Siġra bil-Frott

Nathan Anthony Pace

wara Fruit Tree ta’ Harold Ancart

haw’ siġra ħabel ħajt niexef
il-friegħi kixfa tittewweb
għal-luq ileqq jismen bis-sekondi
jitbewwaq il-frott arbulat sforz il-gravità qed tiżganga

ir-regoli tas-soltu nxejħuhom
għax stajt ma kontx haw’
ħarsti tixxabbat minn fuq spalltek
sebgħi jinstaram fit-trofof għax ma jafx mod ieħor
għalfej’ aħmar nukleari t-tuffieħ?
għalfej’ iswed straġi s-sema?
fej’ naf?

Din il-poeżija hija reazzjoni għal Fruit Tree ta’ Harold Ancart f’wirja dwar Milton Avery u l-influwenza tiegħu fuq artisti kontemporanji.

Dekorazzjoni art-nouveau