
isbn 978-9918-0-1063-9, 192 paġna.
isbn 978-9918-0-1063-9, 192 paġna.
Qarn huwa memoir ta’ transizzjoni, esej ta’ protesta, manifest poetiku, strateġija utopika, ittra ta’ mħabba. Romeo Roxman Gatt jiġi lura Malta għal żjara qasira, iżda aħbar ħażina ma tħallihx jitlaq lura Londra. Minflok, jibda vjaġġ ferm aktar impenjattiv, wieħed li minn dejjem kien jaf li xi darba għad ikollu jagħmel. Qarn huwa
Ta’sittax-il sena nħlistmis-saħta tal-eteronormattività.In-nisa dejjem għoġbuni u ammirajthom u dejjem rajthom interessanti ħafna, iktar minn, pereżempju, bostamill-irġiel cishet. Imma xi vuċi ġewwa fija minn dejjem qaltli li mara jien m’iniex. U allura ridt nara xi stajt nagħmel biexit-tifel li dejjem kont, insir.Il-kotba għallmuni ħafna, sirt naf nużahom sew, avolja iktar tard f’ħajti.Il-vjaġġ li nibda nsir naf lili nnifsi beda ta’ għoxrin sena, eżatt kif tlaqt minn hawn Malta. Minn baħħ ta’ kliem u geġwiġija ġo moħħi għal ħafna kliem u geġwiġija ġo moħħi, ikkurati b’attenzjoni u ħafna ħin, imma qatt biżżejjed. F’relazzjoni,fil-kċina jewfis-sodda dejjem “hu” kont,fil-kartolini tal-Milied prinċep, qatt prinċipessa. U lanqas prinċipessi għax għaxar snin ilu, għalkemm kont ġa qiegħed Londra, pronomifil-plural kont għadni ma nafx dwarhom u lanqasil-kelma “trans” ma kont bdejt nidħol fiha wisq.It-tfajla li kont noħroġ magħha kienet qed tagħmelit-teżi tagħha dwarin-nuqqas ta’ konnessjoni bejnit-trattament tal-NHS ut-teorija transfemminista. Tiegħi kienet dwarx’jitqies “normali” ux’le . Mhux ħa nidħol wisq fihom. Ma kellix ħsieb nikteb testfit-tul . Waral-O-levels bil-Malti qatt m’erġajt ktibt. Għarukaża naf, iżda ħassejtni iktar komdu nesprimi ruħifil-fond bl-Ingliż ubit-tpinġija .Is-sess ,l-identità u dak kollu li hu queer kelli kliem għalihbl-Ingliż biss, daqslikiekul-lingwa Ingliża, kif ukollit-tpinġija kemm fuqil-karti kemm fuq ġismi, kienu jgħinuni ninħelesmill-mistħija ul-istramberija lil-ilsien Malti kien jinfilsa fija. Bħallikieku kont inħossni persuna oħra Londra. Kont iktar liberu u ftit imbiegħedmill-biża ’ li mlietni bihir-reliġjon Kattolika. Għalkemm qisni ħrabt lejn Londra, xorta waħda kont bqajt taħtl-influwenza ħażina tagħha. Waħdamill-akbar problemi kienetis-sess — u mhux ovvja jekk danis-suġġett aħnal-Maltin għadnas’issa nqisuh tabù? ’Qas nilħqu naħxu u ninħabbu, ninħabbu u naħxu li ma kontx tarani nwaddabil-lożor ġol-magnatal-ħasil u lilifix-shower . Minbarra dan kelli wkoll disforja kbira imma ma kellix idea kif nindirizzaha ħlief billi nkompli nkun kemxejn stramb ma’ min iħobbni u jrid jifhimni. Lanqas kont għadni naf li hekk kelli, jew li hekk jgħidulha.
Tista’ taqra u tisma’ silta itwal minn Qarn ippubblikata f’dan