
- Kotba · Rebbiegħa 2026
Bur Mgħeż
Omar N’Shea

Bur Mgħeż se jiġi ppubblikat
Fi żmien
Bur Mgħeż għebfil-baħħ . Sparixxa. Kieku ma kinux dawkl-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Ankil-isem sparixxa, u sparixxiet ukollil-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu luramill-mewt ? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawnl-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti.Mill-memorja tal-Imqabbin, fejn mhuwiex sit arkeoloġiku li kellu okkupazzjoni ristretta għal perjodu determinat, imma lokalità ta’ ħafna identitajiet u ismijiet; “ta’ Bur Mgħeż”, “Tal-Isqof ”, “Tan-Naxxari ”, “ta’ Ċetta Pizzi”.Mill-arkivji nazzjonalifl-isptar Santu Spirtu, fejn sibtl-ewwel konferma li la Tagliaferro u lanqas Zammit ma kienu qed iħarrfu. F’dawnl-arkivji , Bur Mgħeż jinqabad jissielet bejnil-portafoll ta’ proprjetajiettal-Isqof ,il-but tal-familja għonja u filantropikaTan-Naxxari ,il-kittieb Alfons Maria Galea u protagonisti oħrajn li b’xi mod jew ieħor sabu mod kif idawru lira minnu. Insibu ’l-Bur Mgħeż ukollfil-minuti tal-laqgħattal-Valletta Museum li fihoml-għar-qabar jitħabbelfir-retorika tal-protezzjonital-wirt kulturali Malti. Insibuh ukollfil-kaxxi tal-Mużewtal-Arkeoloġija ta’ Malta, fejn jistaħbafir-ritratti u bejnil-folji tan-notital-arkeologi Ingliżi Arthur Keith, George Sinclair u Arthur Evans. Hawn lil Bur Mgħeż insibuh kważi mistħi għax jintuża bħala arma kontrad-diskors xjentifiku naïvetal-kolonji f’għajnejnil-professuri tekniċi Brittaniċi.Fl-istess mużew, narawh ukollfil-materjalità assoluta tiegħu,fil-kaxxi mimlijin fuħħar, snien, għadam, ubebbux-buttuni . Imma narawh ukollfir-repożitorji tan-Natural History Museum f’Londra, fejnl-iġsma ttieħdu u ndifnufil-kxaxen tax-xjentisti f’nofsis-seklu għoxrin, meta kien għadu jismul-British Museum of Natural History.
Kien hemm raġuni oħra għaliex dan kien żmien stramb għal Omar. Ommu kienet ilha tgħix