Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm #1

Prefazju numru wieħed

Kris Polidano

  • Skultura ta’ bagalja miftuħa. Fiha hemm diversi oġġetti li jidhru qishom organi u dirgħajn.
    Paul Scerri, “The Luggage” (2022, dettall), ġebla, glazes u metalli. Ritratt: Brian Grech.

Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom.

Dekorazzjoni art-nouveau