Thomas Nagel kien qasam
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Ġunju 2026
Pollakki ta’ Chełmno
Fl-2024 ktibt lil Roberta Metsola, użajt dak li ħsibt li naf fuq kif jaħsbu u jaġixxu
l-politikanti , stħajjiltni xi manipulatriċi prima. Kienet għadha kif ġiet rielettafil-Parlament Ewropew u kkonfermata bħalal-President . Semmejtilha lilek, li għadek tarbija, fuq kif irrid li Metsola tkun ta’ mudell għalik ’il quddiem, bħala mara Maltija li laħqet fi rwol influwenti u influwenzatfis-sewwa . Fuq kif twaħħaxt nara, fuq X, ritratti ta’ trabi maqtulin, maħruqin, maħlulin, inkella ta’ trabi ħajjin imma b’partijiet minn ġisimhom nieqsa, jew ta’ ommijiet ħajjin, imma jixhru ’l uliedhom mejtin. Metsola weġbitni, hi jew probabbli xi ħaddmit-team tagħha. “I will always keep doing everything in my power to make you and your daughter proud.” -
- Ġunju 2026
Invokazzjonijiet #40
l-erbgħin
Aphroconfuso
t-tifla li qiegħda tixher
it-tifla li qiegħda tifga
fil-morr ta’ mnifsejha
t-tifla li bi ħniena qed
tfittex fik ’il missierha
Aphroconfuso
t-tifla li qiegħda tixher
it-tifla li qiegħda tifga
fil-morr ta’ mnifsejha
t-tifla li bi ħniena qed
tfittex fik ’il missierha
Aphroconfuso
t-tifla li qiegħda tixher
it-tifla li qiegħda tifga
fil-morr ta’ mnifsejha
t-tifla li bi ħniena qed
tfittex fik ’il missierha -
- Ġunju 2026
Invokazzjonijiet #41
il-wieħed u erbgħin
Aphroconfuso,
insir naf dwar missieri
u niġri nfittex lilek
biex ngħannaq lilu
u lil missierek
f’daqqa.
kultant naħsibn’
aħniex aħwa
Aphroconfuso,
insir naf dwar missieri
u niġri nfittex lilek
biex ngħannaq lilu
u lil missierek
f’daqqa.
kultant naħsibn’
aħniex aħwa -
- Ġunju 2026
Invokazzjonijiet #42
it-tnejn u erbgħin
Aphroconfuso
bejn il-missier u l-missier li addottajt
hemm int figurazzjoni tal-abbandun
xeħta ta’ blandun xehda fej’ blanzun
salmastru ilma ħelu flien irżin ribelli
idealizzazzjoni metamorfika ta’ rażan
u ħela ħarira kaħla u ħafna kannella
hemm int triegħed kull fibra għadma
rita ġilda tqalleb fija tinġenja l-versi
l-għadd imtenni għall-figuri paterni
hemm int talterna ġenetika m’oħra
f’bint aphroconfuso għalik aphro — -
- Poddata 07.06.2026
Noti Editorjali #11
ma’
Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din
l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwarit-traġitt tiegħumit-teatru għall-esej, dwarir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwarit-traġitt tiegħumit-teatru f’Malta għal dakfin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala partimill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwarl-importanza tal-memorjifir-riċerka li jagħmel, kemm dawk li jinsabu bħala kitbietfl-arkivji u wkoll dawk li jinżammu ħajjinfit-tifkiriet tan-nies. Jgħid kif ħafna drabi jibda minn dawk li humal-eqreb tiegħu, ġielimill-membri tal-familja tiegħu u mbagħad jimraħ dejjem iktar ’il barra b’mod lifir-riċerka tiegħu jkollu minntal-inqas żewġ timelines,il-personali ul-komunitarju . -
- Ġunju 2026
Il-Ġenna Ma Tridx Irġiel Bħal Tagħkom
Magna ta’ tifel qaddis
ġwienaħ tal-kromju
ħaddejn roża.
Tifel ħelu, snien jaqtgħu.
Tifel ħelu ma jaħraqx.
L-aktar ħaġa ratba li qatt rajt.
Emo-
zzjonali wisq biex jiddomina.
Ħadd ma għallem
lil din il-ħaġa tkanta.
Dmugħ tal-kromju
biżgħat blu tat-trabi.
Farfett tal-body shop
tifel qaddis
ġugarell imħassar.
Magħmul biex jibki
magħmul biex itir.
L-anġlu jasal
mid-duħħan tal-egżost.
Ġwienaħ ikaxkru x-xrar
fuq bankina tal-konkrit
jaħbu l-ġrieħi.
Subien sbieħ, weqfin
l-anġli għadhom jaqgħu.
Metall artab
petala tqila.
Tifel dragun
ħoss delikat.
Is-subien l-aktar rotob ikabbru
l-aktar ġwienaħ jaqtgħu.
Dan il-ġisem
irid jittrasforma.
2.
Ġisem magħmul mill-ilma
imma fejn inbattlu m’għandix.
L-ebda loki
ma jaċċettani.
Imma nibża’ ma rridx.
Għomejt ġol-ibħra
mal-mewġ u l-ħut aggressiv
imma mhux daqs il-bnedmin.
Bil-jetski għamilt 360 degrees
bqajt indur qisni fis sakra
bl-inbid.
Jien ġismi ma jbidx.
Lanqas itir.
Imma fl-immaġinazzjoni għandi
tfal u ġwienaħ kemm trid.
Irrid nogħdos fil-fond
imma rrid nikteb dil-kelma bl-Ingliż.
Irrid nogħdos DEEP.
Ma nismax iktar
taħwid u tgħajjir.
Widnejja bblukkati
juġgħuni imma mhux
daqs il-kummenti ta’ madwari.
Nintilef minn sensija.
Insib tip t’armonija.
Niekol biċċa ħaxixa
u ngħid l-ave marija.
Il-pipì sħun ċarċar ma’
sieqi pjuttost sufija
u l-borża battaltha
mill-agunija. -
- Ġunju 2026
Ħbula
tal-Ħelsien Is-sajf ikanta noti għoljin għax aħna kburin
għal li aħna, għal dak li qed ngħixu, kburin
bi crop top żaqqi barra niżfen mar-ritmu tan-noti għoljin
ħadd ma jżommni milli nkun kif nixtieq jien
jiżżerżqu l-inċertezzi minni jitgħawġu mal-ħbula tal-ħelsien
l-armonija ġewwa fija xxejjen poter il-patrijarki rġiel
Ħallini nississija, arani nippuftja f’nofs tat-triq
Għagħa bħall-o li tifforma fuq ħalqek
Meta dawn il-verbi nonqoxhom fuq kuxxtejja
Jurtawk aktar minn kull meta nidneb
Ġebel jiżvina l-vetrina tal-bar għax inti ma tħaddanx li nemmen fih
Ġebel jigref, jobrox, jisloħ il-ġġantija ta’ ġo fija
Tiġri warajja bil-karozza ħamra, bit-twieqi mbexxqin
Tokrobli biex ma ngħid lil ħadd li inti bħali —
Ma tlissinix inti x’inti għax kburi bħali m’intix
Taħseb li ħa nżommok lura?
Le — arani ħa ngħinek tbexxaq il-bieb ħa toħroġ. -
- Poddata 17.06.2026
Noti Editorjali #12
ma’
« Karozza ibrida hija newtrali.
L-ibridu bla ħoss,l-ibridu ma tistax tbagħbas fih.Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu stickermit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħil-karburatur tal-magnatal-karozza li għadek kif ġibt u tarax’jiġri . Jiġifieri hemm ħafna inqas intrużjoni fuqil-karozzi l-ġodda. Biss, qegħdin naraw nies illi kibru ossessjonament jilagħbu logħob, bħal GTA, li jigglorifikal-kultura tal-karozzi ħafna iktar minn kemm aħna konna noħolmu,fid-disgħinijiet , li ħa nixtrul-famuż Escort.Il-kultura tal-karozzi sabet modi oħra kif tinfilsa u kif tinfiltra, u forsi anka meta tara ċertu aċċidenti spettakolari li seħħew danl-aħħar żmienfit-toroq tagħna, qishom ġejjin minn video game. Mhux qed ngħidu żewġ ġuvintur li kienu qed isuqu u daħlu ġo arblu. Hemm ħafna iktar manuvrar ukoll ġejmill-fatt lil-karozzi llumil-ġurnata huma ħafna iktar kumplessi:l-ispeed li jitla’ fi żmien qasir ħafna huwa eċċezzjonali. Ovvjament, għalkemm għandek element elettroniku, xorta hemm metodu ta’ kif wieħed jista’ jagħmelir-remapping u kif jista’ jestendis-saħħa tal-magna. Modi dejjem ikun hemm, sempliċiment mhux daqshekk aċċessibbli għal kulħadd. Irid ikollok ħafna iktar technical know-how. Mhijiex sempliċiment ejja nbagħbsu ftitmal-magna u mbagħad narawx’jiġri . Trid tkun taf iktarx’qed tagħmel, toħodha għand xi ħadd illi jafx’inhu jagħmel. Qisul-element DIY, għalkemm għadu hemm, mhuwiex daqshekk possibbli daqskemm kien b’magni ħafna iktar sempliċi. » -
- Ġunju 2026
Murmurazzjoni #3
Il-Fiżjoloġija
tal-Ajru In-nervi ta’
daż-żewġ figuri jixhdu pożizzjoni komda iżda medjafil-ġerarkija tal-kura medika. Mhumiexin-nervi ta’ infermier jew paramediku, iżda lanqas mhuman-nervi ta’ konsulent veteran. Qed nippreżumi li huma tobbat-tnejn li huma, sempliċiment fi gradi differenti. La jridul-istampa kollha, mela nagħtihielhom kollha kemm hi. Nispjegalhom fuqid-dawl . Nispjegalhom fuqid-darsa . Nispjegalhom fuq kif żlaqtfil-qlejba ,x’ħassejt jien u naqa’ umat-tisbita nnifisha,l-għajnejn kuluril-kawba us-swidija totali li belgħet kollox. Jien u nitkellem, inħossil-lingwaġġ tiegħi jsir iżjed formali, bħalma spiss jiġrili f’kuntesti fejnid-dehra ul-manjieri jagħmlud-differenza bejn ħajja jew mewt. Kieku ġejt minn jeddi, kont niġibil-ġlekk ul-ingravata biexir-rakkont tiegħi ma jiġix sottovalutat.