Kif Tgħidha f’Qalbek

ma’ Kurt Borg, Davinia Hamilton & Omar N’Shea

“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta’ Ottubru 2023. Fuq stedina ta’ Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta’ Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg, Davinia Hamilton u Omar N’Shea.

“Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawn l-ewwel xogħlijiet li għandna fil-ġurnal tagħna din it-taqbida kienet ta’ spiss parti importanti mill-kitba u mill-proċess editorjali. Meta l-ewwel niddeċiedu li niktbu dwar suġġetti li aħna intiżi fihom imbagħad wara nagħżlu li niktbu dwarhom bil-Malti, insibu ruħna nipproċessaw ideat illi dejjem qrajniehom b’lingwa oħra, probabbilment bl-Ingliż, u li għalhekk bqajna naħsbuhom b’din il-lingwa. Meta niġu biex nartikolawhom bil-Malti nsibu ruħna nitqabdu bejn l-idea nnifisha u espressjoni preċiża u eleganti. .

Peress li kien hemm ħafna attività taħt it-tinda tal-Festival, kellna nipproċessaw ir-recording biex inneħħu l-istorbju mill-isfond u għaldaqstant, f’xi waqtiet il-kwalità tal-vuċijiet hija inqas mis-soltu.

Dekorazzjoni art-nouveau