“Spiss inkun miexi
Din hija l-kitba ppubblikata dax-xahar:
-
- Lulju 2026
Ir-Ramla
tal-Mixquqa Jekk nitlobha u b’rasha iebsa turini li m’għandhiex pjaċir biha, kont inħossha daqs daqqa ta’ ponn li tħalli tbenġila eterna. Niġi bħal zijieti li
bit-tbenġil fuqhom ma resqux aktar ’l hemm, fejnbil-malja biss li trid taħbi jixref ’il barra. U hemm ma ridtx nitilfu. Għalhekk, għamilt wiċċi ma’ missieri u staqsieha hu. Irraġunajt ukoll li jekk nistaqsiha jien ilsieni jaf jeħilli u nħossni weħilt ma’ blata ul-mewġ jibda jirbaħni aktar milli jbenġilni, waqt li jekk tgħid le lil missieri nkun bħal rajt blata titrembelmill-bogħod u sa meta tasal ħdejja nkun ilħaqt warrabt. Imma dinil-mara rasha iebsa, la benġlitni u lanqas ħallietil-mewġ jirbaħni. Minflok, qalet iva lil missieri, u fakkritu biex meta jkun ’il hemm jgħaddi. Kulma kelli nagħmel inċemplilha. -
- Lulju 2026
Invokazzjonijiet #43
it-tlieta u erbgħin
Aphroconfuso
l-qatgħa fil-laħam li twarrad
ħarir aħmar salm stedina għal
gżira griega jew il-mistoqsija
gulija li ħelu bgħatt ma’ oħti
sitt snin wara. inwieġeb
iva mela. għax issa jien
vokali korali forsi lokali
iżda mhux morali. arani
nbus il-mera mara bathsheba
billie jean lil omm dal-versi
u ’l missierhom li
qalbi. iva int kont -
- Lulju 2026
Invokazzjonijiet #44
l-erbgħa u erbgħin
Aphroconfuso,
aphroconfuso m’intix meta
mħabbel fi dliel Aphrodite
wardiet wiċċek anemoni
jsammruni bħal’omofoni
mhux meta tinħela f’ċingjal
ġlied ta’ Adonis li int —
issa, għidli ftit,
meta se mmorru
san-National Gallery? -
- Lulju 2026
Invokazzjonijiet #45
il-ħamsa u erbgħin
Aphroconfuso
għand il-barbier
ir-riħa tal-irġiel
ix-xafra li ħelu
ddur mal-menti
t-terra li f’idejja
ġġibek tarbija
Aphroconfuso
għand il-barbier
ir-riħa tal-irġiel
ix-xafra li ħelu
ddur mal-menti
t-terra li f’idejja
ġġibek tarbija -
- Poddata
Tnedija ta’ Bur Mgħeż
ma’ , ,
« Nassoċja dawn
il-postijiet mal-istejjertan-nies ,mal-attivitajiet tan-nies, u bdejna nisimgħu dawnl-istejjer fuqil-barriera stess. Waqtl-okkupazzjoni tal-militar Ingliż f’dinil-barriera kien ukoll qed isirix-xogħol tas-sess. Allura ħafnamit-tfal tal-lokal kienu jiġu mbeżżgħa biex ma jmorrux ’l hemmhekk u bdew jinbtu ħafna stejjer dwarl-erwieħ illi jinstemgħu jgħajtu billejl. Kulħadd għandu dawnl-assoċjazzjonijiet vera koroh u vera negattivimal-post . Però mbagħad ovvjament bdejna nisimgħul-istejjer ta’ min jgħidilna li splodiet bomba, li speċi waqtil-gwerra tefgħu bomba. U ta’ min jgħidilna, le, isma’, hemmhekk kien jintuża bħala bomb dump u waħdamill-bombi kienet ħaditilhom. Allura kelli ħafna mistoqsijiet. Ubil-mixi fiżikufil-pajsaġġ kif ukollbil-mixi tar-riċerka bdejt nipprova nsolvi dawnil-mistoqsijiet . Ċerti affarijietfil-fatt baqgħu misteri kważisal-aħħar minuta ufil-verżjonijiet li huma ppubblikati online kien għad ma kellniex ċerti indizzji li ġew wara, u li issa qegħdinfil-ktieb . »