Kif jixhed ismu,
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Marzu 2026
Distanzi Twal
L-esklussività
tad-dinja tal-baħar fissret solitudni aktar intensa, u aktar kemm ikun fond aktar tintensifika.Il-baħar baxx,il-qiegħ tista’ tmissu b’saqajk speċjalmentfil-bidu ta’ xi bajja, jistiedenlin-nies , jagħmlu aktar aċċessibbli, kważi kważi anki jekk ma tafx tgħum. Għandu element ta’ frivolità, huwa parti minn bajja, jistiedenil-logħob bil-ballun, taf ukoll li tista’ ddawwar denbek xħin trid u ssib ruħek fuql-art , soda. Saħansitra tista’ tieħur-ritratti bil-mobile mingħajr ma xxarrbu għax tista’ ma tintelaqx fih.Ix-xemx tibqa’ għaddejjasal-qiegħ ,il-baħar jinħass aktar ċar, jibqa’ trasparenti, u fih m’hemmx wisq fejn tistaħba. Lanqas tista’ timmaġinax’hemm taħtek, kollox mikxuf. Ma jħallilekx misteru. Lanqas biża’.Il-baħar fond, imbagħad, jippermettil-ikħal jintensifika, u jilgħabil-logħba ta’ kuluri differenti bejn saff u ieħor. Iċekknek, u maċ-ċkunija tiżdiedil-vulnerabbiltà .Fil-baħar fond, ċkejken, b’malja, goggles u arloġġ, tmur lura għal sens ta’ primittività. Kważi nud, kważi b’xejn.Il-mobile tħallih warajk.Il-kuntatt jinqatagħlek. Titgħaddasfl-ilma , issir parti minnu, issir suġġett għall-elementi, imqar żiffa taffettwak.Il-baħar , daqskemm żaqqu ratba, af xi drabi jrid jimlieha. Immadal-ħsieb jibdell-għawm f’logħba ta’ nkejja miegħu, ufl-istess ħin rispett. Meta titgħaddas fih trid iċċedi lilek innifsek għalih. Jekk jinqala’ intopp mhux se ċċempel; ma tistax iġġib taxi jekk tegħja, lanqas tista’ tordna flixkun ilma jekk jaqbdekl-għatx . Jerġa’ kif tkun, orizzontali flok vertikali, kważi ma tista’ ġġorr xejn miegħek. Sa ħwejġek li kont liebes qabel inżilt isiru vulnerabbli. Tħallihom warajk fuqix-xatt , lil hinn minnek. La tmur lura taf ma ssibhomx.Fil-baħar , inti u hu biss. -
- Marzu 2026
Opportunità Mitlufa
Ġieni ħsieb. Idea meskina, krudili. Xi nies forsi saħansitra jemmnu li kien ħsieb frott
ix-xitan . Ma nafx, għax ma nemminx. Idi marret fuqis-seatbelt tiegħi.Is-seba ’l-boċċu fuqil-buttuna l-ħamra. Ħarist ’l isfel. Buttuna ħamra, kbira. ’Qas naf kemm-il darba għafastha biex noħroġmill-karozza . Min jaf intirx minnġol-windscreen bħaltal-films ? Tgħid veru hekk jiġri? Ridt nagħfasha imma subgħajja ma ridux jobdu. Bżajt. Ridt immut, xtaqt nispiċċa. Imma ma kellix biżżejjed kuraġġ. Ġietni opportunitàtad-deheb . Li mewti ma tkunx suwiċidju, iżda omiċidju minn dikil-mara li poġġietni fi stat mentali li rrid intemm ħajti. Tgħid nimliehal-knisja fil-funeral? Naħseb li iva. Naħdemfil-politika , ul-politikanti jħobbu jidhru. Imma trid tkun knisja żgħira, bħal ta’ Ħal Balzan, pereżempju. Fejn iżżewwiġna. Però qabelil-ħajt tas-sejjieħ hemmil-bankina . Bankina pjuttost għolja. Mhux biżżejjed biex twaqqafil-karozza , imma biżżejjed biex tnaqqasil-veloċità . Ma kontx żgur li kien se jirnexxili. Ma rridx nispiċċa meqrudl-isptar . Jew mewt jew xejn. Tgħid għalhekk subgħajja ma ridux jiċċaqalqu, għax kienu jafu lil-karozza miexjabil-mod wisq? -
- Marzu 2026
Invokazzjonijiet #31
il-wieħed u tletin
Aphroconfuso
ninvokak b’laħmek abjad sa ma
nċarratlek it-tnabar lazzru tiegħi
nidħaq narak se taqa’ fil-faxxa.
ma tafx li ħbatt ma’ blata liebsa
ġagaga? iss’ejja ħa norbothielek
u int orbotli l-qfieli għax l-iljieli
pazjenti mkittfa f’das-sanatorju
Aphroconfuso
ninvokak b’laħmek abjad sa ma
nċarratlek it-tnabar lazzru tiegħi
nidħaq narak se taqa’ fil-faxxa.
ma tafx li ħbatt ma’ blata liebsa
ġagaga? iss’ejja ħa norbothielek
u int orbotli l-qfieli għax l-iljieli
pazjenti mkittfa f’das-sanatorju
Aphroconfuso
ninvokak b’laħmek abjad sa ma
nċarratlek it-tnabar lazzru tiegħi
nidħaq narak se taqa’ fil-faxxa.
ma tafx li ħbatt ma’ blata liebsa
ġagaga? iss’ejja ħa norbothielek
u int orbotli l-qfieli għax l-iljieli
pazjenti mkittfa f’das-sanatorju
Aphroconfuso
ninvokak b’laħmek abjad sa ma
nċarratlek it-tnabar lazzru tiegħi
nidħaq narak se taqa’ fil-faxxa.
ma tafx li ħbatt ma’ blata liebsa
ġagaga? iss’ejja ħa norbothielek
u int orbotli l-qfieli għax l-iljieli
pazjenti mkittfa f’das-sanatorju
Aphroconfuso
ninvokak b’laħmek abjad sa ma
nċarratlek it-tnabar lazzru tiegħi
nidħaq narak se taqa’ fil-faxxa.
ma tafx li ħbatt ma’ blata liebsa
ġagaga? iss’ejja ħa norbothielek
u int orbotli l-qfieli għax l-iljieli
pazjenti mkittfa f’das-sanatorju -
- Marzu 2026
Invokazzjonijiet #32
it-tnejn u tletin
Aphroconfuso
ħallini nkun ommok ħa nberred in-nirien
inkeċċi r-rwiefen pietà li twaqqaf qliel ta’
xita ġewwa fik dan il-mostru li għejjiek
ħalli f’idi l-versi li qed ikidduk u jirbħuk
tini wiċċek aphroconfuso ħa ndewwi
l-aċċjomu ħa nbus il-feriti nagħlaq
l-apokalissi ntelaq fuq din l-irħama
karrara fuq din l-omm koetanja intelaq
bħal rużar fuq dan il-lużar ibni kif int
mifluġ — imdemmi narak issir demmi -
- Marzu 2026
Invokazzjonijiet #33
it-tlieta u tletin
Aphroconfuso
għax jien inħobbok kif int u kif
emmini ma nafx imma kultant
j’tini li nċarratlek sidrek nonfoħ
f’pulmunek u nimliehulek b’riħet
iċ-ċitru u ċ-ċedru flok bl-ispirtu
hekk naf li għada tisbaħ iżjed int
milli int — taħsad fija l-bekkamort
Aphroconfuso
għax jien inħobbok kif int u kif
emmini ma nafx imma kultant
j’tini li nċarratlek sidrek nonfoħ
f’pulmunek u nimliehulek b’riħet
iċ-ċitru u ċ-ċedru flok bl-ispirtu
hekk naf li għada tisbaħ iżjed int
milli int — taħsad fija l-bekkamort -
- Marzu 2026
Niket
fil-Franka Nistenniek ħdejn il-blu li ħallejt warajk
Niktiblek ittri bit-tama li jħaffuk tiġi lura
Nittrattjeni milli nuża l-kelma darek, għax hawnhekk mhux darek
Hawnhekk fejn bkejna, għannaqna ’l xulxin, dħakna, xrobna kemm flaħna, ħbatna bil-karozza, argumentajna
Hawnhekk fejn ippruvajna nisriqu x-xemx mis-sema għax mingħalina li nistgħu
Nistenniek ix-Xemxija
Il-ħoss sakranazz tal-mewġ labra tniggiżni
Naf li hawn qatt mhu se jkun darek
4
l-epitaffju fuq il-lapida tiegħek ittra ta’ mħabba
il-kliem miktub bl-ewwel lingwa tiegħek
Lingwa li nixxet mill-barrieri għall-bajjiet tal-madwar
Ir-residju jikkanċella l-ideat ta’ nazzjon
Tiddendel bejn identitajiet distinti
Imxennaq biex tkun Malti, imma lest li taħarbu
5
Il-Baħar Mediterran jieqaf
isikket il-kurrent
Ir-riħ baga f’wiċċ l-ilma
Jfarfar ir-rifless mis-swar tal-Belt
Jaqbad it-trab tal-franka
Jġorrok għall-aħħar post ta’ mistrieħ
fl-urna -
- Marzu 2026
Siġra
bil-Frott haw’ siġra ħabel ħajt niexef
il-friegħi kixfa tittewweb
għal-luq ileqq jismen bis-sekondi
jitbewwaq il-frott arbulat sforz il-gravità qed tiżganga
ir-regoli tas-soltu nxejħuhom
għax stajt ma kontx haw’
ħarsti tixxabbat minn fuq spalltek
sebgħi jinstaram fit-trofof għax ma jafx mod ieħor
għalfej’ aħmar nukleari t-tuffieħ?
għalfej’ iswed straġi s-sema?
fej’ naf? -
- Marzu 2026
Murmurazzjoni #1
Anatomija ta’ Ħadd Minnhom
Fit-tiftixa għal kulma hu sħiħ, meta jasal
il-Ħadd , nipprova nagħmel tabirruħi li huwa mwaħħadmal-bqija tal-ġimgħa. Nipprovamill-aħjar li nista’ sabiex nifhmu bħala ħaġa sħiħa. Seta’ kienit-Tnejn jewl-Erbgħa jew mankil-Ġimgħa jewis-Sibt , xemx titla’ u xemx tinżel u tibda ġimgħa ġdida. Immas’issa qatt ma rnexxieli. Ud-dispjaċir li nħoss fi tmiemil-ġimgħa jibqa’ distint u b’saħħtu daqs ċanfira li min jaqlagħha jemmen fihabis-sħiħ . Danl-awtodisprezz naqsmu ma’ ħaddieda oħra bħali, imma aktar ma naf li hemm minna aktar inħossni iżolat. Ul-Ħadd dejjem jiġbidna ’l isfel lejnl-għażż biex iktar jinki. Imma jien dejjem mixgħul. Għajnejja rvinatimid-dija tal-ikkaldjar, ma bqajt narad-dawl imkien ħlief f’xogħli. Għalijax-xemx setgħet kienetil-qamar .