Ħbiberija, Ħrejjef, Komunità

ma’ Raylene Abdilla , Kurt Borg , Noah Fabri & Omar N’Shea

Fl-24 ta’ Jannar 2025 fis-6:00pm, flimkien ma’ Kurt Borg u Noah Fabri, konna l-mistednin tal-Librerija Pubblika ta’ Pembroke. Raylene Abdilla tkellmet dwar il-kitbiet f’Aphroconfuso u Omar N’Shea mexxa d-diskussjoni. Kurt tkellem dwar il-ġabra ta’ esejs tiegħu sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024) u qara silta minnha. Noah Fabri tkellmet dwar ir-rumanz tagħha It-Togħma Morra taċ-Ċiċri (Merlin 2024) u wkoll qrat silta minnu. Raylene tkellmet dwar diversi kitbiet li jidhru f’Antoloġija 1 u li jidhru wkoll online fosthom Medusa ta’ Rowena Grech, Il-Labra, Il-Lanza, il-Qoffa, l-Azzarin ta’ Loranne Vella, Likantropi ta’ Davinia Hamilton, u d-Djarju ta’ Warren Bartolo. Omar N’Shea mexxa t-taħdita. Tkellimna dwar il-kitba bil-Malti, il-ħbiberija, il-karattri f’rumanz imnebbħin mill-ħbieb tal-awtur, ir-reviżjoni, id-differenza bejn ir-rumanz u l-esej, u bosta suġġetti oħra.

Rafel Grima, il-Librar, introduċa s-serata. Minn qalbna nirringrazzjawh talli laqagħna .

L-aħħar ftit minuti tat-taħdita ma nqabdux fir-recording.

Dekorazzjoni art-nouveau