Ittri lil Poeta Żagħżugħa

Jasmine Bajada

Aphroconfuso 9
isbn 978-9918-9599-5-2
160 paġna

It-tnedija se ssir fil-5:30pm, nhar is-Sibt, 7 ta’ Novembru 2026 fis-Sala tal-Qarrejja waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026.

għażiża poeta,
nixtieq inħarbxek hawn
ħa nerġa’ nisma’ kliemek — 

B’dan il-kliem, poeta veterana tibda tikteb lil poeta għadha żagħżugħa. L-ittri-poeżiji tal-poeta matura joħolqu manwal sentimentali tal-kitba billi jinkludu pariri letterarji u kummenti siewja dwar is-sengħa tal‐kitba, u jitkellmu dwar l-għejun tal‐ispirazzjoni: in-natura, il‐kotba, l‐imħabba lejn l-oħra. Hekk kif igerbu l-istaġuni mas-snin, l‐ittri-poeżiji jagħtu xhieda tar‐relazzjoni qatt bierda bejn iż-żewġ nisa poeti. Ittri lil Poeta Żagħżugħa huwa narrattiva poetika li tmiss il‐qalb, kultant anki taqsamha, hekk kif tiskopri xi jfisser li tara u tagħraf il-poeżija fl‐oħra .

Din il-pubblikazzjoni saret bl-appoġġ tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026.

Dekorazzjoni art-nouveau