Tnejn u sittin sena qajla biżżejjed biex insiru nafu postna
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Awwissu 2026
Kundizzjonijiet ta’ (im)possibbiltà
tal-Biennale ta’ MaltaJekk nibqgħu
mad-definizzjonijiet dominanti, nistgħu ngħidu lifis-snin sittintas-seklu għoxrin, Malta kellha ssir moderna u kontemporanjafl-istess ħin. Kien bejn wieħed u ieħor f’daniż-żmien li pajjiżna beda jindustrijalizza — u b’hekk jimmodernizza — u kien ukoll f’daniż-żmien li f’daqqa waħda, bħala eks kolonjatal-Imperu Ingliż, Malta sabet ruħha bħala stat nazzjon ġdid u żgħirfin-Nofsinhar tal-kontinent Ewropew bħala (kif ta’ spiss ngħidu)l-aħħar fruntiera bejnl-Ewropa ul-Afrika ta’ Fuq. Ħabta u sabta, mingħajr poter ħakkiem li jiddetta u mingħajrl-ebda preċedent ta’ tmexxija indipendenti, pajjiżna kellu jifhem waħdu kif kellhom jiġu nnegozjati u fformulati mhux biss relazzjonijiet diplomatiċi u ekonomiċimal-bqija tad-dinja, iżda wkoll sens ta’ identità nazzjonali. Minn daniż-żmien ’l hawn, segwejna traġitti ta’ żviluppi ekonomiċi, politiċi, kulturali u soċjali bbażati fuqil-fdal ta’ żmienl-Ingliżi u mudellital-Punent , li ma kinux iddisinjati għalina u li ħafna drabi batejna taħthom. Nistgħu ngħidu lil-biennale wasal Malta tard wisq mhux minħabbal-fatt lil-ewwel wieħed ġie organizzat madwar tletin sena waral-boom tal-biennali, imma minħabbal-fatt li adottajniehbil-forma fqira u eżawrita li wasal fiha, u minnufih ippreżentajnieh bħala prodott turistiku ieħor.Fil-fatt ,is-sit onlinetal-ewwel Biennale (li sadanittant ġie aġġornat u m’għadux jista’ jiġi aċċessat), kien jinqara ħafna bħala riklam għat-turisti li jwiegħed vjaġġ xemxi lejn “ġawhra moħbijafil-qalba tal-Mediterran” — inklużi stampi attraenti u klixè ta’ baħar leqqien u rħula pittoreski — fl-istess ħin lifl-istqarrija tagħha ppubblikata fuql-istess sit,il-kuratur esprimietit-tama li tiġi diżattivata [“to defuse”]l-immaġni tal-kartolinital-Mediterran u li dan ikun biennale kontrat-turiżmu estrattiv. -
- Awwissu 2026
Għajn Gaddi
Jien rieqed, imma ruħi tisgħar.
Leħen il-maħbub! Qed iħabbat!
“Iftaħli ħija, maħbub tiegħi,
rasi kollha nida, xagħri għasra!”
Il-maħbub daħħal idu f’xaqq il-bieb
u ġewwinija triegħdu minħabba fih.
Ruħi ħarġet xħin kellimni.
Qomt niftaħlu lill-maħbub
u jdejja qattru bil-mirra,
subgħajja bil-balzmu safi
fuq il-maqbad tal-lukkett.
Ftaħt jien lill-maħbub,
iżda kien dar u telaq.
Ma laħħaqtx miegħu, ħafif wisq.
Jien rieqed, imma ruħi tisgħar.
Leħen il-maħbub! Qed iħabbat!
“Iftaħli ħija, maħbub tiegħi,
rasi kollha nida, xagħri għasra!”
Il-maħbub daħħal idu f’xaqq il-bieb
u ġewwinija triegħdu minħabba fih.
Ruħi ħarġet xħin kellimni.
Qomt niftaħlu lill-maħbub
u jdejja qattru bil-mirra,
subgħajja bil-balzmu safi
fuq il-maqbad tal-lukkett.
Ftaħt jien lill-maħbub,
iżda kien dar u telaq.
Ma laħħaqtx miegħu, ħafif wisq.
Jien rieqed, imma ruħi tisgħar.
Leħen il-maħbub! Qed iħabbat!
“Iftaħli ħija, maħbub tiegħi,
rasi kollha nida, xagħri għasra!”
Il-maħbub daħħal idu f’xaqq il-bieb
u ġewwinija triegħdu minħabba fih.
Ruħi ħarġet xħin kellimni.
Qomt niftaħlu lill-maħbub
u jdejja qattru bil-mirra,
subgħajja bil-balzmu safi
fuq il-maqbad tal-lukkett.
Ftaħt jien lill-maħbub,
iżda kien dar u telaq.
Ma laħħaqtx miegħu, ħafif wisq. -
- Awwissu 2026
Invokazzjonijiet #46
is-sitta u erbgħin
Aphroconfuso,
inwaqqaf il-mediċina
ħa nikteb il-poeżija
notorja l-glorja
nieħu xagħri b’idi
nqasqas addoċċ.
is-sbul fis-sink
Aphroconfuso,
inwaqqaf il-mediċina
ħa nikteb il-poeżija
notorja l-glorja
nieħu xagħri b’idi
nqasqas addoċċ.
is-sbul fis-sink
Aphroconfuso,
inwaqqaf il-mediċina
ħa nikteb il-poeżija
notorja l-glorja
nieħu xagħri b’idi
nqasqas addoċċ.
is-sbul fis-sink
Aphroconfuso,
inwaqqaf il-mediċina
ħa nikteb il-poeżija
notorja l-glorja
nieħu xagħri b’idi
nqasqas addoċċ.
is-sbul fis-sink -
- Awwissu 2026
Invokazzjonijiet #47
is-seba’ u erbgħin
Aphroconfuso
neżorċizza rasi
taħt il-vit. l-ilma
li jmelles il-qilla
taħt il-ġilda —
jiskonġra l-gidma
taċ-ċikonja taħt
il-qurriegħa
Aphroconfuso
neżorċizza rasi
taħt il-vit. l-ilma
li jmelles il-qilla
taħt il-ġilda —
jiskonġra l-gidma
taċ-ċikonja taħt
il-qurriegħa
Aphroconfuso
neżorċizza rasi
taħt il-vit. l-ilma
li jmelles il-qilla
taħt il-ġilda —
jiskonġra l-gidma
taċ-ċikonja taħt
il-qurriegħa -
- Awwissu 2026
Invokazzjonijiet #48
it-tmienja u erbgħin
il-poeżija dimonja
tifhimha wara li
tiktibha: meħuda
minn dagħdigħa fis-selvaġġ
nirien f’laħam aphroconfusek
’mniegħel bżiebeż u x’naf jien
ma tafx f’waqtha
x’ħakmek bħal meta
timrad wara ssir taf
x’semm baqbqek
tħalliha trid id-dnewwa
bis-sewwa u bla rażan
tfaħħax il-friegħen ġa
mgħaddba f’uħuxek
tferżen ġo għommtok
tiddikodja ’l omm korlok
tiddrillja biex tiddilirja
għafrit ixxajtnek
karunja tiskunġrak
il-poeżija dimonja
tifhimha wara li
tiktibha: meħuda
minn dagħdigħa fis-selvaġġ
nirien f’laħam aphroconfusek
’mniegħel bżiebeż u x’naf jien
ma tafx f’waqtha
x’ħakmek bħal meta
timrad wara ssir taf
x’semm baqbqek
tħalliha trid id-dnewwa
bis-sewwa u bla rażan
tfaħħax il-friegħen ġa
mgħaddba f’uħuxek
tferżen ġo għommtok
tiddikodja ’l omm korlok
tiddrillja biex tiddilirja
għafrit ixxajtnek
karunja tiskunġrak
il-poeżija dimonja
tifhimha wara li
tiktibha: meħuda
minn dagħdigħa fis-selvaġġ
nirien f’laħam aphroconfusek
’mniegħel bżiebeż u x’naf jien
ma tafx f’waqtha
x’ħakmek bħal meta
timrad wara ssir taf
x’semm baqbqek
tħalliha trid id-dnewwa
bis-sewwa u bla rażan
tfaħħax il-friegħen ġa
mgħaddba f’uħuxek
tferżen ġo għommtok
tiddikodja ’l omm korlok
tiddrillja biex tiddilirja
għafrit ixxajtnek
karunja tiskunġrak -
- Awwissu 2026
f’awwissu tixref xemx stranġiera
mad-dalma tal-widien ninżlu max-xifer nistkennu,
inkejjuża x-xemx t’awwissu tixxennaq u
titbewwes mal-irjieħ kajmana u mitluqa,
leblieba kontinwa li titħeġġeġ mill-kisra ħadranija t’għajnejk
u l-mistħija li taf tagħraf tistrieħ stenduta
fil-fond ta’ driegħek magħqud benniena.
f’għamliet dehbija tal-qamar nilmaħ xbihatek;
induqu ċ-ċafċif mielaħ iqattar fuq truf ilsienna
mitlufa f’estasi b e r r i e n a ta’ qlub minsija mill-kuraġġ.
ħallihom jixirfu l-għerejjex imgerrxa, jintilfu
a-r-m-o-n-i-j-a a-l-l-e-g-r-u-ż-a jitbewġu taħt il-jiem
bikrija ta’ ħarifa fejn ix-xemx taqa’ zoptu u
biex il-lejl ifittex idallam. Iżda l-ebda ħjiel
telepatiku mhu kapaċi jfeġġ rebbieħ kontra l-ħeġġa
estranea li titgħannaq mal-ġejjieni
kif il-kenn ta’ fommok ma jfittex li jostor qatt.
mad-dalma tal-widien ninżlu max-xifer nistkennu,
inkejjuża x-xemx t’awwissu tixxennaq u
titbewwes mal-irjieħ kajmana u mitluqa,
leblieba kontinwa li titħeġġeġ mill-kisra ħadranija t’għajnejk
u l-mistħija li taf tagħraf tistrieħ stenduta
fil-fond ta’ driegħek magħqud benniena.
f’għamliet dehbija tal-qamar nilmaħ xbihatek;
induqu ċ-ċafċif mielaħ iqattar fuq truf ilsienna
mitlufa f’estasi b e r r i e n a ta’ qlub minsija mill-kuraġġ.
ħallihom jixirfu l-għerejjex imgerrxa, jintilfu
a-r-m-o-n-i-j-a a-l-l-e-g-r-u-ż-a jitbewġu taħt il-jiem
bikrija ta’ ħarifa fejn ix-xemx taqa’ zoptu u
biex il-lejl ifittex idallam. Iżda l-ebda ħjiel
telepatiku mhu kapaċi jfeġġ rebbieħ kontra l-ħeġġa
estranea li titgħannaq mal-ġejjieni
kif il-kenn ta’ fommok ma jfittex li jostor qatt.