Fl-aħħar mill-aħħar
li jifdal:
Ħarsa ddur kantuniera,
jew tiżgiċċa
waqt li tinqabad.
Naqriet.
Fl-aħħar mill-aħħar
li jifdal:
Frammenti.
Biċċiet misjubin
wara żmien twil,
minn kullimkien.
Frak ta’ ġrajja:
Ħajriet, tamiet, imħabbiet:
Ħarsa, mixja, tifkira;
Kelma, nofs kelma, sikta:
Tbissima, firda, għajbien.
Frammenti xi darba jinġabru
f’kaxxetta ħajja.
Frammenti:
Insib farka oħra
minnek:
(Tbissima).
Xi darba nsibu biċċa oħra.
Jew, xi darba, konna sħaħ.
Snapshot:
Togħla fuq rota —
Xaqq f’ħobża;
Jew f’papiru.
Kull sejba hi
twelid univers.
*
Nitfa ġdida:
Ħarsitna —
Imgħaġġla, minn taħt —
Misjuba, misruqa.
Tgħid storja dejjiema.
*
Tikka
tikkonkludi
kollox.
*
Naqra
minnek
biżżejjed.
*
Ksieħ ilaqqaxni:
Int
M’intix hawn.
*
Inpespes ’il tal-bejt
u jinżlu, malli nitbiegħed,
għall-frak.
*
Ġab birra Griega!
Teħodni fuq xtut sħaħ
mitoloġija.
*
Ħsibtu ħaxix ħażin —
Ġarġir abjad.
Imma npoġġih
Fil-vażetti tal-Madonna.
Jinfaqa’ f’għajta verġni.
*
Australian Open:
Farka fuħħar —
Fuq wesgħa mpittra
jixħtu ballun kamoxxa —
B’saħħa, qilla, lehġa:
Fl-irkejjen, fit-truf, f’qrubija qarrieqa —
Żewġ lottaturi fuq muntanja Griega.
*
Xita —
Xi —
Ta:
X x x x x...