Il-Komunità tal-Kitba

ma’ Raylene Abdilla, Jasmine Bajada, Miriam Galea, Davinia Hamilton & Maria Theuma

Il-Komunità tal-Kitba kien avveniment li tellajna fid-9 ta’ Novembru 2024 waqt il-Festival tal-Ktieb, f’Ta’ Qali.

« Ħafna drabi meta niktbu nkunu magħluqin f’kamra waħidna, iżda l-kliem li nużaw qatt mhu tagħna biss. Matul l-ewwel sena ta’ Aphroconfuso ridna noħolqu, flimkien mal-kittieba tagħna, komunità fejn il-kliem mhux biss jingħad darba u jintelaq għall-irwiefen taż-żmien, iżda jsib eku u risposta fi kliem ieħor fil-ġurnal stess, fl-istorja letterarja tagħna u tad-dinja. »

Waqt dal-avveniment introduċejna l-ewwel ktieb ta’ Aphroconfuso, Antoloġija 1 .

Peress li kien hemm ħafna attività fil-festival, kellna nipproċessaw ir-recording biex inneħħu l-istorbju mill-isfond, u għaldaqstant f’xi waqtiet il-kwalità tal-vuċijiet mhix għolja daqs is-soltu.

Dekorazzjoni art-nouveau