Jien naħseb li l-maġija ta’ veru. Ix-xjenza sistema tal-għerf mibnija mill-bniedem. L-arti, l-astroloġija u r-reliġjon ukoll huma sistemi tal-għerf mibnija mill-bnedmin. Waqt li l-arti u l-astroloġija jippermettu l-intwizzjoni u l-poeżija bħala fatturi validi fil-metodoloġiji tagħhom tal-għerf, ix-xjenza tiċħad l-emozzjoni, l-intwizzjoni u l-poeżija bħala sorsi tal-għerf invalidi. Kull waħda minn dawn is-sistemi tal-għerf fir-riskju li ssir dogmatika u totalitarja, imma jien nemmen li jispiraw lil xulxin. Inqim ix-xjenza, għax tagħti l-pjaċir lill-moħħ razzjonali li għandi bl-attentati biex tipprovdili tweġibiet preċiżi u loġiċi. Nadura l-astroloġija u l-ħolm, mhux għax iwassluli “l-verità” jew għax jgħinuni nara l-futur, imma għax joffruli mod iktar ludiku u poetiku biex ningaġġa mad-dinja. Hija għażla li naraw il-maġija fil-ħajja ta’ kuljum.