Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni,
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Mejju 2023
Ħsieb
il-Ħamiema Faqqgħet bħall-qniepen tal-knisja t-twerżiqa ta’ sajjetta tas-sirena tal-pulizija. Maimouna kienet ilha tliet snin taħdem fil-ħanut ħdejn il-pont li jaqsam il-Ħamrun u l-Marsa. Kienet taf kull rokna u xkaffa, kull loġika organizzatorja, u kull bidla li kienet saret fuq il-post. L-irwejjaħ tal-ħitan ma baqgħetx ixxommhom, ix-xufiera li kienu jġibu l-konsenji saret tafhom sew, il-klijenti, sintendi, saru qishom tal-familja, qalb it-tibdil u ċ-ċaqliq tan-nies, u l-kollegi waslu u telqu bħall-għasafar tal-passa. Xorta rnexxielha żżomm ċerta distanza mentali mill-imgħallem u l-ħajja tal-ħanut; minkejja li kienet tħobb taħdem, dan l-aħħar l-idea tax-xogħol innifisha kienet qed taraha velenu tal-moħħ.
-
- Mejju 2023
Nofs triq, dejjem nieqaf
Nofs triq, dejjem nieqaf u ndur lura, lura għalih għax naf li jiddejjaq meta nħallih warajja. Xi kultant jimxiha miegħi, in-nofs triq, u jegħja, għarqan xraba nħallih warajja. Xi kultant jimxiha miegħi, in-nofs triq, u jegħja, għarqan xraba anki fi ljieli kesħin jibda jkaxkar saqajh biex jurini li qabżitlu jisgħol u jisħaq li l-għabra qed tagħraxlu griżmejh. X’għabra?
-
- Mejju 2023
Reċti
tal-Kbar , Partiestat-Tfal Nistgħu niftħu b’xena nsuqu minn fuq flyovers nofshom kompluti waqt li nqallbu l-Facebook weqfin fit-traffiku, ritratt wara l-ieħor ta’ Malta lura fil-passat, l-għelieqi, il-mogħoż jirgħu u jmeċilqu, it-tfal jilagħbu ħafjin, toroq vojta, il-bini żewġ sulari. Malta tikkuntenta lil min iħobb imur sal-Lidl għal offerti fażulli ta’ ħaxix imnawwar u gallettini skaduti, bil-karozza impurtata mill-Japan, jidgħi fit-traffic imma jikkonsla għax l-AC silġa u t-tank tad-diesel mimli full u waqt li jsuq pass ta’ nemla juża l-Bluetooth biex iċempel parlata m’ommu, hands free, bla riskju li jaqla’ ċitazzjoni mingħand warden għassa moħbi wara siġra, għax l-aħħar tax-xahar magħna. Lussu kbir.
-
- Mejju 2023
Qarn (silta)
Idi fil-but, insaffar u nixxuttja l-ġebel—dawn kienu xi azzjonijiet oħra li kont ninnota li ma tantx kienu jinżlu sew meta “tifla” iġġib ruħha b’dal-mod. Jien, għall-kuntrarju, kbirt nagħmilhom. Kont insaffar qabel bdejt nitkellem; it-tort mhux tiegħi, żgur li le, iżda ta’ missieri. Allura ma fhimtx kif darba qisu gerger għax kont qed insaffar. La tifla u lanqas tifel mid-dehra ma kont ikkundizzjonat, għasfur l-ewwel u qabel kollox.
-
- Mejju 2023
Gilgamex, Dak li Ra
l-Qiegħ L-idea li Gilgamex isib ruħu f’daru fil-kultura u l-lingwa Maltija ma bdietx b’Montebello. Bejn l-1899 u l-1915 Alfons Maria Galea ppubblika sensiela bl-isem Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien. Fl-1913 kien ħareġ in-numru 130 ta’ din is-sensiela bl-isem Kif l-Għerf tal-Kangħanin Tnissel fil-Griegi, miktub minn F. Calleja “tal-Alġier”. Kemm kienet tajba t-tixrida ta’ dan il-ktieb ma tantx huwa ċar; li nafu hu li ma kienx hawn ħafna kopji għall-bejgħ għax Calleja kien ħallas għall-pubblikazzjoni minn butu.
-
- Mejju 2023
It-Tipjip
(tr Joe Gatt)
L-ewwel sigaretti li pejjipt m’għadekx issibhom għall-bejgħ. Għall-ħabta tal-1870 l-Awstrija kellhom minn dawk li kienu jinbiegħu f’kaxxa tal-kartun żgħira bit-tikketta tal-ajkla b’żewġt irjus. Ara: madwar waħda minn dawn il-kaxxi mill-ewwel jinġabru diversi persuni, kollha b’xi karatteristika minn tagħhom li hi biżżejjed biex tfakkarni x’jisimhom, imma mhux tant li nemozzjona ruħi b’dan l-inkontru bla ħsieb. Nipprova nislet iżjed u mmur sal-pultruna: il-persuni jgħosfru u posthom jeħduh koċċ buffi jiddieħqu bija. Immur lura mifxul lejn il-mejda.
-
- Mejju 2023
Il-Kuxjenza
fit-Truf Bħalma żgur skoprew ħafna qabli, meta tkun qed tittraduċi mit-Taljan, il-Malti li qed taħdem bih ma tħossux uniformi. Fih ħafna li hu lixx u duttili, imma fih ukoll l-għoqiedi u l-ingroppi. Fil-Malti hemm ħafna Taljan li jgħaddi mingħajr ma tagħti kasu; imbagħad hemm it-Taljan tal-avukati. Filli tiskrupla għax tħossok m’int qed tagħmel xejn ħlief tbiddel ftit l-ortografija—“io avanzo tale ipotesi per spiegare la mia debolezza giovanile, ma senza una decisa convinzione”—filli ttik rasek għax tinduna li qed tinstema’ iktar Taljan mit-test oriġinali.
Abbona