Ftit iktar minn sena ilu ppubblikajna
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Settembru 2025
Es Sidr #5
Taġura
Meta naqra dawn
l-ittri , inħoss bħal għadma ġdida tisponta fi griżmejja u żżommlin-nifs waqt li subgħajja ta’ jdejja jitremblu u jitgħaqqdu u xħin niġi biex inniżżilhom fuqit-tastiera u nikteb, jaqgħu fuql-ittri ħżiena u nibda nħarbex kliem insensat. Ninħasad u ninfexx inwaħħalfil-laqx ġenetiku li tefagħli ġo fija Otman meta niftakar kemm jien stess, qabel qrajt dawnl-ittri , ħarist lejn niesi u stkerrahthom, kemm diġà minn età żgħira kien idejjaqnit-tmeċliq tal-ikel meta nkunumal-mejda tal-kċinatan-nanniet , kemm kont nitqażżeż ħafnamill-ikel li kienu jieklu huma, kemm kont nitqalla’ — speċjalment meta kienu jiġu quddiem għajnejjal-imsaren mixħutinmal-art fuqil-paġni ta’L-Orizzont mifruxin fuqil-madum tal-kċina metan-nanniet kienu jħanxrul-fniek , iqaxxruhom u jnaddfuhom, kemml-għajjat ta’ nannti kien iġegħelni nistħi kull darba li noħroġ u nimmaġina lil-ġirien kienu semgħu xi ġlieda mimlija dagħa u tgħajjir, kull darba li ziti kienet ittiha dagħdigħa kerha u tintefa’ tifqa’ rashabid-daqqiet ta’ ponn, tigdem idha, issabbatmal-għamara u taqla’l-ħwejjeġ tiegħi kollha minnġol-kxaxen u tixħithommal-art jekk nazzarda biss immur noħroġ flokk jew qalziet ta’ taħt biex nilbsu wara li tkun twietl-indaf . -
- Settembru 2025
Ħanina
Ir-riħ, bla sħab xi jġorr, reħa minn saħħtu
u sar żiffa. Iz-zkuk maqtugħa mill-art
jixxenglu bla ma jħokku ma’ xulxin.
B’hekk id-dwieli jafu, fl-għama tagħhom,
x’qed jiġri hemm fuq —
ċerti mid-diefa ċara, ħanina.
Xemx li tgħammex bla ma tilheġ.
Tinbex għajnejn il-kelb mit-tieqa,
li jqum fuq saqajh ħa jsib ’il sidu.
Bħal-lum jishar — imqar l-arja dieħla
tqanqlu, taħsillu mnieħru.
Ix-xitwa ta’ xahar ilu qarqċet kemm felħet —
ċediet il-kmandament tagħha stess.
Minn raġġ ta’ dawl fqajjar
nibtet did-dija —
dija fina, ħafifa, fuq tagħha.
Sabet sema jilqagħh’għal
nofstanhar — forsi jum, bi grazzja.
Biżżejjed jum biex minn tarf s’ieħor
twassal l-għera tagħha —
xejn għajr l-għera tagħha.
Għal sid il-kelb, storj’oħra —
Ta’ min hi din il-ħolma, tistaqsi,
ħa nħallih rieqed.
Ix-xitwa terġa’ u terġa’,
sakemm fl-aħħar, ma terġax.
Għadu Jannar, għad fadal.
Safrattant stejqret dielja fin-nir,
l-eqreb waħda għal dar il-fanal.
Dik li ta’ kull sena, fis-siegħa tat-tagħsir,
tħoss il-franka mbaskta minn postha.
Il-frott tagħha għandu żmienu.
Dan tafu sew, ċerta li jasal. -
- Settembru 2025
Invokazzjonijiet #12
it-tnax
Aphroconfuso,
imiss darba jmiss tnejn
is-sufrun li jinżel biss xibrejn
u jiġbed lilek baħri lejn fejn
akrobati jitnisslu bluhati
skjava tal-ħalel li ħalliel
xeħet fuqi kursar il-baħar
biss jekk il-galjun tiskava
ssibni pulena ta’ sirena
f’swied il-qiegħ imma
f’wiċċ idek bambina
inkella wegħda: xambekk
fuq ta’ kappella l-ġebla
-
- Settembru 2025
Invokazzjonijiet #13
it-tlettax
Aphroconfuso
r-rabja li nikkarga fil-muta ta’ wiċċi
l-vini li wiżgħat jaqbżu minn għonqi
magħtub bil-ġebel u l-metall tqal li
bihom nordom widnejja tant kemm
ma niflaħx iżjed għal qtugħek fi kliemi
ma niflaħx iżjed għall-kondixxendenza
u jien xi ftit bħal kaliban ma
nisma’ mill-ebda alla uman
aphroconfuso nżomm rasi bejn idejja
rrid nifqagħha għax ma niflaħx iżjed
ngħaddi d-distiċi minn subgħajja l-kurrenti
mill-arterji. aphroconfuso l-elettrokuzzjoni -
- Settembru 2025
Invokazzjonijiet #14
l-erbatax
Aphroconfuso,
ma nimpressjonax ruħi
għax narak indannata,
tgħidli. għadek qatt
ma qbadtni fil-gost
tar-raba’ li nqabbad
f’nirien wara sajf
mingħajr ħsad
-
- Djarju 10.05.2025
Siġra
tas-sakura fil-ġnien ta’ San AntonUrara qaltli li
l-isem Sanshu huwat-terminu antik li jirreferi għall-provinċji antiki ta’ Satsuma, Ōsumi u Hyūga, li llum jinsabufil-prefetturi ta’ Kagoshima u Miyazaki fi Kyūshū. Ħafnamill-qrabat tagħha, kemmmin-naħa ta’ ommha kif ukollmin-naħa ta’ missierha, huma minn Kagoshima ul-familja tagħha għad għandha rabtiet qawwija m’hemmhekk.In-nies minn Kagoshima kellhom ħafnax’jaqsmu mar-Restawr Meijifl-aħħar tas-seklu 19 u kienu humal-fundaturi tal-Ġappun modern.Is-Sanshu Club f’Tokyo nħoloq proprju biex iwettaq riċerka dwarl-istorja ,il-kultura ut-tradizzjonijiet ta’ Sanshu, u jaħdem biex jippreserva u jippromovi danil-wirt . Urara qaltli li għandha ziju,iz-Ziju Izumi, li tgħidx kemm feraħ meta qaltlu li qed tittraduċi ġabra ta’ stejjer minn Malta.Iz-Ziju Izumi huwa membrutas-Sanshu Club u għandu interess kbirfl-istorja tas-Samurai, speċjalmenttal-istudenti Samuraimid-dominju fewdali ta’ Satsumafin-Nofsinhar ta’ Kyūshū li, mallil-Ġappun fetaħil-bibien għad-dinja ta’ barra, kienu baħħru lejnl-Ewropa u tulil-vjaġġi tagħhom żaru ankil-gżira ta’ Malta.
Abbona