isbn 978-9918-9599-1-4, 144 paġna.
isbn 978-9918-9599-1-4, 144 paġna.
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat
F’nofs ħajjitha, mara titlaq
Irrid ngħallimnit-triq għall-ħelsien. Nerħi minn fuq spallejja għalmal-art sorra ħwejjeġ ma jiġunix u nimxi ’l hemm. Li nsib f’idi filgħodu rrid narah jaħrabli ftit ftit minn bejnis-swaba ’ sa filgħaxija mingħajr tberrin li forsil-għada se jirnexxili naħfen inqas jew xejn.Mix-xejn irrid insawwar festa. Inbattal u nwessa’, niftaħ għall-arja u nnaqqasmit-toqol .Il-ħafif aħjarmit-tqil ,il-wisa ’ aħjarmid-djuq , ħaġa nieqsa tferraħni iktar minn ħaġa żejda għaxit-tbissim ma jimxix id f’idmat-tiġmigħ ul-ħżin . Ma rrid xejn ħliefil-ħelsien minn kollox. Ħielsa m’iniex, ilsira bla ma nafmit-twelid . Iderruni nibla’s-semm tas-servitù sa ma nieqaf intiegħeml-imrar , minn jeddi nitlob għal iktar, nistħajjilni xxurtjata li għandix’nixrob biex naqta’l-għatx . Irrid ngħallimni nobżoqdil-morra , ngħallimni nfittexil-ħlewwa minflok. Irrid inqum u nitlaq. Inqum fuq saqajja u nimxi. Pass pass.
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress huwa