Meta nirrakkuntaw
Il-Kliem fit-Teorija
lessiku proviżorju ta' termini filosofiċi
-
- 11.03.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ego, superego, id
Dejjem tatni ħafna f’għajni
t-traduzzjoni Ingliża, li tagħmel minn kliem ordinarju kliem eżotiku u ġergu, kliem li tista’ tiċċarġja iktar għalih. Naħseb f’dal-każ id-diffikultà mhux daqstantfl-għażla tal-kliem (għall-inqas “jien” u “superjien”) imma f’kemm humafil-fatt issedimentati “ego”, eċċ. Proprjament, “ego” hijal-unika waħda li hija użata f’kuntest mhux tekniku. Nistgħu nibqgħu nużaw “ego”fis-sens ta’ kuljum, meta xi ħadd ikollu rasu kbira: “Dak kulma jagħmel għall-ego.” -
- 01.03.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
il-politika
tal-kura Sibt diffikultà
bit-traduzzjoni għal “politics of care” bħala “il-politika tal-kura” għaliexil-kelma “kura”bil-Malti hija aktar assoċjatamad-diskors mediku, bħal ngħidu aħna metat-tabib jikkura pazjent.Bit-Taljan meta ngħidu “ħu ħsieb” tiġi tradotta bħala “stammi bene”, waqt lil-frażi “nieħu ħsiebek” tiġi tradotta għal “mi curo di te”. F’danis-sens it-Taljan għandu użu usa’ għall-kunċett “curare” li jistà jfisser kemm “tieħu ħsieb” u kemm “kura”mill-mard .Bil-Malti ma nħossx lil-kelma “kura” hija adatta biex taqbadil-kunċett ta “politics of care”. -
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħu ħsieb
Fid-dinja Ingliża u dik
tal-Punent , “to care” dejjem kienet distinta minn “thought” u “reason”. “Care” assoċjata ma’ emozzjonijiet, irtubijatal-qalb , femminilità — u mhuxil-ħsieb , li dejjem kien meqjus rett, veritier u imparzjali, kif ħafna drabi huwa mfisserfil-Punent . Qisul-Malti ma jagħmilx dinid-distinzjoni radikali bejnil-ħsieb bħala ħsieb astratt u li tieħu ħsieb xi ħadd. -
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
ħarsa/lemħa
M’iniex għalkollox ċert dwar “lemħa” għax għalija din
il-kelma għandha konnotazzjonijiet passivi,fis-sens li tkun qed tiġri xi ħaġa u inti tilmaħha; u mhuxis-sens li inti qed tħares b’mod attiv u intenzjonat lejn xi ħaġa. “Lemaħ” fuq verb.mt qed tiġi tradotta bħala “to catch sight of”.Fil-każ ta’ “the look on his face” ma taħdimx “lemħa” (“il-ħarsa fuq wiċċu”). -
- 24.02.2025
- Il-Kliem fit-Teorija
tpaxxa
Jouissance, kif nafha jien, ma tfissirx biss pjaċir, imma xi ħaġa
fl-estrem , li tista’ wkoll tinkludil-uġigħ us-sofferenza . Jouissance mhix pura, fiha hemml-eċċess , hemmil-mewt , livell ta’ eċitazzjoni li kważi ma tiflaħhiex. Lacan jagħmel distinzjoni bejnil-pjaċir ul-jouissance .Il-pjaċir jobdil-liġi tal-omeostażi li nsibu f’Beyond the Pleasure Principle [Jenseits des Lustprinzips], fejnil-moħħ ifittexl-inqas tensjoni. B’hekk,il-prinċipju tal-pjaċir ipoġġi limitu fuqil-pjaċir .Min-naħa l-oħra,il-jouissance tikser dinil-liġi u hi “beyond the pleasure principle” u iktar tallinja ruħhamad-death drive [Todestrieb]. -
- 05.06.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
abjad
Sibt diffikultà nuża
l-kliem “raġel abjad” biex ngħid “white male”bil-Malti .Bl-Ingliż , meta jintużadal-kliem , dejjem hemmis-sens ta’ deskrizzjoni legali/ġuridika jew deskrizzjonijiet ta’ suspettati u kriminalifil-gazzetti ul-films; u allural-kritika mibnija ġewwat-terminu minnu nnifsu diġà.Bil-Malti m’hemmx dikl-użanza li “raġel abjad” hija kollokazzjoni li ġġorr danis-sinifikat . Meta użajtha, ħassejt li tlift ftit minn dak li kont qed nipprova ngħid.L-istess għall-kliem assoċjat, eżempju “suġġett abjad”, “suġġett abjadtal-Punent ”, “privileġġ abjad” jewl-iktar xieraq “vantaġġ abjad”. -
- 27.05.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
alterità
Ngħid għalija, meta nagħżel li nuża
l-kelma “alterità”, nużaha biex nirreferi għat-tip ta’ “ieħor” li jikteb dwaru Levinas.L-alterità tal-Ieħor m’għandhiexx’taqsam ma’ meta ngħidu li xi ħadd ġie othered, ċjoè meqjus inferjuri, eskluż miċ-ċentrutan-normalità , abjected (din tkun kelma oħra ta’ min ningaġġaw magħha). Kif nifhmu jien, għal Levinas,l-alterità tal-Ieħor hija dikil-kwalità (anzi, hija nonkwalità, għax ma tinqabadx f’kategoriji) li lili twaqqafni milli nirreduċilill-Ieħor għal sameness. (La qegħdin fiha, sameness kif tiġibil-Malti ? “Identiċità”? “Stessiżmu”? Hekk issuġġerew xi wħud fuqil-grupp Kelmetil-Malti fuq Facebook.)L-alterità , allura, mhijiex vjolenza (bħalma ġeneralment tkun meta xi ħadd jiġi othered); anzi, għal Levinas,il-vjolenza sseħħ appuntu metal-alterità tal-Ieħor inwaqqgħuha għall-kategorijatal-familjari . B’hekk, inkunu ħnoqniehlill-Ieħor , ġibnieh oġġett. Allura, “alterità”, għalija, iġġorr magħha konnotazzjonijiet ta’ fraġilità, valur, vulnerabbiltà li tinforma attitudni etika. Wara kollox,il-filosofija ta’ Levinas hijal-etika tal-alterità. -
- 12.02.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
queer/kwir
Meta kont qed naħseb dwar queer,
bil-Malti , ħassejt li kemmil-verb (to queer) kif ukolll-insla tiegħu bħall-aġġettiv queer tant huma dependentifid-diskors politiku u teoretiku queer fuql-għeruq tiegħumil-Latin torquere (Sedgwick, Halberstam, Chen) illit-tħaddim ul-potenzjal tiegħu jinsab eżattamentfl-isfond (u joħroġmill-isfond ’il barra). Għalkemmil-kelma fil-verżjoni tagħha miktuba kif tinħass (“kwir”)fil-Malti qisha daħlet mhux ħażin, madanakollu, dinil-verżjoni taf toskura dan kollu li għadni kif għedt.Mill-Ġermaniku quer nistgħu naslu għat-terminu “laġenbiżmu” (eż. poeżija “la ġenba”) mentrimil-Latin torquere nistgħu naslu għat-terminu “tagħwiġ”. Però nħoss li kelmiet bħal dawn se jiddiżassoċjaw minn (u b’hekk jinjoraw) dak kollu li hu storja queer, passat queer, potenzjal queer. Naqbelmal-entrata ta’ Omar (25.04.23), li partimir-raġuni li kulħadd qed jużal-kelma queer madwarid-dinja fi kwalunkwe lingwa, hi, nissuspetta, biex tingħaraf. Barra minn hekk, ma nistax ma naħsibx lil-kelma “queer” infiltratfid-diskors kontemporanju tant li kkristallizzatsal-punt li saret “intraduċibbli” (Cassin, Apter). Dwaril-kontinġenzi , eżempju queering jew queerness, inħoss li minkejja li jistunaw ftit mhux ħażin, għandna nħalluhom hekk. (Eż: “X’jippożizzjona l-queerness bħala għodda…”) -
- 13.02.2024
- Il-Kliem fit-Teorija
xewqa/xenqa
Il-kelma “xewqa” togħġobni iktar ukoll għaliex tista’ timplika element konxju fejn
is-suġġett konxjament jista’ jixtieq xi ħaġa partikolari, filwaqt lil-kelma “xenqa” timplika passività fejnis-suġġett ma jistax ma jixxennaqx għal dak li m’għandux. Naħseb li għal Lacan,il-kunċett ta’ désir jopera kemmfil-konxju u kemmfl-inkonxju . F’danis-sens ,is-suġġett inkonxjament jixtieq totalità, jixxennaq għaliha, ufl-istess waqt li danl-impuls inkonxju jiggvernax-xewqa ,ix-xewqa nnifisha titlibbes forma lis-suġġett huwa konxju tagħha, bħal pereżempju:il-fantażija ta’ suġġett Ingliż awtonomu, ħabrieki, patrijott, aħjarmill-Ewropew u miżmum lura appuntu minħabbal-Ewropew inferjuri ul-Ewropew li jrid idaħħall-immigranti , flimkien ma’ fantażiji dwar narrattivi ta’ grandjożità imperjali u kolonjali. Dinil-fantażija Ingliża ġiet immanifestata b’mod konxju f’dawkil-votanti pro-Brexitfl-Ingilterra fl-2016.L-identifikazzjoni mal-kampanjatal-Brexit topera kemm fuq livell konxjufis-sens lis-suġġett Ingliż ħaseb li ġaladarbal-Ingilterra toħroġmill-UE , ħa jerġa’ jsir sħiħ kif ukoll jitpaxxa (iħoss sens ta’ jouissance)bir-riżultat tal-vot.Fl-istess ħin, dinil-faċċata konxja qed tgħattil-implikazzjoni mistura ta’ xenqa għal totalità li qatt ma tista’ tinkiseb: fejn anki wara Brexit dak li ġie mwiegħed, ma wasalx.