Meta lestejtu
-
- Djarju 25.02.2024
Għandi dubju dwar
il-liċenzja Il-fdalijiet f’partijiet oħra ta’
dil-belt ,il-monumenti ul-kolonni ut-toroq wesgħin ul-arkati trijonfali, jixhdus-snin metal-belt kellhal-ambizzjoni ġenoċidali li tkunil-kapitali ta’ imperu. Imma f’dawnl-inħawi ,il-fdalijiet huma mħażental-banana u skeletrital-krejnijiet .L-ismijiet tat-toroq juru li darba kien hawn sistema ħafna iktar kumplessa ta’ kanali, u ħafna swieq differenti ta’ komoditajiet partikolari: ħut, tiġieġ, majjal, butir, faħam, qamħ.Il-port kien ħafna iktar attiv sa nofsis-seklu li għadda. Ftit ’il fuq minn hawn kien hawn stazzjontat-trasbord li ħa ismu — Tour & Taxis — mill-familja li darba kellhas-sede tagħha hemm u li kienet tħaddemis-sistema tal-posta għall-Imperu Ruman Qaddis, kif imsemmi f’The Crying of Lot 49 ta’ Pynchon. Illum hemm shopping mall lussuż, kollu njam, u park sabiħ taparsi nofsu salvaġġ. Faċċata tiegħu hemm dik li kienet fabbrikatas-Citroën , bini enormi li fi żmien sentejn jew tlieta (jew ħamsa, jew sebgħa) se jkun fergħatas-Centre Pompidou. Sa għoxrin sena oħra se jkun differenti ħafna hawnhekk, imma għalissa għad hawn bilanċ sabiħ. -
- Djarju 06.01.2024
Se jkolli nerġa’ nikteb kollox
Staqsejthom kif iħossuhom dwar
il-bliet li jgħixu fihom issa u tawni tweġiba mimlija kwalifiki u eżitazzjoni.It-tnejn qalu li forsi xi darba għad imorru lura. Għaraft sewx’kienu qed jgħidu, jew għall-inqas immaġinajt li jħossuhom bħalma nħossni jien meta mmur Londra issa u ma nħallix lili nnifsi nerġa’ nsir inħobbha wisq għax inkella ttini rasi u niffissa li kienet ġennata li tlaqt. Kont mort ngħix Londra għax kelli biża’ kbirmill-provinċjalità , u għalkemm kultantdal-biża ’ għadu jaħkimni bħal żiffa kiesħa, illum naf li m’hemm xejn iktar provinċjali milli tibża’mill-provinċjalità . Minnha tiġis-superfiċjalità li narawfl-arti ,il-“professjonaliżmu ” żbaljat,il-ħela tal-flusfix-xinxilli .