-
Analiżi instantanja dejjem perikoluża. Bħal kamera ta’ veloċità għolja,
l-istorja kontemporanja hijafil-periklu li tinħakemmill-fluwidità ul-indeterminazzjoni tas-sitwazzjoni li qed tipprova taqbad, imrassa kif inhi bejn dettall impressjonistiku u astrazzjoni grandjuża. Ċertament jidher diffiċli li tiktebl-“istorja tal-preżent” metal-preżent innifsu sar daqshekk diffuż: hekk kifit-teorija Marxistatal-istorja nħasset skaduta f’epoka ta’ waral-istorja ,il-“polikriżi ”, dinl-akkumulazzjoni ta’ kriżijiet, dejjem tinsab pass qabilnafl-astrazzjonijiet tal-għaġeb tagħha: tnaqqis ta’ ħamsin fil— “Kollox Iperpolitiku” ta’ Anton Jäger
— “Kollox Iperpolitiku”
ta’ Anton Jäger (tr Karl Baldacchino) -
Bl-ispjetaġni ta’ murmurazzjoni,
bit-textix tal-ġwienaħ jissieltu għal posthom f’dinja ikbar minnhom u dejjem barranija, hekk saħħti titlaqni kull nhar ta’ Ħadd.Il-mara tiegħi, li nħobb iktar milli nħobb lili nnifsi, tgħidli li f’dal-jum tal-jiem ħaddieħor jirxoxta u mmut jien. Kieku kont sturnell ġo qatgħa, tgħid kont nitqabad għal postibil-kalma jew le? Kont nagħti sehmi b’abbandun jew b’ansjetà li ddawwarli munqari ’l ġewwa biex nidher iżjed mans u inqas għall-ponta? Żifna bħal dik. Sturnell jgħixha minn ġewwa iżda qatt ma jaraha minn barra. Bniedem jinzertaha minn barra iżda titjirie— “Murmurazzjoni #1” ta’ Luke Joseph Buhagiar
— “Murmurazzjoni”
ta’ Luke Joseph Buhagiar -
Ċertament, dawn
il-magni tal-qari se jaħjuhal-letteratura .Fl-aħħar ikollna ġgajta fuq ġgajta ta’ qarrejja li anki jekk jitħajru jiktbu huma stess, xorta waħda jifdlilhomil-ħin biex jaqrawil-kitba tagħna.L-ilsna ż-żgħar, lis’issa jkunu gawdewmill-prestiġju tal-kitba artiġġjanali, issa jindunaw li jistgħu jibbenefikaw iktar minn dinl-innovazzjoni milli biss joqogħdu jistennew li kulħadd jiggustahom għax żgħar. F’daqqa waħda jkollna miljuni fuq miljuni ta’ qarrejja ul-Malti jkollu sfera kbira daqstal-Ingliż ,l-Ispanjol ,l-Għarbi ,in-Navajo . Ilsienna issa jkun oċean immens, kożmos sħiħ ta’— “Il-Magna tal-Qari” ta’ Joe Gatt
— “Il-Magna tal-Qari”
ta’ Joe Gatt -
Chaosmose huwa
t-titlu tal-ktieb finali ta’ Félix Guattari.Il-kunċett ta’ kaosmożi ħareġmix-xogħol preċedenti ta’ Guattari, partikolarmentmill-kunċett tar-ritournelle tiegħu u ta’ Gilles Deleuze.It-terminu “kaosmożi” jalludi għall-pożizzjoni ta’ awtoritàtal-kaos , ul-prospett tal-evoluzzjoni ożmotikatal-kaos innifsu.Il-ħidma fundamentalital-kaosmożi hijal-interazzjoni bla waqfien bejnir-respirazzjoni kosmika ur-ritornelli tas-singularità.L-ordni stabbilita — soċjali, politika, ekonomika u sesswali — għandhal-għan li tinforza konkatenazzjoni li twebbes u toħnoql-oxxillazzjo — “Nifs: Kaos u Poeżija #2” ta’ Franco "Bifo" Berardi
— “Nifs: Kaos u Poeżija”
ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino) -
Dan
il-vjaġġ jifforma parti minn fażi ta’ riċerka u esplorazzjoni f’kuntest iktar wiesa’tal-proġett tiegħi You Are What You Buy, li issa ilu għaddej għaxar snin u nixtieq nifhem fejn sejjer, fejn jista’ jmur, jekk forsi wasalxfit-tmiem tiegħu, jew hux qiegħed f’xi fażi ta’ transizzjoni, ta’ bidla. Ħadtil-fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti għal sena sabbatika, li sabbatika mhi xejn.Il-fażi reċentital-proġett u dik kurrenti qed iħarsu lejnit-tibdil tal-klima, lejnil-politika tal-ikelfil-kuntest tal-gżira li ngħixu fuqha, u lejn kif nistgħu nipprattikaw forom diversital-ekonomija .— “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bi…” ta’ Kristina Borg
— “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod”
ta’ Kristina Borg -
Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita
tas-sajf bħal kull sena oħra iżda dinid-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċerfl-istonku , ikrah ferm,tal-biża ’ waħx. Imnalla kellul-għasafar biex jedha u lil ommi, li hil-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawnl-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi tqala waħda kellha, u ħarġulha tnejn f’daqqa. Ifhem, mhux eżatt hekkl-ist — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt
— “Qarn (silta)”
ta’ Romeo Roxman Gatt -
Fis-siegħa jkollna
l-brejk . Jien u Alice npoġġu f’roknatal-bitħa taħtil-ħarruba għad-dell. Naqsmu bejnietnal-lunch ta’ ħobżbiż-żejt , u ħobżbil-perżut , u crisps u frott. “Trid nagħmlu magħmul ieħor?” tgħidli, hi u tmexmexil-ħawħ . “Biex xiex?” “Biex nitilqu minndal-ostja post.” Xemgħa m’għandniex, allura nixegħlu sulfarina u noqogħdu id f’id. Niċċassaw lejnil-fjamma sa ma tintefa. # Fuq biebtat-tojlits hemm miktub SISTER ANTHONYIX-XITAN bil-lipstick aħmar. Titfaċċafil-klassi tagħna f’nofsil-lezzjoni tal-letteratura. “Min hil-perċimes ?” issaqsi— “Likantropi” ta’ Davinia Hamilton
— “Likantropi”
ta’ Davinia Hamilton -
Ġewwa kamra f’dar fuq
l-għolja tal-Wardija, Stefan kien għaddej iħit libsa waral-oħra fuq magnatal-ħjata Elna Air Electronic li kien qala’ rigal meta għalaq ħdax-il sena.Id-drappijiet kien xtrahom dakinhar stess, filgħodu, m’għandil-Goldfish tal-Belt, ħanut waras-Suq li kellu konsenja drapp li tant kien qadim li kien ġie lura moda.L-istilisti l-kbar Ewropej kienu qed ilibbsun-nisa bi drapp ikkulurit u jixgħel, roża, isfar, aħdar.Il-Goldfish kellha ħanut mimli drapp bħalu imma ħadd ma riedu u allura ma kien jiswa kważi xejn. Kienul-ħamsa ta’ waranofsinhar u Stefan kien diġà lesta libsa t— “L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini” ta’ Omar N’Shea
— “L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini”
ta’ Omar N’Shea -
Glissant isemmi wkoll
id-diżordni ul-kaos , li hu jikkunsidra bħala forzi produttivi li jitfaċċaw hekk kifl-assunzjoni falza — lid-dinja u dak kollu ta’ ġo fiha jista’ jiġi kklassifikat, iddefinit, mifhum totalment, u ordnat skont loġika universali (il-filosofijatal-Punent) li toriġina minn ċentru singulari (l-Ewropatal-Punent ta’ Fuq) — tibda tfalli ud-dinja tiżvela ruħha bħala irreduċibbli għal dinil-perspettiva waħda. F’Poétique de la Relation Glissant jintroduċi wkollil-kunċetti tat-“trasparenza” ul-“opaċità ” lil-ktieb huwa tant magħruf għalihom. Hawnhekk,it-trasparenza hijal-a — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha …” ta’ Manuela Zammit
— “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha Ritratt Ieħor”
ta’ Manuela Zammit -
GĦax wara
l-gwerra baqgħu jisparaw, avolja kienet għaddiet… Mela. Għax sakemm telqu minn Maltafin-1979 , kienu baqgħu għaddejjin. Għaxl-Ingliżi kellhom ħafna saħħa, kullimkien tagħhom. Hekk qalliz-ziju , “kullimkien tagħhom.”Fl-arkivji hemm dokumentazzjoni sħiħa ta’ pika bejnil-Gvernatur Ingliż ul-Maltin fil-gvern jewfil-parlament , skontiż-żmien .Id-difiża kienet “reserved matter” anki f’dawkis-snin li Malta kellhal-gvern tagħha. Malta ma setgħet tieħu ebda deċiżjoni rigwardil-politika barranija jewid-difiża tagħha stess, u ma setgħet ittellefbl-ebda modlill-Ingliżi milli juża— “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima
— “Splużjonijiet”
ta’ Jimmy Grima -
Hemm karru
bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż.L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff.Bil-frosta f’idu,il-kuċċier qed jittajjar lejnis-sħab u lil hinn minnu.Iż-żwiemel , speċjalmentl-iswed , kultant jissarawmal-kuċċier , jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom jaqilbul-karru .Il-kuċċier iqum bilwieqfa jwiddebliż-żwiemel . B’idejhit-tnejn jiġbed b’kemm jiflaħ fuqir-riedni marbutinmal-ilġiem ta’ ġo ħalqhom.Iż-żwiemel jogħtru taħtis-saħħa tal-kuċċier u, bla ma jridu, jobduh. Immat-taqbida bejniethom tkompli. Żiemel minnho— “Ġilda” ta’ Kurt Borg
— “Ġilda”
ta’ Kurt Borg -
Ħadd ma jista’ jiċħad li ninsabu f’punt
fl-istorja tad-dinja fejn għandna iktar minn kollox. Iktar krudeltajiet, iżda wkoll iktar ġesti ta’ rieda tajba. Iktar problemi finanzjarji,fl-istess ħin li iktar nies qed jistagħnew. Iktar kriżijiet ta’ kull xorta u għamla, ibdamill-ambjent u spiċċabil-mard .L-istess ,it-tagħrif dwarit-tnejn . Iktar ksenofobija u razziżmu, kif ukoll iktar diskorsi ta’ inklużjoni soċjali u ugwaljanza. Primarjament, għandna iktar minn kollox għaliex esposti għal ħafna iktar meta kkumparat ma’ dak li kien qabel jesponina għalihil-ġurnal ta’ kuljum, kemm-il darba kien jin— “Politika bla Nifs” ta’ Karl Baldacchino
— “Politika bla Nifs”
ta’ Karl Baldacchino -
Ir-reċezzjoni
tal-lirika frammentata ta’ Saffo hija evidenza ta’ kemmil-vojt ,in-nuqqas ,it-tħassir , kapaċi jimtela biex jingħatalu sinifikat li jrendi kitba minn żmien ieħor applikabbli għar-realtàtal-preżent .Il-vojt li jimtela minn ilħna li huma oppressi, soppressi,mill-ħakma qerrieda ta’ viżjoni ta’ ħajja medhijabil-qerda ,il-qtil ,ir-regħba ,il-kruha ,it-tniġġis ,il-mibegħda ,il-firda ,l-istmerrija ,id-djuq . Mhux ta’ b’xejn lifl-2023 ,bil-gwerer ,il-problemi klimatiċi,l-inugwaljanza ,l-esplojtazzjoni ,it-transfobija , ut-turbolenzi kollha li qed iseħħu madwarna, Bartolo jistedinna naq— “Il-Lanza, il-Labra, il-Qo…” ta’ Loranne Vella
— “Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin”
ta’ Loranne Vella -
Jien inbati
mill-ażma , allura forsi ġejt affettwat minn sens ta’ solidarjetà ażmatika meta rajtil-filmat tal-qtil ta’ Eric Garner. Garner inqatelfis-17 ta’ Lulju, 2014 fi Staten Island, ġewwal-belt ta’ New York, meta uffiċjaltad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York City żammu minn għonqu bħal f’morsa għal bejn madwar ħmistax udsatax-il sekonda waqt li kien qed jarrestah.Il-kliem “Ma nistax nieħu nifs” — li Garner leheġ tmien darbiet, kull darba jinstema’ inqas, sa ma miet — kien ripetut minn eluf ta’ dimostranti madwaril-pajjiż kollufix-xhur ta’ wara. F’ħafna modi, danil-kliem jespri— “Nifs: Kaos u Poeżija #1” ta’ Franco "Bifo" Berardi
— “Nifs: Kaos u Poeżija”
ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino) -
Kif jgħidilna Borges,
is-saratan ilu jitfaċċa f’diversi leġġendi, stejjer, u bestjarjimill-inqas mis-seklu disgħa.L-ewwel ma tfaċċa kienfl-ewwel vjaġġ ta’ Sinbad, imbagħadfil-leġġenda Irlandiża ta’ San Brendan, kif ukoll f’bestjarji Griegi u Musulmani minn ta’ żmienl-antikità . Allurax’qed iżommu milli jitfaċċa xi darba lejn dawnin-naħat ukoll?Is-saratan huwa fekruna kbiratal-baħar li jqarraqbil-baħrin għax għall-ewwel iħallihom jaħsbu li waslu fuql-art qawwijin u sħaħ, imbagħad f’daqqa waħda jibdew iħossul-art tiċċaqlaq, tikkrolla u tisparixxi minn taħt saqajhom, hekk kifil-gżira-mo — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha …” ta’ Manuela Zammit
— “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha Ritratt Ieħor”
ta’ Manuela Zammit -
Lill-missirijiet u
l-ommijiet ta’ kull min kellu jgħaddimill-istorja tal-“ħabiba”. Ħabiba — kull tfajla li qatt kelli kemm meta kont meqjus liżbjana u kemm issa. Tipo,il-ħbieb li tieħdud-dar kollha tkunu ħxejtuhom? Ġieli, ifhem, ġraw xi affarijiet ma’ ħbieb imma mhux kollha kemm huma; u jekk taf li hit-tfajla tiegħi għax ma ssejħilhiex hekk? Għalfejn kull relazzjoni tiegħi tibqa’ tiġi meqjusa bħala ħbiberija? Mela, mara u raġel li mhux miżżewġin u ilhom jgħixu flimkien, jew tafu li huma koppja, issejħulhom miżżewġin għalkemm mhumiex, u lili għalkemm intom ċerti li jien għarus tibqgħu tirreferu— “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt
— “Qarn (silta)”
ta’ Romeo Roxman Gatt -
Mela darba waħda, meta kont bilqiegħda solu solu quddiem filliera akkademiċi mqegħdin qishom appostli wara mejda twila, staqsewni mistoqsija fuq John Keats. Kien
l-eżami oralital-aħħar biex inġibil-baċellerat . Issa, jien kont studjuż. Kont nistudja primarjament biex nuri lil dawk kollha li qaluli li se nispiċċal-ħabs li ma kellhomx raġun (jew forsi biex nurihom li obdejthom, għax xorta spiċċajt inqatta’ ’qas naf kemm-il siegħa ġo ċella waħdi kuljum). Imma insomma. Staqsewni fuqil-kapaċità negattiva ta’ Keats.X’għal ’għajnhom li kont studjatid-disgħa u tletin poeta oħra li kellna fuq i— “Persjani” ta’ Aaron Aquilina
— “Persjani”
ta’ Aaron Aquilina -
Nispera li
t-tifla liebsas-seatbelt fuq wara. Mhux jien daħħalthafil-karozza u ma tajtx kas meta tlajt. Niżlinin-niżla lejnir-roundabout ,it-triq taħtl-Imdina , viċinis-Saqqajja . Triq rurali, f’nofsl-għelieqi . Ġurnata sħunat’Awwissu . Ma kien hemm ħaddfit-triq , u mnalla.L-oħra qed taqlebmil-lane leminija għal-lane xellugija, ta’ barra.X’inhi tagħmel? U bla indicator,is-soltu . Mhux indurumar-roundabout suppost? Biex immorrud-dar irridu nieħdut-tieni exit lejn Ħaż-Żebbuġ. Dik raqdet. Żgur raqdet! Ma kellix għalfejn inħares lejha, kont naf. Raqdet hi u ssuq. Kont ipparalizzat bi— “Opportunità Mitlufa” ta’ André Vella
— “Opportunità Mitlufa”
ta’ André Vella -
Otman reġa’ kitbilha għaxart ijiem wara,
fis-27 ta’ April 1971, u qalilha li se jmur field breakfit-12 ta’ Mejju 1971.Fl-ittra aċċenna għal xi ħaġa li ġrat bejniethomfil-passat , iżdax’kien ġara eżattament mhux ċar. Milli jidher semmietlu xi ħaġa li dejqitu u li ma xtaqx jitkellem iktar dwarha. Idawwaril-kliem minnufih għal kritikatal-Kunsill tal-Kmand Rivoluzzjonarju, ta’ Gaddafi ut-tmexxija tiegħu li diġà qed tikxef snienha sentejn biss waral-kolp ta’ stat, u fuqix-xewqa li jitlaq minn Tripli u jmur lural-Ingilterra fejn kien mar jagħmel sena jistudja. Lesta li tiġi miegħil-Ingilt — “Es Sidr #1” ta’ Omar N’Shea
— “Es Sidr”
ta’ Omar N’Shea -
Pirotta jtemm
ix-xogħol tiegħu — xogħol li ħadlu ’l fuq minn tletin sena, mifrux fuq erba’ volumi u iktar minn tlett elef paġna — billi jgħid li danl-istat independenti li kien għadu kif faqqas issa kellu bżonn sewtal-għaqda biex ikun jista’ jiffaċċjal-isfidi tal-ġejjieni: … immal-idea tal-indipendenza, ul-kburija nazzjonali li nisslet, malajr sabu espressjonifix-xogħol ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ kittieba, poeti, drammaturgi u artisti.L-ekonomija bil-modil-mod marret ’il quddiem,l-emigrazzjoni bdiet tbatti, ul-idea li tkun Malti ħadet tifsira ġdida għal ħafna li qabel ma kinux ħab— “Kontra Tagħna Għaliex Mag…” ta’ Joe Gatt
— “Kontra Tagħna Għaliex Magħna”
ta’ Joe Gatt -
Qattajt
il-vaganzi tas-sajftal-1980 kważi kollhad-dar t’ommital-Iklin .Il-patt magħha biex noqgħod hemm u nkun nista’ ngħum sa billejl, kien li nagħti daqqat’id , nieħu ħsiebl-annimali , naħselil-karozzi u niżbogħix-xatba .Il-pixxina kienetid-dinja tiegħi: nifta’l-ġebel fin-naħal-fonda u nogħdos għalih, intellaq ma’ min jinżel jgħum, u narax’qabża se nivvinta: jew gabrijoli minn fuqil-madum jew għal rasi minn fuqil-bejt . Ngħummin-naħa għall-oħra u lurafil-qiegħ u nżommin-nifs . Nitla’ niekolil-patata maxx, nagħtil-laħam ul-ħut bil-moħbilill-klieb , u nerġa’ ninżelfl-ilma .Is-saj — “Es Sidr #2” ta’ Omar N’Shea
— “Es Sidr”
ta’ Omar N’Shea -
Retour à Reims jiddokumenta
l-kollass tal-politikatal-massa , billi jsegwi moviment orbitalimill-partit għall-privatizzazzjonifis-snin tmenin u disgħin, flimkienmal-eklissi gradwalitad-dinjiet soċjali li kienu abitawil-ġenituri ta’ Eribon. Iżda diġàfis-snin disgħinit-teorija politika kienet fasslet fiżjonomijatal-era l-ġdida postpolitika — waħda li identifikat fatturi ewlenin għar-rimpjazzament tagħha stess. Għax-xjenzat politiku Brittaniku Colin Crouch,iż-żmien tal-postpolitika kien ikkaratterizzat minn paradoss. Kif jiktebfil-bidu ta’Post-Democracy (2004),fil-mill — “Kollox Iperpolitiku” ta’ Anton Jäger
— “Kollox Iperpolitiku”
ta’ Anton Jäger (tr Karl Baldacchino) -
Snin ilu ħadt
id-deċiżjoni li, jekk se naqra xogħol letterarju jew kitbiet oħrajn b’lingwa li ma nafx — eż.ir-Russu ,il-Ġappuniż , eċċ. — naqrahom tradotti mhux għall-Ingliż, kif kellit-tendenza nagħmel meta kont għadni ngħix Malta, iżda għall-Franċiż jewit-Taljan ,iż-żewġ lingwi oħrajn li nħoss li naf sew. Dan għax, wara snin kbar nikkonsma xogħlijietbl-Ingliż , anki traduzzjonijiet, intbaħt kemm li meta nużaw lingwa waħda biss — u, aktar minn hekk, jekkdil-lingwa tkun ukollil-lingwa kolonjali — bħala filtru ta’ dak kollu li ġej minn barra, dan idgħajjefl-impenn postkolonjali tagħna u jnessina li— “Il-Lanza, il-Labra, il-Qo…” ta’ Loranne Vella
— “Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin”
ta’ Loranne Vella -
Tqum u jgħaddu ftit sekondi sa ma moħħha jfakkarha
fl-episodju tal-lejl ta’ qabel, u xħin tiftakar, tħoss nostalġija għal dawkil-ftit sekondi fejn kienet għadha ma ftakritx, imbagħad farka tama li jaf kienet ħolma stramba, immafil-fond ta’ qalbha taf li le, ma kinitx ħolma stramba, għaxil-ħolm tagħha jkun fjakk u kwotidjan daqsil-biċċa l-kbira ta’ ħajjitha.Fil-kamra tal-banju ssibil-mera għadhamal-art , u tpoġġiha f’postha maġenbis-sink . Illum taqbeżil-kafè ul-krustini għax m’għandhiex aptit, u taf għala m’għandhiex aptit, tidħol tinħasel, waqt li qed taħsel ġisimha taħseb fuqx’h — “L-Għoxx Mera tar-Ruħ” ta’ Glorianne Micallef
— “L-Għoxx Mera tar-Ruħ”
ta’ Glorianne Micallef -
Vera ħarset lejn oħtha
fil-mera . Lejnit-tikmix li kien jikxefil-fatt li kienet avvanzatafiż-żmien immafl-istess ħin jaħbil-età preċiża tagħha.X’aktarx li kellha fuqit-tmenin sena sew, forsi saħansitra fuqid-disgħin . Għajnejha kienu għadhom jaħdmu tajjeb, bħas-sensil-oħra tagħha. Iffukat fuq punt partikolarifil-ġenb ta’ wiċċha. Għal xi raġuni, waqt li qed timraħ f’dakid-deżert ta’ wiċċha,iż-żona b’dawkl-għoljiet ul-widien mimlijin għerien mudlama u sigrieti affaxxinatha iktar minn bnadi oħra. Poġġiet żewġt iswaba’ hemm u mellsetil-ġilda bi ħlewwa liema bħalha. Imbagħad ġebbditha ft— “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo
— “Qamar Aħmar”
ta’ Simon Bartolo -
Wara
l-weekend , nirritornaw, issabl-uniformi tas-sajf, b’riġlejna mikxufin.Fl-assembly ngħidut-talb u nistennew. Imma Sister Anthony ma tindirizzax dak li kien ġara. Jibagħtuna dritt għalġol-klassi , taparsi kollox sew, kollox normali.L-ebda għalliema ma tgħid xejn. Alice tmurit-tojlit u tiġi lurabil-malji maħlulin. “Rajthomx’għamlu ?” tgħidilna. Xi tfajliet imorru jarawx’sar , u ma jiġux lura. Tmur oħra, imbagħad oħra. Imbagħad immorru lkoll kemm aħna, rassa sħiħa, kulħadd xhud.Is-sink sewwewh.Il-grouting tal-madum waras-sink jidher iktar abjad u ġdid minntal-madwar .— “Likantropi” ta’ Davinia Hamilton
— “Likantropi”
ta’ Davinia Hamilton -
Xħin Nathalie fetħet, xammet
ir-riħa qawwija ta’ njam għadu ġdid li kienet qed tilqagħha danl-aħħar kull darba li tasal lurad-dar . Kienu għadhom kif xtraw żewġ gwardarobbi ġoddafil-kmamar tas-sodda; li kellhom qabel, magħmulinmill-injam tal-balsa llustrat biex jixbah ’il-kewba , kienu bdew iżommul-umdità , u ħwejjiġhom bdew jintnu eżatt wara li jkunu għadhom kif ħasluhom. Ħadetir-ruħ lifl-aħħar kienu solvewhal-problema , immal-ispiża tal-gwardarobbil-ġodda , utal-ħasil żejjedfl-aħħar ftit xhur, kienet għafsithom mhux ħażinfil-flus . F’mumenti bħal dawn kienet tinduna li anki żewġ pagi fu— “Ħsieb il-Ħamiema” ta’ Noah Fabri
— “Ħsieb il-Ħamiema”
ta’ Noah Fabri -
Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’
l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra… Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħixmal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq.Id-dar kienet ċkejkna, bi tlett ikmamar kollox;il-kċina ,il-kamra tal-bżonnijet tagħna ul-kamra fejn konna norqdu jien u ħutil-oħra . Għalkemm bejni u bejn ħutil-kbar ftit snin biss kienu jifirduna — qabża ta’ sentejn kull wieħed — l-ikbar d— “Medusa” ta’ Rowena Grech
— “Medusa”
ta’ Rowena Grech -
Zhukovka hija belt żgħira
fir-Russja . Issa bilkemm jista’ jsibha xi ħadd fuq mappa, lanqas nerdtal-kartografija , jew xi ħaddbil-Masters fil-Ġeografija, lanqas xi “Russu professjonali” ta’ grad għoli. Imma darba — qabel Gorbachev waqa’fil-ġenn tal-Perestroika, u kkundanna ’l-poplu Sovjetiku jsofri minn dijarrea ta’ ħelsien — proprju din Zhukova kienetil-manifattur tar-roti famużi, li kienul-ħolma ta’ kull ġuvnott u Pijunier Żgħir. Dawkir-roti tal-ġenerazzjonil-ġdida , Десна-два, kellhom roti żgħar imma jservu, frame jintewa, u prezz għoli żżejjed mgħolli jerġa’ iktar minn dawk il mingħulatal-b — “Shaft taż-Żibel (silta)” ta’ Iva Pezuashvili
— “Shaft taż-Żibel (silta)”
ta’ Iva Pezuashvili (tr Joe Gatt) -
16 ta’ Ottubru.
X’saħħa fiha splużjoni?X’inhuma l-istejjer madwarha? Kaxxa infernali.Is-sajjieda kienu jistadu għall-bombi li għadhom ma splodewx. Filfla,l-aktar gżira mwarrba ta’ Maltafl-inħawi tal-Qrendi, kienet tintuża għall-prattikatal-isparar tar-rokits, missili u torpidows fi żmienl-Ingliżi . B’dawnil-ħsibijiet bdejt infassal Kaxxa Infernali: Explosions, biċċa xogħoltat-teatru totalmentnon-fiction . Din damet biex tintwera quddiemin-nies sentejn, sa Ġunjutal-2021 , għax kieniż-żmien fejn seħħ dak li ma jitwemminx. Qatt ma ħsibt li kont se nkun maqful ġewwa għal żmien daqshe— “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima
— “Splużjonijiet”
ta’ Jimmy Grima -
22 ta’ Marzu 1973. Irċevejt tliet ittri mingħandek,
tal-1 ,it-2 ut-3 ta’ Marzu. Grazzi.Il-flus li bgħattlek tista’ tmur tixtri xi affarijiet għat-tieġ bihom, jew stennieni u la nasal immorru flimkien. Ktibtli li qed tfittex biex tikri dar għal sena. Għala sena? Mhux se ndumu Malta sena żgur, Jos. Jekk trid issib tikri xi mkien għal tlieta jew erba’ ġimgħat, tajjeb. Sakemm inkun hemm jien ikollna fejn noqogħdu. Imma mhux beħsiebni noqgħod ġej u sejjer minn Tripli għal Malta għaliex ma nistax u m’għandixil-ħin .Il-gvern jagħtina visa limitata u hemm limitu wkoll fuq kemm flus nistgħu noħorġu— “Es Sidr #3” ta’ Omar N’Shea
— “Es Sidr”
ta’ Omar N’Shea