Djarju

Michaela Pia Camilleri

Ma konniex nafu kemm konna ħa ndumu nistennew hemm barra. Kellimt lil waħda mill-familjari ta’ Daphne, u għamiltilha l-kuraġġ. “Għandi t-tama, għedtilha. L-evidenza kienet b’saħħitha wisq. Fenech litteralment ammetta li kien involut fil-każ. Imbagħad hemm ir-recordings. Recordings tiegħu jgħid li kieku jista’, jitfagħha mill-21 sular ta’ Portomaso. Recordings tiegħu jammetti li qed iħallas lill-aħwa Degiorgio, dawk li poġġew il-bomba, elf euro kull ġimgħa għall-avukati tagħhom, għall-iskola tat-tfal, u ħamest elef euro għal xi kelb bil-pedigree. Litteralment ammetta li kien ħallashom nofs miljun. Apparti li kien talab għall-maħfra presidenzjali erba’ darbiet.

Dekorazzjoni art-nouveau