splużjonijiet”
    ta’ Jimmy Grima

  27. Xħin Nathalie fetħet, xammet ir-riħa qawwija ta’ njam għadu ġdid li kienet qed tilqagħha dan l-aħħar kull darba li tasal lura d-dar. Kienu għadhom kif xtraw żewġ gwardarobbi ġodda fil-kmamar tas-sodda; li kellhom qabel, magħmulin mill-injam tal-balsa llustrat biex jixbah ’il-kewba, kienu bdew iżommu l-umdità, u ħwejjiġhom bdew jintnu eżatt wara li jkunu għadhom kif ħasluhom. Ħadet ir-ruħ li fl-aħħar kienu solvewha l-problema, imma l-ispiża tal-gwardarobbi l-ġodda, u tal-ħasil żejjed fl-aħħar ftit xhur, kienet għafsithom mhux ħażin fil-flus. F’mumenti bħal dawn kienet tinduna li anki żewġ pagi fu

    — “Ħsieb il-Ħamiema” ta’ Noah Fabri

    — “Ħsieb il-Ħamiema”
    ta’ Noah Fabri

  28. Żewġ proġetti panloġiċi jitfgħu dell fuq il-modernità, wieħed maħsub minn Leibniz u l-ieħor minn Hegel. Il-logos Hegeljan huwa mġissem fit-traġedja tal-istorja: ir-raġuni f’Hegel tasserixxi lilha nnifisha b’mod astut permezz tal-avvenimenti mdemmija u kkumplikati li jibdlu l-ħajja ta’ kuljum tal-poplu fl-Istorja (Geschichte). Il-proġett panloġiku ta’ Hegel jipprovdi mappa kunċettwali tat-triq għar-realtà tal-preżent tagħna mmarkata minn vjolenza bla waqfien. Il-kilba lejn it-totalizzazzjoni — l-orizzont tal-Aufhebung Hegeljan — iġġenerat it-tifrik li qed naraw l-effetti tiegħu issa

    — “Nifs: Kaos u Poeżija #5” ta’ Franco "Bifo" Berardi

    — “Nifs: Kaos u Poeżija”
    ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino)

  29. Zhukovka hija belt żgħira fir-Russja. Issa bilkemm jista’ jsibha xi ħadd fuq mappa, lanqas nerd tal-kartografija, jew xi ħadd bil-Masters fil-Ġeografija, lanqas xi “Russu professjonali” ta’ grad għoli. Imma darba — qabel Gorbachev waqa’ fil-ġenn tal-Perestroika, u kkundanna ’l-poplu Sovjetiku jsofri minn dijarrea ta’ ħelsien — proprju din Zhukova kienet il-manifattur tar-roti famużi, li kienu l-ħolma ta’ kull ġuvnott u Pijunier Żgħir. Dawk ir-roti tal-ġenerazzjoni l-ġdida, Десна-два, kellhom roti żgħar imma jservu, frame jintewa, u prezz għoli żżejjed mgħolli jerġa’ iktar minn dawk il mingħula tal-b

    — “Shaft taż-Żibel (silta)” ta’ Iva Pezuashvili

    — “Shaft taż-Żibel (silta)”
    ta’ Iva Pezuashvili (tr Joe Gatt)

  30. 16 ta’ Ottubru. X’saħħa fiha splużjoni? X’inhuma l-istejjer madwarha? Kaxxa infernali. Is-sajjieda kienu jistadu għall-bombi li għadhom ma splodewx. Filfla, l-aktar gżira mwarrba ta’ Malta fl-inħawi tal-Qrendi, kienet tintuża għall-prattika tal-isparar tar-rokits, missili u torpidows fi żmien l-Ingliżi. B’dawn il-ħsibijiet bdejt infassal Kaxxa Infernali: Explosions, biċċa xogħol tat-teatru totalment non-fiction. Din damet biex tintwera quddiem in-nies sentejn, sa Ġunju tal-2021, għax kien iż-żmien fejn seħħ dak li ma jitwemminx. Qatt ma ħsibt li kont se nkun maqful ġewwa għal żmien daqshe

    — “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima

    — “Splużjonijiet”
    ta’ Jimmy Grima

  31. 22 ta’ Marzu 1973. Irċevejt tliet ittri mingħandek, tal-1, it-2 u t-3 ta’ Marzu. Grazzi. Il-flus li bgħattlek tista’ tmur tixtri xi affarijiet għat-tieġ bihom, jew stennieni u la nasal immorru flimkien. Ktibtli li qed tfittex biex tikri dar għal sena. Għala sena? Mhux se ndumu Malta sena żgur, Jos. Jekk trid issib tikri xi mkien għal tlieta jew erba’ ġimgħat, tajjeb. Sakemm inkun hemm jien ikollna fejn noqogħdu. Imma mhux beħsiebni noqgħod ġej u sejjer minn Tripli għal Malta għaliex ma nistax u m’għandix il-ħin. Il-gvern jagħtina visa limitata u hemm limitu wkoll fuq kemm flus nistgħu noħorġu

    — “Es Sidr #3” ta’ Omar N’Shea

    — “Es Sidr”
    ta’ Omar N’Shea

Dekorazzjoni art-nouveau