Ħbula tal-Ħelsien

Luke Galea

Is-sajf ikanta noti għoljin għax aħna kburin
għal li aħna, għal dak li qed ngħixu, kburin

bi crop top żaqqi barra niżfen mar-ritmu tan-noti għoljin
ħadd ma jżommni milli nkun kif nixtieq jien

jiżżerżqu l-inċertezzi minni jitgħawġu mal-ħbula tal-ħelsien
l-armonija ġewwa fija xxejjen poter il-patrijarki rġiel

Ħallini nississija, arani nippuftja f’nofs tat-triq
Għagħa bħall-o li tifforma fuq ħalqek

Meta dawn il-verbi nonqoxhom fuq kuxxtejja
Jurtawk aktar minn kull meta nidneb

Ġebel jiżvina l-vetrina tal-bar għax inti ma tħaddanx li nemmen fih
Ġebel jigref, jobrox, jisloħ il-ġġantija ta’ ġo fija

Tiġri warajja bil-karozza ħamra, bit-twieqi mbexxqin
Tokrobli biex ma ngħid lil ħadd li inti bħali — 
Ma tlissinix inti x’inti għax kburi bħali m’intix

Taħseb li ħa nżommok lura?
Le — arani ħa ngħinek tbexxaq il-bieb ħa toħroġ.

Dekorazzjoni art-nouveau