Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm #2

Forma numru wieħed

Kris Polidano

  • Statwa ta' persuna mimduda mal-art, qed iżżomm moħħa.
    Paul Scerri, “Past” (2024), ġebla, glazes u ċeramiki. Ritratt: Brian Grech.

Fuq ix-xaqliba
tal-Lvant tal-Qala,
idi qiegħda
taħt geddumi

fuq sodda kważi franka
moħħi
jnixxi
l-ħaxix
iraxxex
maż-żifna
tar-riħ

is-swaba’ ta’ saqajja
jniżżlu għonqhom
u driegħi jistrieħ
ma’ abti

u qalbi tħabbat
mal-mota
ta’ San Kerrew

Dekorazzjoni art-nouveau