“lejlet l-erwieħ”

Jasmine Bajada

għażiża poeta,
nhar lejlet l-erwieħ niżel bħan-nida
fuq il-qċaċet ta’ ħsibijieti,
u t-tokk solitarju tas-siegħa daqq
mal-pass sieket tiegħek.
spiss tasal għandi f’xi siegħa bikrija  — 
is-seħer ta’ dil-lejla
m’għandux x’jaqsam
miegħek hawn,
quddiem għajnejja
magħluqa.

           m’hemmx għalfejn mewtek biex tidhirli.

aktar ma jgħaddi ż-żmien
aktar nagħraf li kull tieqa li nbexxaq
qatt ma tingħalaq sew, tissakkar  — 
għall-inqas mhux dawk
li niftaħ fil-ħarifa,
dawk li jagħtu għal ruħi.
la tasal hawn, għalhekk,
insibni nerġa’ nistiednek
b’ħalqi mitbuq  — 
u din l-ombra tiegħek t’ilu
ma tafx x’tagħmel

           għajr li tgħaddi

Dekorazzjoni art-nouveau