Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm #6

Forma numru erbgħa

Kris Polidano

  • Statwa bajdanija ta' persuna minn moħħa ħiereġ qisu dragun.
    Paul Scerri, “An Invisible Line” (2024, dettall), ġebla, glazes u metalli. Ritratt: Brian Grech.

Ballun-ħġieġa jaqa’

U jis

\

piċċa

/

ja

\

qa’

/

fil-

\

fond

ilma

Wiċċ ċar, bjond,
Iħares lejn surtu
jżomm kopp fid-dell
jitkaxkar mal-jum

Id titla’ għal fuq moħħ
––is-silenzju wara li
ċagħqa tkexkex l-ilma

Ix-xemx tinqala’ minn postha
u tiltaqa’ mal-art fejn
is-sħana tinħass
bejn żewġ koxox taħt gverta
tas-suf

Dekorazzjoni art-nouveau