« Dawn il-proċessi kollha huma xi ħaġa li tinteressani peress li ovvjament huma assoċjati aktar man-nisa, max-xogħol tan-nisa, li mhux mhuwiex valutat, ma tistax tikkapitalizzah. Jiġi kkapitalizzat, imma l-bażi tiegħu mhix il-kreazzjoni tal-valur, il-valur tiegħu mhux ekonomiku imma huwa soċjali. Qiegħed biex tirriproduċi s-soċjetà, jew tħaddan ’in-nies, biex tieħu ħsiebhom. Dak huwa l-valur prinċipali ta’ dan it-tip ta’ xogħol. Allura nieħu gost nuża dan it-tip ta’ xogħol meta nkun qed naħdem fuq proġetti artistiċi. Nieħu gost nagħmilhom waqt li nkun qed nitkellem ukoll fuq il-ġeneru. Meta għamilt Huma min huma? kont qed inħit liebsa u nitkellem speċifikament fuq il-pronomi. Għal Insalata għamilt insalata waqt li tkellimt fuq ir-relazzjoni tiegħi mal-ikel u l-ġeneru, il-preżentazzjoni u l-ħsieb tiegħi marbut mal-ikel u l-ġeneru. Jiġifieri dejjem kien hemm dawk l-ideat. Anki fil-kitba, meta nkun qed nikteb, dejjem nidħol fid-dettal fuq l-ikel, fuq is-sensi, fuq l-affarijiet effimeri tal-ħajja ta’ kuljum. Jiġu anka mill-istudji tiegħi tal-Antropoloġija, li vera tiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum, u vera l-ħajja ta’ kuljum iġġibha maġika. U dik xi ħaġa li dejjem pruvajt nagħmel għax għalija l-ħajja ta’ kuljum hija maġika speċjalment f’postijiet fejn il-kapitaliżmu ma tantx jirnexxielu em jippenetra. Għalhekk ukoll vera nidħol fuq is-sensi, fuq il-proċessi tal-ġisem. U li l-karattri jkunu konxi mill-ġisem tagħhom, x’qed jagħmlu fl-ispazju u dawn l-affarijiet kollha li l-loġika assoċjata mal-patrijarkat ma tagħtix kas, għalija huma l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja tal-bniedem. »