ego, superego, id

Joe Gatt


AR: أنا، الأنا الأعلى، هو DE: Ich, Über-Ich, Es EN: ego,superego, id FR: moi, surmoi, ça IT: io, super-io, es

Aphroconfuso (11.03.2025)

Fl-esej ta’ Davinia “Ilkoll Parti mill-Istaġun Li Jmiss” kellna niddeċiedu jekk hux se nżommu “ego” jew nibdluha. Żammejnieha, sakemm inkunu ddiskutejnieha hawn. It-termini użati fl-Ingliż, għalkemm ftit biżarri, huma ssedimentati sew fil-lingwa peress li din it-terminoloġija kellha ċertu suċċess fid-diskors ta’ kuljum.


Joe (jien, superjien, es, 11.03.2025)

Dejjem tatni ħafna f’għajni t-traduzzjoni Ingliża, li tagħmel minn kliem ordinarju kliem eżotiku u ġergu, kliem li tista’ tiċċarġja iktar għalih. Naħseb f’dal-każ id-diffikultà mhux daqstant fl-għażla tal-kliem (għall-inqas “jien” u “superjien”) imma f’kemm huma fil-fatt issedimentati “ego”, eċċ. Proprjament, “ego” hija l-unika waħda li hija użata f’kuntest mhux tekniku. Nistgħu nibqgħu nużaw “ego” fis-sens ta’ kuljum, meta xi ħadd ikollu rasu kbira: “Dak kulma jagħmel għall-ego.

Għal xi raġuni, il-jien f’“Il-Jien u Lil hinn Minnu” ta’ Dun Karm narah preċedent tajjeb għall-użu tal-kelma bħala nom, għalkemm il-Jien ta’ Dun Karm u l-Jien ta’ Freud mhumiex l-istess.

“Es” naraha l-aħjar kelma, bħalma nsibuha fit-Taljan. Bl-Għarbi jużaw [ħuwa] هو li hija eżattament “huwa” tagħna, imma ma ddoqqlix. Qisha persuna għaliha, le? Jiġuni f’moħħi ħafna ideat mhux serji bħal “ħaġu”, “ħajbu”, eċċ .

Dekorazzjoni art-nouveau