Kotba stampati ppubblikati minn Aphroconfuso
-
- Marzu 2025
Qarn
Qarn huwa memoir ta’ transizzjoni, esej ta’ protesta, manifest poetiku, strateġija utopika, ittra ta’ mħabba. Romeo Roxman Gatt jiġi lura Malta għal żjara qasira, iżda aħbar ħażina ma tħallihx jitlaq lura Londra. Minflok, jibda vjaġġ ferm aktar impenjattiv, wieħed li minn dejjem kien jaf li xi darba għad ikollu jagħmel. Qarn huwa
l-istorja tar-ritorn tiegħu lejnid-dar ,il-lingwa ul-familja tiegħu, li jsir ukollir-ritorn lejh innifsu. -
- Ottubru 2024
Antoloġija 1
Antoloġija 1 hija
l-ewwel pubblikazzjoni stampata ta’ Aphroconfuso u tiġbor fihal-biċċa l-kbiratal-kitba li dehretfl-ewwel senatal-ġurnal . Dinil-ġabra tinkludi esejs, stejjer, poeżiji, djarji, xogħol kollaborattiv u kitba oħra li mhux faċli tikklassifikaha. B’kollox tinkludi 34 xogħol minn 24 kittieb: Aaron Aquilina, Karl Baldacchino, Simon Bartolo, Warren Bartolo, Kurt Borg, Antoine Cassar, Daniel Cossai, Leanne Ellul, Noah Fabri, Ryan Falzon, Charlene Galea, Miriam Galea, Joe Gatt , Romeo Roxman Gatt, Rowena Grech, Jimmy Grima, Davinia Hamilton, OmarN’Shea , Kris Polidano, Matteo Pullicino, Matthew Schembri, Maria Theuma, Leslie Vassallo u Loranne Vella. Joe Gatt u Loranne Vella, edituri.