•  

Abeċedarju

  1. Aħna kollha ħatja. Il-ħtija tiċċirkola mas-soċjetà, tippenetra l-arja bħad-duħħan mill-aħħar sigarett ħati ta’ xi ħadd li ħalef li did-darba żgur se jieqaf ipejjep. Il-ħtija minsuġa fil-mumenti żgħar u l-għażliet kbar li jikkostitwixxu ħajjitna. Tinsab fl-eżitazzjoni meta nixtru xi ħaġa mgeżwra fil-plastik, jew fil-qarsa li nħossu meta nixtru oġġett irħis li jista’ jkun magħmul minn ħaddiema sfruttati fl-isweatshops. Inħossuha meta nagħżlu li nordnaw takeaway għax m’għandniex aptit insajru, jew meta taparsi ma nindunawx bil-persuna li torqod barra fi triqitna lejn id-dar. Inħossuna ħatja li ma n

    — “Ilkoll Parti mill-Istaġun…” ta’ Davinia Hamilton

    — “Ilkoll Parti mill-Istaġun li Jmiss”
    ta’ Davinia Hamilton

  2. Bl-ispjetaġni ta’ murmurazzjoni, bit-textix tal-ġwienaħ jissieltu għal posthom f’dinja ikbar minnhom u dejjem barranija, hekk saħħti titlaqni kull nhar ta’ Ħadd. Il-mara tiegħi, li nħobb iktar milli nħobb lili nnifsi, tgħidli li f’dal-jum tal-jiem ħaddieħor jirxoxta u mmut jien. Kieku kont sturnell ġo qatgħa, tgħid kont nitqabad għal posti bil-kalma jew le? Kont nagħti sehmi b’abbandun jew b’ansjetà li ddawwarli munqari ’l ġewwa biex nidher iżjed mans u inqas għall-ponta? Żifna bħal dik. Sturnell jgħixha minn ġewwa iżda qatt ma jaraha minn barra. Bniedem jinzertaha minn barra iżda titjirie

    — “Murmurazzjoni #1” ta’ Luke Joseph Buhagiar

    — “Murmurazzjoni”
    ta’ Luke Joseph Buhagiar

  3. Ċertament, dawn il-magni tal-qari se jaħjuha l-letteratura. Fl-aħħar ikollna ġgajta fuq ġgajta ta’ qarrejja li anki jekk jitħajru jiktbu huma stess, xorta waħda jifdlilhom il-ħin biex jaqraw il-kitba tagħna. L-ilsna ż-żgħar, li s’issa jkunu gawdew mill-prestiġju tal-kitba artiġġjanali, issa jindunaw li jistgħu jibbenefikaw iktar minn din l-innovazzjoni milli biss joqogħdu jistennew li kulħadd jiggustahom għax żgħar. F’daqqa waħda jkollna miljuni fuq miljuni ta’ qarrejja u l-Malti jkollu sfera kbira daqs tal-Ingliż, l-Ispanjol, l-Għarbi, in-Navajo. Ilsienna issa jkun oċean immens, kożmos sħiħ ta’

    — “Il-Magna tal-Qari” ta’ Joe Gatt

    — “Il-Magna tal-Qari”
    ta’ Joe Gatt

  4. Chaosmose huwa t-titlu tal-ktieb finali ta’ Félix Guattari. Il-kunċett ta’ kaosmożi ħareġ mix-xogħol preċedenti ta’ Guattari, partikolarment mill-kunċett tar-ritournelle tiegħu u ta’ Gilles Deleuze. It-terminu “kaosmożi” jalludi għall-pożizzjoni ta’ awtorità tal-kaos, u l-prospett tal-evoluzzjoni osmotika tal-kaos innifsu. Il-ħidma fundamentali tal-kaosmożi hija l-interazzjoni bla waqfien bejn ir-respirazzjoni kosmika u r-ritornelli tas-singularità. L-ordni stabbilita — soċjali, politika, ekonomika u sesswali — għandha l-għan li tinforza konkatenazzjoni li twebbes u toħnoq l-oxxillazzjo

    — “Nifs: Kaos u Poeżija #2” ta’ Franco "Bifo" Berardi

    — “Nifs: Kaos u Poeżija”
    ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino)

  5. Dan il-proċess baqa’ għaddej sal-bidu ta’ dis-sena, meta mbagħad bdejt naħdem mal-pubblikatur fuq il-proċess tal-istrutturar tal-ktieb, l-għażla tal-font tat-test, l-iddisinjar tal-qoxra u l-bqija. L-ewwel darba li rċevejt kampjun bit-test iddisinjat għall-pubblikazzjoni ħassejt ħajta ta’ eċitament. Imma dak il-ħin għaraft ukoll li issa t-test mejjet. Issa l-kliem verament telaq minn idi. Għalkemm dak ir-rikonoxximent iġib miegħu l-biża’, fih ukoll il-libertà. Għax issa nħlist minnu t-test; mhux għax ġie perfett, imma għax s’hemm stajt inwasslu. Għall-qoxra ta’ wara, minflok blurb ġenerali

    — “Dwar sens ta’ ħarifa” ta’ Kurt Borg

    — “Dwar sens ta’ ħarifa”
    ta’ Kurt Borg

  6. Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedha u lil ommi, li hi l-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawn l-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi tqala waħda kellha, u ħarġulha tnejn f’daqqa. Ifhem, mhux eżatt hekk l-ist

    — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt

    — “Qarn (silta)”
    ta’ Romeo Roxman Gatt

  7. Fil-lezzjoni li jmiss, il-lajma ta’ waranofsinhar tinkiser ħesrem meta nisimgħu ħoss ikrah tat-tkexkix ġej mill-bitħa. Sabta, jew tifqigħa, jew ħabta. Inħossha fl-istonku. Sister Ingrid tieqaf għalkollox, il-ġibs f’idha sospiża. Inqumu qisna koreografija u bħal merħla lkoll ninġabru mat-tieqa biex naraw x’ġara. Zana tibda twerżaq. Erba’ sulari ’l isfel, fuq it-tarmac tal-bitħa, hemm xebba mixħuta mal-art, riġel milwi f’angolu impossibbli, xagħarha qisu mrewħa, b’nixxiegħa skura ħierġa minn taħtu. Lanqas kieku rridu ndawru wiċċna ma nistgħu. Maqbudin. U hemm, fis-sular tagħna, hemm it-tieqa miftu

    — “Likantropi” ta’ Davinia Hamilton

    — “Likantropi”
    ta’ Davinia Hamilton

  8. Ġewwa kamra f’dar fuq l-għolja tal-Wardija, Stefan kien għaddej iħit libsa wara l-oħra fuq magna tal-ħjata Elna Air Electronic li kien qala’ rigal meta għalaq ħdax-il sena. Id-drappijiet kien xtrahom dakinhar stess, filgħodu, m’għand il-Goldfish tal-Belt, ħanut wara s-Suq li kellu konsenja drapp li tant kien qadim li kien ġie lura moda. L-istilisti l-kbar Ewropej kienu qed ilibbsu n-nisa bi drapp ikkulurit u jixgħel, roża, isfar, aħdar. Il-Goldfish kellha ħanut mimli drapp bħalu imma ħadd ma riedu u allura ma kien jiswa kważi xejn. Kienu l-ħamsa ta’ waranofsinhar u Stefan kien diġà lesta libsa t

    — “L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini” ta’ Omar N’Shea

    — “L-Aħħar Ballu tas-Sinjorini”
    ta’ Omar N’Shea

  9. Glissant isemmi wkoll id-diżordni u l-kaos, li hu jikkunsidra bħala forzi produttivi li jitfaċċaw hekk kif l-assunzjoni falza — li d-dinja u dak kollu ta’ ġo fiha jista’ jiġi kklassifikat, iddefinit, mifhum totalment, u ordnat skont loġika universali (il-filosofija tal-Punent) li toriġina minn ċentru singulari (l-Ewropa tal-Punent ta’ Fuq) — tibda tfalli u d-dinja tiżvela ruħha bħala irreduċibbli għal din il-perspettiva waħda. F’Poétique de la Relation Glissant jintroduċi wkoll il-kunċetti tat-“trasparenza” u l-“opaċità” li l-ktieb huwa tant magħruf għalihom. Hawnhekk, it-trasparenza hija l-a

    — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha …” ta’ Manuela Zammit

    — “Nerġa’ Nżurha u Noħdilha Ritratt Ieħor”
    ta’ Manuela Zammit

  10. GĦax wara l-gwerra baqgħu jisparaw, avolja kienet għaddiet… Mela. Għax sakemm telqu minn Malta fin-1979, kienu baqgħu għaddejjin. Għax l-Ingliżi kellhom ħafna saħħa, kullimkien tagħhom. Hekk qalli z-ziju, “kullimkien tagħhom.” Fl-arkivji hemm dokumentazzjoni sħiħa ta’ pika bejn il-Gvernatur Ingliż u l-Maltin fil-gvern jew fil-parlament, skont iż-żmien. Id-difiża kienet “reserved matter” anki f’dawk is-snin li Malta kellha l-gvern tagħha. Malta ma setgħet tieħu ebda deċiżjoni rigward il-politika barranija jew id-difiża tagħha stess, u ma setgħet ittellef bl-ebda mod lill-Ingliżi milli juża

    — “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima

    — “Splużjonijiet”
    ta’ Jimmy Grima

  11. Hawnhekk spiċċat il-performance u stedint lin-nies fl-udjenza biex jieħdu platt insalata. Kien hemm min semmieli li r-riħa tal-insalata fakkritu fid-dar ta’ nanntu, ir-riħa effimera li fewħet sala fi Spazju Kreattiv għal ftit mumenti intanġibbli, imbagħad għebet, bħall-ħajjiet tul għexieren ta’ snin ta’ nies kwir li stajna tgħallimna mingħandhom. Xi ħadd qalli li s-serata fakkritu fl-għeruq Maltin li xtaq joħroġhom iktar fl-espressjoni tal-ġeneru tiegħu. Ħadt gost b’dan il-kumment u fakkarni fi ħsieb partikolari. Meta mietet in-nanna, niftakarni naħseb li kieku ma kienx għal ommi u ħutha,

    — “Insalata” ta’ Noah Fabri

    — “Insalata”
    ta’ Noah Fabri

  12. Ħames snin ilu, meta wasalt lura minn tliet xhur Londra, kont qattajt l-isbaħ xahar nosserva lil ommi fil-kċina, nitgħallem mingħandha r-riċetti li għadhom il-bażi tat-tisjir tiegħi. Konna qattajna ġurnata nsajru għal party tal-Milied, nisimgħu r-radju, nikkummentaw u nsiru nafu ’l xulxin bħala bnedmin u mhux biss bħala omm u binha. Dan huwa l-ewwel punt: in-nisa tradizzjonalment u storikament iħaddnu l-għerf imġissem, mhux miktub, ta’ ġenerazzjonijiet ta’ riċetti u tikwis fil-kċina li l-Istorja tal-irġiel ma tagħtix kashom. Dan l-għerf jista’ jiftaħ tieqa għal perċezzjoni tad-dinja għalko

    — “Insalata” ta’ Noah Fabri

    — “Insalata”
    ta’ Noah Fabri

  13. Ikun hemm intervall qasir — forsi ta’ għexieren ta’ snin, forsi ta’ ftit xhur, jew imqar ta’ ftit ġimgħat — meta l-Malti jkun eskluż minn dan kollu. Bħalma n-Navajo kien tant protett bl-oskurità tiegħu li seta’ jintuża mill-Amerikani fit-Tieni Gwerra Dinjija biex jostru l-messaġġi tagħhom, bl-istess mod ilsna bħall-Malti ma tilħaqhomx l-ewwel mewġa ta’ esplojtazzjoni. Il-gafef informatiċi jiġu jħaffru u ma jkunux jistgħu jaqbdu art, u dawn il-lingwi żgħar ikunu ta’ refuġju f’dawk il-jiem għal min ma jkunx irid iħossu maqbud fi proċess industrijali kull meta jiftaħ ktieb. F’dawk il-jiem, f’dak is-saj

    — “Il-Magna tal-Qari” ta’ Joe Gatt

    — “Il-Magna tal-Qari”
    ta’ Joe Gatt

  14. Jien li kbirt f’Malta tad-disgħinijiet, għandi memorji ċarissimi ta’ karozzi b’kuluri vivaċi, jgħajtu, kollox daqqa ta’ pinzell minn landa Hempel, ladarba ma setgħetx tinsteraq iżjed żebgħa mingħand il-militar wara li telqu s-servizzi fl-1979. Ma kienx jimporta jekk il-karozza tqattarx iż-żejt, jew iddaħħanx, jew għandhiex bżonn ta’ ġebla mar-rota meta wieħed jipparkjaha f’niżla. L-importanti kienu l-istickers tal-Vibes jew il-Grotta mwaħħlin f’nofs il-ħġieġa ta’ wara, li tant kienu komuni fuq il-karozzi, kont taħseb li kienu joħorġuhom bihom mill-fabbrika, trim addizzjonali, bħall-GT jew is-Sup

    — “Inkejja #1” ta’ Ryan Falzon

    — “Inkejja”
    ta’ Ryan Falzon

  15. Kemm fl-ewwel edizzjoni kif ukoll f’ta’ din is-sena, dehru diversi eżempji ta’ xogħlijiet b’saħħithom, speċjalment dawk b’approċċ femminist, kif ukoll mumenti ta’ affinità ċara bejn l-arti u s-sit fejn intweriet. Hawn qed nirreferi kemm għal xogħlijiet minn artisti lokali li ingaġġaw b’mod kritiku mal-pajsaġġ u l-istorja Maltija, kif ukoll xogħol ta’ artisti internazzjonali li jirrelata sew mal-kuntest Malti. Pereżempju, l-intervent, fl-ewwel edizzjoni, By a Lady ta’ Sandra Zaffarese (2024) fil-Bibljoteka Nazzjonali, fejn l-artista ppreżentat installazzjoni dwar l-għamla ta’ “ktieb qadim

    — “Kundizzjonijiet ta’ (im)p…” ta’ Manuela Zammit

    — “Kundizzjonijiet ta’ (im)possibbiltà tal-Biennale ta’ Malta”
    ta’ Manuela Zammit

  16. L-art tal-bdiewa, l-art fejn il-bdiewa jkabbrulek il-frawli u ċ-ċitru li tant tħobb, qed tinsteraq u tinbiegħ mingħajr il-permess tagħhom. Il-qsim tal-art bejn is-sidien privati qed iwassal għal nuqqas ta’ art agrikola. U s-sigurtà tal-ikel tiegħek qed tisparixxi mingħajr ma taf. Ir-raba’ qed tinsteraq minn taħt imneħirna, mhux biss minn taħt imnieħer il-bdiewa, imma qed tinsteraq minna, aħna li nieklu minnha. Id-definizzjoni ta’ x’inhu “sid” tal-art agrikola hija mċajpra peress li ħafna bdiewa lanqas biss għandhom sjieda fuq arthom. Ħafna mir-raba’ ta’ Malta hija fil-fatt mikrija. Ftit hu

    — “Is-Sovranità tal-Ikel” ta’ Nicole Borg

    — “Is-Sovranità tal-Ikel”
    ta’ Nicole Borg

  17. Minn wara l-ħġieġ nadif tat-twieqi, minn wara l-purtelli magħluqin, minn wara l-purtieri miġmugħin, minn wara l-antiporti u l-bibien sokkjużi, minn wara għajnejn imbexxqin u nifsijiet bla waqfien, minn wara t-tentakli taż-żmien, u l-biża’ tar-reliġjożità, minn wara t-toqol ta’ ħajjiet mimlijin tbatija u t-toqol tax-xogħol, minn wara snin sħaħ ta’ għerf u injoranza, minn fuq pulptu mċappas bl-ipokrizija, minn fuq il-bjut u l-gallarijiet, minn wara l-ġuħ u l-għira tax-xjuħija — kollha kienu qed iħarsu lejh. In-nies tar-raħal mimlijin kurżità, mimlijin eċitament li wasal żagħżugħ fosthom, daħal għand

    — “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo

    — “Qamar Aħmar”
    ta’ Simon Bartolo

  18. Nispera li t-tifla liebsa s-seatbelt fuq wara. Mhux jien daħħaltha fil-karozza u ma tajtx kas meta tlajt. Niżlin in-niżla lejn ir-roundabout, it-triq taħt l-Imdina, viċin is-Saqqajja. Triq rurali, f’nofs l-għelieqi. Ġurnata sħuna t’Awwissu. Ma kien hemm ħadd fit-triq, u mnalla. L-oħra qed taqleb mil-lane leminija għal-lane xellugija, ta’ barra. X’inhi tagħmel? U bla indicator, is-soltu. Mhux induru mar-roundabout suppost? Biex immorru d-dar irridu nieħdu t-tieni exit lejn Ħaż-Żebbuġ. Dik raqdet. Żgur raqdet! Ma kellix għalfejn inħares lejha, kont naf. Raqdet hi u ssuq. Kont ipparalizzat bi

    — “Opportunità Mitlufa” ta’ André Vella

    — “Opportunità Mitlufa”
    ta’ André Vella

  19. Ommi kienet it-tieni wild minn ħamest itfal, l-ewwel bint wara ħuha l-kbir, u l-ikbar waħda minn erba’ aħwa bniet. Meta twieldet l-aħħar waħda, ommi kienet kibret biżżejjed biex tkun għaliha mhux biss oħtha l-kbira iżda anki ommha meta ommhom kienet tintefa’ għodwiet sħaħ fid-dlam tal-kamra tas-sodda mimduda b’maktur kobba nofsu f’idha nofsu f’ħalqha tifga l-krib hi u titqabad mal-migranji li kienu ilhom jaħkmuha għal għarrieda mill-ewwel ġimgħat tat-tielet tqala u ma riedu jerħuha b’xejn. Kienet ommi li lil ħutha bniet kienet tlestilhom, kull filgħodu, il-ħwejjeġ u l-fatra, u tgħinhom jagħmlu s

    — “Jisimni Gianna” ta’ Loranne Vella

    — “Jisimni Gianna”
    ta’ Loranne Vella

  20. Poeżija bl-Ingliż li ktibt hija “Acne & Horny” fuq ktejjeb ċkejken li tathuli ħabiba tiegħi tal-qalb. Djarju qisu veru seta’ kien ta’ Romeo. Warda fl-aħmar imnaqqxa fuq qoxra tal-ġild ħadra. Minflok fuq Ġuljetta qed nikteb fuqi u fuq it-T. Lit-tfajla tiegħi niktbilha poeżiji imma ġeneralment nibgħathomlha email jew niktibhom fuq karta tal-kompjuter. Darba għamiltilha ktieb; ħadt il-ħin fuqu, ma kienx kliem biss. Hi tiktibli veru sabiħ, tikteb sabiħ b’mod ġenerali. Meta tmur lura lejn Barċellona tħallili koċċ ittri ċkejknin imferrxin mad-dar. Taħt l-imħadda, jew fil-wax ta’ xagħri, fil-kexxun

    — “Qarn (silta)” ta’ Romeo Roxman Gatt

    — “Qarn (silta)”
    ta’ Romeo Roxman Gatt

  21. Qed naqra l-minuti tal-laqgħa tas-Senior Review Group li saret f’Washington, fil-5 ta’ Ottubru, 1971. Ma tantx damet, għoxrin minuta kollox, bejn it-15:35 u l-15:57. Kissinger ried jitkellem dwar Malta. Fil-laqgħa kien hemm Ural Alexis Johnson. Johnson kien ilu fis-servizz mit-tletinijiet u sal-1971, kellu diġà karriera twila f’kull rokna tad-dinja. Kien infurmat sew dwar Malta għax kien ilu xi xahrejn desk officer. Qal lil Kissinger li se jiddiskutiha hu lil Malta waqt il-laqgħa. Johnson sostna li kellhom biex jiftaħru fejn tidħol is-sitwazzjoni ta’ Malta għax it-taħditiet kienu s

    — “Es Sidr #1” ta’ Omar N’Shea

    — “Es Sidr”
    ta’ Omar N’Shea

  22. Retour à Reims jiddokumenta l-kollass tal-politika tal-massa, billi jsegwi moviment orbitali mill-partit għall-privatizzazzjoni fis-snin tmenin u disgħin, flimkien mal-eklissi gradwali tad-dinjiet soċjali li kienu abitaw il-ġenituri ta’ Eribon. Iżda diġà fis-snin disgħin it-teorija politika kienet fasslet fiżjonomija tal-era l-ġdida postpolitika — waħda li identifikat fatturi ewlenin għar-rimpjazzament tagħha stess. Għax-xjenzat politiku Brittaniku Colin Crouch, iż-żmien tal-postpolitika kien ikkaratterizzat minn paradoss. Kif jikteb fil-bidu ta’ Post-Democracy (2004), fil-mill

    — “Kollox Iperpolitiku” ta’ Anton Jäger

    — “Kollox Iperpolitiku”
    ta’ Anton Jäger (tr Karl Baldacchino)

  23. Sibt il-biċċa minn Shoah miġbuda f’Chełmno. Kienet il-festa tal-Marija Bambina, u x-xena nġibdet barra l-knisja, ftit wara l-quddiesa. Il-Pollakki kienu bilwieqfa qishom qed jippużaw għal ritratt, u f’nofshom Szimon Srebnik, li fil-maġġorparti tal-ħin kellu speċi ta’ tbissima sardonika fuq wiċċu, hu u jismagħhom jitkellmu. Tkellmu ħafna. Kont insejt li waħda mill-karatteristiċi ta’ Shoah, u parti mir-raġuni għala hu daqstant twil, hi li kulma jintqal irid jiġi interpretat għall-Franċiż, allura kollox jintqal darbtejn. U minħabba li f’dal-każ kien hemm ċorma nies, kulħadd irid jgħid

    — “Pollakki ta’ Chełmno” ta’ Glorianne Micallef

    — “Pollakki ta’ Chełmno”
    ta’ Glorianne Micallef

  24. Temp ikrah illum.” Is-sema tqil, l-art għasra, il-bjut battala. Ili ma noħroġ. Fil-mera, wiċċi musfar u xagħri mitluq. Bl-istess flokk dawn l-aħħar jumejn u qalziet wiesa’ tal-piġama. Intella’ u nniżżel nixrifx mill-għatba ’l barra  —  nieħu naqra arja friska, inbiddel ftit, inderri. Iżda dawn l-erba’ ħitan wisq kennija. Lil hinn mill-maltemp, miċ-ċiera tan-nies u mir-rutina tax-xogħol, nagħżel li nestendi dan l-irtir domestiku. Hawn ġew ma jonqosni xejn: fadal xi bottijiet ikel fil-cupboard, jitħaddtu miegħi n-nies tat-televixin, u jżiegħel bija l-friex kbir u sħun. Negħreq ġo fih bħal f’baħar ar

    — “Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea

    — “Lejl u Nhar”
    ta’ Miriam Galea

  25. Viżibbilment, it-terren tal-postpolitika kien jikkondividi ħafna karatteristiċi ewlenin mal-iperpolitika li fl-aħħar waslet biex ħaditilha postha — id-dimobilizzazzjoni u d-dgħufija tas-soċjetà ċivili, it-tqaċċit mill-għeruq tal-partiti, iż-żieda fl-iżolament tal-istat mill-pressjoni popolari. Iżda n-​novità dejjem tippresupponi kuntrast — għax ma nżommux terminu iktar familjari? Fis-snin ta’ wara l-kollass finanzjarju tal-2008, beda jinħall b’mod konsistenti ż-żmien is-silġ tal-politika li ġie wara l-kollass tal-Ħajt ta’ Berlin. Tul il-Punent kollu — minn Occupy Wall Street fl-Istati Uniti sa 1

    — “Kollox Iperpolitiku” ta’ Anton Jäger

    — “Kollox Iperpolitiku”
    ta’ Anton Jäger (tr Karl Baldacchino)

  26. Wara l-breakfast, jien u ħierġa mill-kafetterija, niltaqa’ ma’ Frances u Mario; nistaqsihom kif kien il-lejl u Frances tirrispondi li raqdet tassew tajjeb minkejja li tbandalna kemxejn. Noħroġ fuq barra u nitla’ fuq nett; għadu kwiet, m’hawnx ruħ, u nipprova nsib xi mkien fejn inpoġġi biex inqatta’ n-nofstahnar ta’ dalgħodu naqra, imma kullimkien għadu mxarrab. Ninżel gverta waħda ’l isfel, u nsib siġġu tal-plastik fuq il-pjattaforma nofs ċirku mal-poppa. Għajnejja jiffissaw fuq ir-ragħwa tar-rima u naħseb kif iktar ma tirragħwa ’l quddiem, qegħdin dejjem iktar inbaħħru lura lejn qalb il-Mediter

    — “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bi…” ta’ Kristina Borg

    — “Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod”
    ta’ Kristina Borg

  27. X’inhi l-poeżija? Il-​bnedmin għala jiftiehmu poetikament bil-​kliem, il-​ħsejjes, u s-​sinjali viżwali? Għaliex niżżerżqu lil hinn mil-livell konvenzjonali tas-semjożi? Għaliex inħollu s-sinjali mill-qafas ta’ skambju stabbilit tagħhom? Hölderlin jikteb, “Miżgħud bil-mertu, iżda poetikament / Il-bniedem jgħammar fuq din l-art.” L-att poetiku qiegħed hawn kuntrarju għal dak li l-bniedem “jistħoqqlu”, jimmerita. X’inhu l-mertu? Naħseb li l-mertu huwa l-kwalità ta’ li int tkun denju, li jistħoqqlok tifħir jew premju, il-kwalità li tkun tlaħħaq mal-valuri (konvenzjonali) ta’ individwi f’xenar

    — “Nifs: Kaos u Poeżija #1” ta’ Franco "Bifo" Berardi

    — “Nifs: Kaos u Poeżija”
    ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino)

  28. Żewġ proġetti panloġiċi jitfgħu dell fuq il-modernità, wieħed maħsub minn Leibniz u l-ieħor minn Hegel. Il-logos Hegeljan huwa mġissem fit-traġedja tal-istorja: ir-raġuni f’Hegel tasserixxi lilha nnifisha b’mod astut permezz tal-avvenimenti mdemmija u kkumplikati li jibdlu l-ħajja ta’ kuljum tal-poplu fl-Istorja (Geschichte). Il-proġett panloġiku ta’ Hegel jipprovdi mappa kunċettwali tat-triq għar-realtà tal-preżent tagħna mmarkata minn vjolenza bla waqfien. Il-kilba lejn it-totalizzazzjoni — l-orizzont tal-Aufhebung Hegeljan — iġġenerat it-tifrik li qed naraw l-effetti tiegħu issa

    — “Nifs: Kaos u Poeżija #5” ta’ Franco "Bifo" Berardi

    — “Nifs: Kaos u Poeżija”
    ta’ Franco "Bifo" Berardi (tr Karl Baldacchino)

  29. Zhukovka hija belt żgħira fir-Russja. Issa bilkemm jista’ jsibha xi ħadd fuq mappa, lanqas nerd tal-kartografija, jew xi ħadd bil-Masters fil-Ġeografija, lanqas xi “Russu professjonali” ta’ grad għoli. Imma darba — qabel Gorbachev waqa’ fil-ġenn tal-Perestroika, u kkundanna ’l-poplu Sovjetiku jsofri minn dijarrea ta’ ħelsien — proprju din Zhukova kienet il-manifattur tar-roti famużi, li kienu l-ħolma ta’ kull ġuvnott u Pijunier Żgħir. Dawk ir-roti tal-ġenerazzjoni l-ġdida, Десна-два, kellhom roti żgħar imma jservu, frame jintewa, u prezz għoli żżejjed mgħolli jerġa’ iktar minn dawk il mingħula tal-b

    — “Shaft taż-Żibel (silta)” ta’ Iva Pezuashvili

    — “Shaft taż-Żibel (silta)”
    ta’ Iva Pezuashvili (tr Joe Gatt)

  30. 16 ta’ Ottubru. X’saħħa fiha splużjoni? X’inhuma l-istejjer madwarha? Kaxxa infernali. Is-sajjieda kienu jistadu għall-bombi li għadhom ma splodewx. Filfla, l-aktar gżira mwarrba ta’ Malta fl-inħawi tal-Qrendi, kienet tintuża għall-prattika tal-isparar tar-rokits, missili u torpidows fi żmien l-Ingliżi. B’dawn il-ħsibijiet bdejt infassal Kaxxa Infernali: Explosions, biċċa xogħol tat-teatru totalment non-fiction. Din damet biex tintwera quddiem in-nies sentejn, sa Ġunju tal-2021, għax kien iż-żmien fejn seħħ dak li ma jitwemminx. Qatt ma ħsibt li kont se nkun maqful ġewwa għal żmien daqshe

    — “Splużjonijiet #1” ta’ Jimmy Grima

    — “Splużjonijiet”
    ta’ Jimmy Grima

  31. 22 ta’ Marzu 1973. Irċevejt tliet ittri mingħandek, tal-1, it-2 u t-3 ta’ Marzu. Grazzi. Il-flus li bgħattlek tista’ tmur tixtri xi affarijiet għat-tieġ bihom, jew stennieni u la nasal immorru flimkien. Ktibtli li qed tfittex biex tikri dar għal sena. Għala sena? Mhux se ndumu Malta sena żgur, Jos. Jekk trid issib tikri xi mkien għal tlieta jew erba’ ġimgħat, tajjeb. Sakemm inkun hemm jien ikollna fejn noqogħdu. Imma mhux beħsiebni noqgħod ġej u sejjer minn Tripli għal Malta għaliex ma nistax u m’għandix il-ħin. Il-gvern jagħtina visa limitata u hemm limitu wkoll fuq kemm flus nistgħu noħorġu

    — “Es Sidr #3” ta’ Omar N’Shea

    — “Es Sidr”
    ta’ Omar N’Shea

Dekorazzjoni art-nouveau