Ħaġa ironika li
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Novembru 2025
Minn Ħarstek Twila sa Boffa
Bil-mod ma soqtx.
X’seta ’ ġara? Qaleb għall-agħar jew miet imma ma qaltlix li miet… mela forsi qaleb għall-agħar imma għadu ħaj.L-aqwa li għadu ħaj. Stramba kifil-verità tkun spelluta quddiemek,mal-windscreen ,fit-triq ,ġos-sema , u int tibqa’ ma tarahiex. Tlaqtbil-melħ tal-baħar. Ħadthielu Boffar-riħa tal-baħar għadha mwaħħla miegħi. Kien iħobbul-baħar missieri, speċjalment meta jkun imqalleb.Il-gost tiegħul-iktar grigalata feroċi. Meta konna noqogħduTas-Sliema kien jinżel Għarid-Dud u jmur jisfidal-baħar . Joqrob viċin tiegħu kemm jista’ u joqgħod iħares lejh mibluh bħal tifel żgħir minnmal-ħajt ta’ xi dar viċin, fi triq baħħ li tifirdu minn dakil-mostru feroċi. Nistħajlu sejjer jipprova jimmansah u meta ma jkunx jista’ joqrob iktar viċin jieqaf jisimgħu jsabbat u jiżvoga. Niftakar ċaril-grigalata li kienet għamletfit-8 ta’ Diċembrutal-1989 . Dakinhar kienu waslul-President tal-Amerka George Bush ul-Kap tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev għas-Summit li kellu jtemmil-Gwerra l-Bierda.Il-Kunċizzjoni , vaganza u għalina ġurnata ta’ gost għax dakinhar konna narmawis-siġra tal-Milied u nibdew inżejnu. U waqt li qed inżejnu, nisimgħul-innijiet Natalizjital-kor ta’ Ray Conniff fuql-LP , ommi taħmir-rock cakes u tixrobil-kafè u Bush u Gorbachev jiffirmawil-ftehim , missieri niżel waħdu Għarid-Dud , iżommmal-ħitan biexir-riħ ma jwaqqgħux sakemm wasal fejn seta’ jitpaxxa b’dakil-baħar perikoluż u splendidu. -
- Novembru 2025
Għalhekk Qed Nivvjaġġa
bil-Mod #25310
Qegħdin tard, suppost salpajna
fl-erbgħa neqsin kwart, immafl-erbgħa għadhom qed jgħajtulna biex nibdew nimbarkaw.L-organizzazzjoni tat-terminal malajr tispiċċafix-xejn meta nitilgħu abbordil-vapur mill-istess post flimkienmal-karozzi .Il-lift bl-ittra ‘E’ — li skont ma jgħidil-boarding pass suppost nieħu biex nitla’ fuqmill-garaxx — bil-ħsara, u nimxi ftit ieħor ’il ġewwa biex nieħul-lift ‘D’. Nirrifjuta li nitla’t-taraġ u jinġema’ kju twil b’min jonfoħ u min jiffrustra ruħu.It-terminal kalm u trankwill ma tantx serva ta’ preludju veritier, imma nżomm ftittal-paċenzja għax dinid-darba nafx’għandi nfittex — il-5310. Kabina numru ħamest elef, tliet mija u għaxra, fuq gverta numru ħamsa.Il-kabini għadhom mhux lesti,il-cleaners nisa għadhom qed inaddfu, bramel u moppijiet kullimkien, b’sinjali li jimblukkaw kuritur ’l hemm u kuritur ’l hawn. Tinġema’ folla, ħadd ma jaf fejn jaqbad imur, ul-housekeeper tarma tgħajjat. Għal kull mistoqsija, tgħajjat iktar għax qed intellfuha. Għal mument napprezza u nifhem għalal-GNV minn Palermo għal Genova ġegħluna nevakwawil-kabina sagħtejn qabel ma ankrajna.Il-kjass ul-paniku li spiċċajna bih dakinhar, hawn qed nibdew bih. Nistgħu noqogħdu bissfiż-żoni komuni, u wieħedmill-uniċi żewġ liftijiet li hawn abbord fuqil-vapur ma jaħdimx. Kulħadd igerger u jiffrustra ruħu iktar, bħallikieku m’hawnx diġà biżżejjed. Ma tantx għandi għażla, insib sufanfil-ġenb u nitqanna’bil-bagalja ul-basktijiet kollha maġenbi. Aktar kemm għandi seba’ mitt sena biex neħles minnhomfil-kabina ! Nixtieq indur u nagħqad b’idi ħafifa, nixtieq noħroġ fuq barra biex insegwit-tluq u nsellemil-wesgħat ħodor ul-fanal tal-park ta’ Hoe li jsawrul-port ta’ Plymouth. Minflok, nipprova nħares ’il barra minn tieqa mtappnabil-melħ ,bix-xemx iddejjaqni tisreġ u b’balla basktijiettal-plastik tal-passiġġieril-oħra madwari. -
- Novembru 2025
Invokazzjonijiet #18
it-tmintax
Aphroconfuso
fuq tal-linja qabel il-midfna
l-iskrin tal-mobile f’idek
relikwarju tar-reħja fija
u tal-waqfa li jmiss:
fatati, il-ħamrun
Aphroconfuso
fuq tal-linja qabel il-midfna
l-iskrin tal-mobile f’idek
relikwarju tar-reħja fija
u tal-waqfa li jmiss:
fatati, il-ħamrun
Aphroconfuso
fuq tal-linja qabel il-midfna
l-iskrin tal-mobile f’idek
relikwarju tar-reħja fija
u tal-waqfa li jmiss:
fatati, il-ħamrun -
- Novembru 2025
Invokazzjonijiet #19
id-dsatax
Aphroconfuso,
sibt ruħek reffiegħ
pellegrin fil-kripta
ta’ aphroconfuso
ġos-sarkofagu.
sa fl-aħħar il-pjaċir
li ngħix ta’ mumja
inkella ġebla umda
Aphroconfuso,
sibt ruħek reffiegħ
pellegrin fil-kripta
ta’ aphroconfuso
ġos-sarkofagu.
sa fl-aħħar il-pjaċir
li ngħix ta’ mumja
inkella ġebla umda
Aphroconfuso,
sibt ruħek reffiegħ
pellegrin fil-kripta
ta’ aphroconfuso
ġos-sarkofagu.
sa fl-aħħar il-pjaċir
li ngħix ta’ mumja
inkella ġebla umda -
- Novembru 2025
Invokazzjonijiet #20
l-għoxrin
Aphroconfuso,
din mhijiex il-ħajja li ridt ngħix
Aphroconfuso, qed tismagħni?
għala għajni min qed jaqrani.
se niġġennen iridu jordmuni
bogħod minn għadmi għax
rawni ħafja u qalu ftit li xejn
xiddejt il-qorq li jilbsu huma.
kollhom feriti veru imma,
Aphroconfuso, għidli. mhux
saqajn bħal tagħhom għandi?
Aphroconfuso,
din mhijiex il-ħajja li ridt ngħix
Aphroconfuso, qed tismagħni?
għala għajni min qed jaqrani.
se niġġennen iridu jordmuni
bogħod minn għadmi għax
rawni ħafja u qalu ftit li xejn
xiddejt il-qorq li jilbsu huma.
kollhom feriti veru imma,
Aphroconfuso, għidli. mhux
saqajn bħal tagħhom għandi? -
- Novembru 2025
Invokazzjonijiet #21
il-wieħed u għoxrin
Aphroconfuso,
nibda l-mixja fi triq brighella
ninsa triq il-qalb imqaddsa —
wiċċi wiċċ l-addolorata.
niżbokka fuq il-pont
sultana tal-mewt.
ħajrana għal difna
taħt il-mina sparata.
dwejjaq kif fil-kċina
niftaħ għajnejja
Aphroconfuso,
nibda l-mixja fi triq brighella
ninsa triq il-qalb imqaddsa —
wiċċi wiċċ l-addolorata.
niżbokka fuq il-pont
sultana tal-mewt.
ħajrana għal difna
taħt il-mina sparata.
dwejjaq kif fil-kċina
niftaħ għajnejja
Abbona