Aphroconfuso
ħallini nkun ommok ħa nberred in-nirien
inkeċċi r-rwiefen pietà li twaqqaf qliel ta’
xita ġewwa fik dan il-mostru li għejjiek
ħalli f’idi l-versi li qed ikidduk u jirbħuk
tini wiċċek aphroconfuso ħa ndewwi
l-aċċjomu ħa nbus il-feriti nagħlaq
l-apokalissi ntelaq fuq din l-irħama
karrara fuq din l-omm koetanja intelaq
bħal rużar fuq dan il-lużar ibni kif int
mifluġ — imdemmi narak issir demmi